Illum previous editions

ILLUM 9 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 Carmel Bonnici Mary Poppins - Ħlewwa, Dehen u Maġija (2) (ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Din hi l-istorja tal-film: George Banks (David Tomlinson), dixxiplinarju riġidu rrabjat bin-numru ta' "nannies" tat-tfal tiegħu Jane (Karen Dotrice) u Michael (Matthew Garber) li jaqtgħu qalbhom u ma jkomplux, ineħħi din ir-responsabilita' minn fuq martu Winifred (Glynis Johns), u jpoġġi avviż f '" The Times" għal xi governattriċi li ma taċċettax żmerijiet mit- tfal tiegħu. L-għada filgħodu, wara l-bieb tiegħu, 17 Cherry Tree Lane, jkun hemm kju ta' nisa ta' bixra serja. Imma t-tfal kienu kitbu xi jridu huma mingħand in-nanny fuq karta li missierhom qatta' u tefa' fin- nar, iżda din taret miċ-ċumnija u waslet f 'widnejn simpatiċi. Riħ qawwi jtajjar lin-nisa mqarrbin li kienu jistennew fuq barra u bl-umbrella miftuħa tagħha mill-ajru tasal Mary Poppins (Julie Andrews) li hi tassew attraenti għat-tfal u għandha poteri maġiċi. Fl- ewwel mixja flimkien hi tieħu lit-tfal ġo stampa tal-kampanja li s-sieħeb tagħha Bert (Dick Van Dyke) pinġa bil-ġibs fuq il- bankina. F'ġurnata oħra marru jżuru liz-zija tagħha Albert (Ed Wynn) li meta jidħak jgħola 'l fuq iżomm fl-arja mas-saqaf. Mhux impressjonat b'dawn il- ħmerijiet, Mr. Banks jieħu lit-tfal tiegħu jżuru l-bank fejn jaħdem. Hemm jinqala' inċident meta Michael jirrufta li jiddepożita żewġ soldi li jkollu u wieħed ħaddiem t'hemm ġew jipprova jeħodhomlu waqt li t-tifel jibda jiġri madwar il-bank. It-tfal jaħarbu u jittieħdu minn wieħed li jnaddaf iċ-ċmieni li jinzerta li jkun Bert. Minħabba f 'hekk, Mr. Banks jitkeċċa mill-bank u milqut mill-ħmerijiet jikkwota ċajta li t-tfal tiegħu tgħallmu minn Mary Poppins. Wara, l-President anzjan tal-bank, Mr. Dawes Sr. (Dick Van Dyke irtokkat waħda sew) imut bid-daħk. George Banks, issa bil-manjieri tiegħu mibdulin u aktar moħħ ir-riħ, jintalab biex jimla' post fil-bord tal-bank u Mary Poppins, issa x-xogħol tajjeb tagħha mitmum, terġa' lura minn fejn ġiet. Ta' min isemmi wkoll li Mrs. Winifred Banks, omm it-tfal, tkun membru tal-moviment ta' Emmeline Pankhurst "Vot lin-Nisa" u bosta drabi ma tkunx id-dar tafda kollox fuq il- governattriċi Mary Poppins. Abbinat ma' dan il-film ta' min isemmi wkoll Saving Mr. Banks li ntwera fil-Milied tal- 2013 li minkejja li ħareġ 50 sena wara, għandu relazzjoni ma' Mary Poppins. Maryborough, l-Awstralja fl-1906. Travis Goff (Colin Farrell), impjegat tal- bank jipprepara biex iċaqlaq f 'post remot fil-kampanja. Londra 1961. Il-kittieba Pamela L. Travis (Emma Thompson) kontra qalbha żżur lil Walt Disney (Tom Hanks) f 'Hollywood għall-laqgħha bejniethom qabel tiddeċiedi jekk tbigħx id-drittijiet tan- novella tagħha Mary Poppins. Bil-biża' li x-xogħol tagħha jiġi addattat gġat-tfal żgħar u jkun sentimentali, din il-mara formidabbli ta' 62 sena tirrufta t-talbiet ta' Disney u tirreżisti bil-kbir għal xi tibdil propost mill-kittieb Don Da Gradi (Bradley Whitford) u mill- kompożituri tal-kanzunetti, l-aħwa Richard u Robert Sherman (Jason Schwartzman u B. J. Novak). Hi tibda tirrefletti fuq it-tfulija tagħha meta kien jisimha Helen. Tiftakar lil missierha Travis, alkoħoliku jgħidilha stejjer strambi li jsaħħruha imma li għamlu x-xogħol tiegħu diffiċli. Wara ftit, tibda tħoss spirtu simili tat-tfulija fil- film ta' Disney. Tiftakar ukoll li l-karattru ta' Mary Poppins ibbażatu fuq il-formidabbli zija Ellie (Helen) (Rachel Griffiths). Hi tirrealizza li fl-istorja tal- kittieba ta' Disney, din in-nanny maġika tiġi biex issalva lill- patrijarka Mr. Banks u tibda trattab l-aġir tagħha. Meta ssir taf li Disney kien se jdaħħal karattri animati fil-film, b'suppervja u rabja titlaq lura lejn darha. Disney, paċenzjuż għall- aħħar, imur warajha Londra u jipperswadiha li Mary Poppins għenitu biex jifhem lil missieru li kien ukoll ta' dixxiplina stretta u bir-raġun kollu jinduna li dak li tħoss hi huma sentimenti li qatt ma ġew solvuti għal missierha u b'hekk hi kienet qed tipproteġi dan il-ktieb b'mod feroċi. Hu b'ħerqa jitlobha tafdah u fl- aħħar taċċetta. Wara tattendi l-premiere tal- film f 'Hollywood u toħroġ minn hemm tassew sodisfatta bid- dmugħ f 'għajnejha. Saret issa konxja li n-novella tagħha ġabet akklamazzjoni universali. Minkejja li Walt Disney qatt ma ried jiffilmja sequel, 54 sena wara id-diretturi tal-kumpanija tiegħu aċċettaw li jinħadem Mary Poppins Returns li ħareġ għal żmien il-Milied tal-2018 bl-atturi Emily Blunt bħala l-governattriċi u l-attur ta' Broadway, Lin-Manuel Miranda bħala s-sieħeb tagħha dak li jixgħel u jitfi l-fanali tat-toroq. Dick Van Dyke intrepreta lil President tal-bank Mr. Dawes Jr, u Karen Dotrice dehret f 'partiċella. L-avvenimenti ta' dan il-film iseħħu 25 sena wara l-oriġinal. Mary Poppins Returns kien film tajjeb, replika ta' dak ta' qabel, pero' kellu suċċess moderat. TMIEM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 January 2022