Illum previous editions

ILLUM 9 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 • illum 'Ċertifikat tal-Covid jfisser vaċċin jew li l-MEPs se jibqgħu jimbuttaw' Cyrus Engerer - huwa l-aktar assoċjat mal-libertajiet ċivili u liġijiet li ddaħħlu f 'Malta u li jirrigwardaw persuni LGBTIQ. Iżda fl-aħħar xhur, bħala MEP, ippożizzjona ħafna lilu nnifsu bħala l-aktar MEP Malti voċiferu fuq kwistjonijiet ambjentali, minkejja li baqa' voċiferu wkoll fuq materji li jitrattaw nisa u d-drittijiet tagħhom. Mal-ILLUM Engerer iwieġeb diversi mistoqsijiet għalkemm nitrattaw l-aktar, iż-żewġ kwistjonijiet li jinsabu fuq moħħ miljuni ta' Ewropej, inkluż eluf ta' Maltin: Il- Covid-19 u l-Bidla fil-klima. Nibdew billi nistaqsu lill- MEP Malti dwar l-aktar suġġett li dwaru qed jitkellmu l-Maltin u anke l-Ewropej, il-Covid-19. Imma l-Parlament Ewropew x'differenza reali għamel fuq il-Covid-19? Ħafna jħossu li fl- Ewropa kulħadd għal rasu mar, allura fejn hu s-suċċess? 'Kieku Malta ma talbitx lill- UE biex tixtri l-vaċċin hi, la kien ikollna biżżejjed biex inlaqqmu lill-poplu...' Engerer jibda billi jfakkar li huwa daħal fil-Parlament f 'nofs pandemija u iktar tard inħatar Membru tal-Kumitat Parlamentari tas-Saħħa Pubblika. Ifakkar li sa it żmien ilu l-UE it li xejn kienet tagħmel fuq kwistjonijiet ta' saħħa għax din kienet - kif fil-fatt għadha sal- lum - kompetenza nazzjonali. Dan sakemm kien hemm talbiet biex fil-fatt tidħol fil-kwistjoni tal-vaċċin. "Grazzi wkoll għal Malta li baqgħet tinsisti mal-Unjoni Ewropea li tkun hi li tixtri l-vaċċin, inkella pajjiżi żgħar bħal Malta konna ninqabżu mill- kumpaniji tal-farmaċewtika - li l-ewwel interess tagħhom huwa l-profitt u mhux is-saħħa ta' popolazzjoni żgħira (u allura suq żgħir) bħal Malta," saħaq Engerer. Huwa sostna illi "kieku Malta ma talbitx lill-UE biex tixtri l-vaċċin hi, la kien ikollna biżżejjed biex inlaqqmu lill-poplu aħseb u ara biex nagħtu t-tilqima bħala donazzjoni.' Huwa fakkar li l-UE tat miljuni u biljuni ta' ewro lill-kumpaniji tal-farmaċewtika biex seta' jsir dak kollu meħtieġ u f 'temp ta' it xhur inħoloq vaċċin li jiġġieled lil dan il-virus. Apparti minn hekk, il-Parlament Ewropew qatta' "sigħat twal" jiddiskuti l-proċess ta' verifikazzjoni mal-Awtorità Ewropea tal-Mediċini (EMA). "Issa bdejna bil-boosters. Naturalment, diffikultajet kellna imma nemmen li l-UE għamlet biċċa xogħol tajba fil-qasam tal- Covid-19." Engerer jgħid illi l-pass li jmiss issa hija unjoni tas-saħħa, li jisħaq illi tkun waħda li tħalli s-saħħa f 'idejn il-Gvernijiet nazzjonali filwaqt li taqsam iżda parti mill-poteri mal-UE wkoll. "U nemmen li fuq dan il-punt l-ewwel li rridu nimxu huwa fuq il-mediċini, sabiex nassiguraw li dawn ikunu dejjem aċċessibbli u affordabbli madwar l-UE. Għamel tajjeb ħafna l-Prim Ministru Robert Abela intervjena biex ikollna prezzijiet orħos tal- mediċini, imma għandhom ikunu l-Prim Ministri tal-pajjiżi li joqgħodu jittallbu għand kumpaniji tal-farmaċewtika?" Engerer għalhekk ippropona sistema trasparenti, serja u kontabbli li twassal il-mediċini għand kulħadd, bi prezz affordabbli fuq bażi ewropea. 'Jiena noqgħod dejjem fuq ix-xjenza u fuq il-fatti' Il-kritiċi tal-miżuri jgħidu iżda li mhux ġust li ċerti gvernijiet qed jirrestrinġu d-dħul ta' persuni li mhumiex imlaqqmin f 'ristoranti, barijiet, teatri u aktar. Il-gazzetta tfakkru li l-moviment ħieles huwa prinċipju ewlieni tal-UE u tistaqsih kemm fil-fatt dawn il-miżuri qed ikunu sfidati. Issir il-kritika wkoll li l-proċess għal vaċċin ġdid kien wisq mgħaġġel biex ikun sigur. X'jikkummenta? "Ħa nibdew minn hawn. Jiena noqgħod fuq ix-xjenza u x-xjenza turina r-realtà u matul is-snin saru avvanzi teknoloġiċi kbar, li permezz tagħhom ikollok riżultati aktar malajr," jibda jgħid Engerer. Hu jfakkar ukoll li qatt ma kien hemm daqstant sforz internazzjonali u l-pajjiżi tal-UE qatt ma investew daqstant biljuni biex jinħoloq vaċċin bħal dan. Huwa kompla jgħid iżda li apparti dan hemm il-fatti kif spjegati fin-numri. "Hekk kif 95% tal-poplu huwa vvaċċinat qed naraw li minkejja li hemm eluf ta' każi attivi, il-każi fl-Isptar - ras għal ras- xorta baqgħu ħafna inqas illum, minn meta kellna ħafna inqas każi attivi. Dan juri li l-vaċċin allura ħadem. U iva għandu data ta' skadenza bħal kwalunkwe ħaġa oħra, inkluż t-titqiba tal-influwenza li nieħdu kull sena." Imma dwar il-mistoqsija Engerer jaqbel li l-prinċipju tal- moviment ħieles jibqa' wieħed fundamentali għall-UE. "Ir- realtà hi li bħalissa għaddejjin minn emerġenza dinjija, xi ħaġa li qatt ma rajna qabel u allura tiem li jiddaħħlu miżuri li jipproteġu l-ħajja tan-nies. U nfakkar li l-Parlament Ewropew ma jistax jieħu pożizzjonijiet dwar il-miżuri għax dan mhux kompitù tiegħu." Engerer jagħmel tfakkira importanti iżda dwar deċiżjoni li ħadet l-UE u li qabel magħha l-Parlament Ewropew fis-Sajf tal- 2020: "Għall-UE test negattiv ma jfissirx biss il-vaċċin, imma wkoll test PCR li jgħodd tliet ijiem jew Rapid Test li jiswa' għal 24 siegħa." 'Ejja niftakru li t-tibdil fil- klima hija xi ħaġa li qed naraw l-effetti tagħha llum...' Id-diskussjoni ddur fuq il- COP 26 hekk kif Engerer kien ir-rappreżentant tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) f 'dan is- summit li jsir kull sena u li jiddiskuti l-Bidla fil-Klima. Imma dan is-Summit, li din id- darba sar fi Glasgow, x'differenza reali għamel? Ħareġ xi ħaġa aktar minn kliem biss? Filwaqt li fakkar li dan huwa l-aktar Summit annwali importanti fuq din il-materja, Engerer ammetta illi l-popli, speċjalment iż-żgħażagħ, kemm Maltin kif ukoll Ewropej, stennew ħafna iktar minn dan is-summit. "Ejja niakru li t-tibdil fil- klima hija xi ħaġa li qed naraw l-effetti tagħha llum u diġà qed taffetwa ħafna nies," jisħaq Engerer li jgħid mal-gazzetta illi f 'diskussjonijiet li kellu ma' Ministru mill-Bangladexx, per eżempju, dan spjegalu kif ħafna diġà kellhom jitilqu minn djarhom minħabba l-għargħar. Jispjega kif in-nies fil-Maldivi jafu li it snin oħrajn lanqas jibqgħu jeżistu dawn il-gżejjer għax se jispiċċaw taħt il-baħar. "U fid-dawl ta' dan irridu nimu li l-bidla fil-klima hija xi ħaġa tal-lum u għalhekk huwa importanti li ngħinu lil dawk li llum stess qed ibatu mill- effetti tal-bidla tal-klima. Aħna wkoll, jekk naraw x'ġara s-sajf li għadda meta ma kellniex bram! Il-Covid-19 u l-ambjent - kwistjonijiet li jinsabu fuq moħħ mhux biss ħafna Maltin imma ħafna Ewropej ukoll. Il- gazzetta ILLUM titkellem dwar dawn it-temi u oħrajn mal- MEP Cyrus Engerer...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 January 2022