Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470
20 opinjoni IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 • illum Ħlas bi trasparenza Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo Ġ ie rappurtat li Justyne Caruana, eks-Ministru tal-Edukazzjoni, irċiev- iet, inkella ser tirċievi, pagament ta' madwar €30,000 għax spiċċat mill-kariga ta' Min- istru. Dan seħħ wara li ma kelliex triq oħra għajr li tirriżenja bħala riżultat ta' rapport iebes dwarha mill-Kummissarju għall-Istand- ards fil-Ħajja Pubblika. Ir-rapport ikkonkluda li l-Ministeru tal-Edu- kazzjoni, taħt id-direzzjoni politi- ka tagħha, kien responsabbli għal ħlas abbużiv ta' fondi pubbliċi li minnhom ibbenefika "ħabib" viċin tagħha. Sa mill-2008 dawk f 'kariga politika, hekk kif tintemm il-ħatra tagħhom qed jirċievu ħlasijiet sostanzjali. S'issa tħallsu total ta' madwar €1,500,000 mill-2008 sal- lum. Dan ma jgħoddx biss għal dawk li kienu membri tal-Kabinett iżda ukoll għal dawk li minn żmien għall-ieħor kienu jokkupaw il-kariga ta' Kap tal-Oppożizzjoni. Ftit li xejn hu magħruf dwar il- kriterji li jirregolaw dan il-ħlas. Il- proċess tal-ħlas mhux trasparenti. Din hi materja gravi ta' governanza. L-eżekuttiv, jiġifieri l-Gvern, għandu l-obbligu tal- kontabilità u dan billi jassigura li kemm il-kriterji applikabbli kif ukoll il-ħlasijiet li eventwalment isiru jkunu magħrufa. Din hi nefqa li issir minn fondi pubbliċi u għaldaqstant mhux il-kaz li jkun hemm sigrieti dwarha. Hu fl- interess pubbliku li f 'kull ħin ikun magħruf il-mod kif qed ikunu amministrati l-fondi pubbliċi. L-ewwel u qabel kollox għandu jkun magħruf għalfejn isiru dwar il-ħlasijiet. Meta l-membru tal- parlament jassumi responsabbiltà politika, ġeneralment jitlaq l-impieg regolari tiegħu jew tagħha, inkella jagħlaq jew tagħlaq l-uffiċċju professjonali. L-impjieg li jkollhom qabel ma jidħlu fil- ħatra jista' ukoll jintilef. Min-naħa l-oħra jekk jintilef il-kuntatt regolari mal-ambjent professjonali li fih ikunu jaħdmu mhux ser ikunilhom faċli biex jidħlu lura f 'dan l-ambjent meta l-perjodu tal-ħatra tagħhom jintemm. Għalhekk għandu jkun ċar li l-iskop għalfejn isiru dawn il- ħlasijiet hu biex il-politiku jkun ikkumpensat għall-fatt li jkun tilef il-kuntatt tiegħu max-xogħol tiegħu u tal-fatt li jkollu, xi drabi, jerġa' jibda kważi mill-bidu. Mhux kull każ hu l-istess u allura huwa tajjeb jekk il-kritierji użati jkunu it flessibli. Ma nafux jekk dan hux il-kaz minħabba li ħadd ma jaf xejn dwarhom dawn il-kriterji, qishom sigriet tal-istat. L-oġġettiv ta' dawn il-kriterji għaldaqstant hu biex jiffaċilitaw it-transizzjoni tal-politiku għall- ħajja normali meta l-ħatra tiegħu tintemm. It-tieni nett huwa importanti li jkun stabbilit b'mod ċar dwar min għandu japplika dawn il-kriterji. Minn dak magħruf mill-media l-ħlasijiet huma f 'idejn l-Uffiċċju wtal-Prim Ministru, direttament inkella permezz tal-uffiċċju tal- Kabinett. Dan mhux aċċettabbli. Idejalment dawn il-kriterji għandhom ikunu applikati minn persuna jew korp b'awtorità, distint mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru diġà jkun involut kemm fil-ħatra oriġinali kif ukoll fit- tkeċċija jew l-isforz biex ikun hemm riżenja. M'għandux allura jkun f 'pożizzjoni li jkollu f 'idejh ukoll il-karrotta tal-ħlas li jista' jsir. Imbagħad jeħtieg li jkun stabilit l-ammont li għandu jitħallas. Minn dak li hu magħruf, il-ħlas li qiegħed isir lokalment huwa ta' xahar paga għal kull sena servizz, u dan soġġett għal ħlas minimu ta' sitt xhur paga. Mhux magħruf jekk dan kollu hux marbut ma' xi perjodu minimu ta' servizz. Dawn il-pagamenti huma sostanzjali meta mqabbla ma dak li jsir f 'pajjiżi oħra. F'pajjiżi oħra, apparti li l-pagamenti huma iżgħar dawn huma ukoll marbuta mal-ħtieġa li l-persuna trid tkun ilha ta' l-inqas sena fil-ħatra biex tikkwalifika. Hemm imbagħad numru ta' konsiderazzjonijiet oħra ta' ċerta serjetà. Meta persuna tispiċċa mill-ħatra minħabba elezzjoni dan il-fatt m'għandux iwassal għall-istess konsegwenza bħal meta jitkeċċa jew ikun imġiegħel jirriżenja minħabba l-imġieba tiegħu jew tagħha. Fi ftit kliem min ikun abbuża u allura jkun tkeċċa jew imġiegħel jirriżenja m'għandux wara jkun ippremjat. Dawn huma ftit mill-ħsibijiet li bħala riżultat tat-trasparenza jispiċċaw quddiemna biex niddiskutuhom. Jeħtieġu diskussjoni serja biex wara jkunu applikati sewwa. Hu għal dawn ir-raġunijiet li iktar kmieni din il-ġimgħa tlabt lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-ħlasijiet li qed isiru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lil dawk li sa ftit ilu kienu membri tal-Kabinett. Il-pagamenti li saru u l-kriterji li ntużaw għandhom ikunu eżaminati b'reqqa. Għandu jkollna riga waħda: dik tal-governanza tajba. Fi ftit kliem min ikun abbuża u allura jkun tkeċċa jew imġiegħel jirriżenja m'għandux wara jkun ippremjat.