Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
10 analiżi IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 • illum Sentejn ta' Robert: Fejn ibbrilla, u fejn baqa' kollox kif dejjem ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Għaddew sentejn minn meta Robert Abela nħatar Prim Ministru ta' Malta wara li rebaħ b'mod konvinċenti elezzjoni fi ħdan il-Partit Laburista. F'dawn iż-żewġ paġni nagħtu ħarsa lejn dawn is-sentejn li għaddew u kif - fil-ġudizzju ta' din il-gazzetta - mar il-Gvern ta' Abela fuq kull wieħed minn dawn l-oqsma. Għal kull wieħed minn dawn is-setturi l-gazzetta tagħti marka minn 10 u tanalizza fil-qosor. Covid-19 (7/10) Meta kien elett Abela, lanqas qatt ma seta' jimmaġina li kien se jiffaċċja l-akbar sfida u kriżi dinji- ja u nazzjonali, li qatt iffaċċjat din il-gżira, mit-Tieni Gwerra Dinji- ja. Il-Covid-19 ġabet magħha deċiżjonijiet diffiċli mnebbħin mill-gwida jew tal-Organizzazz- joni Dinjija tas-Saħħa jew tal- pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewro- pea. Linji gwida ħadd ma kellu u żbalji saru kullimkien. L-għafsa ħassewha miljuni u biljuni ta' nies, u mijiet ta' pajjiżi - inkluż Malta li kellha tagħlaq l-ajruport, li huwa l-pulmun tal-pajjiż. Minkejja dan kollu, minkejja li t-turiżmu waqaf b'mod komplet (xi ħaġa li qatt ma ġrat kemm ilu jeżisti t-turiżmu) u minkejja li għal madwar tliet xhur Malta - bħal ħafna mid-dinja - kienet imsakkra, jinħass li fil-biċċa l-kbira l-pajjiż, in-negozji, ħaddiema u l-familji baqgħu jew għaddejjin saħansitra tajjeb jew inkella fil-wiċċ. L-akbar kontributuri għal dan kienu l-Wage Supplement - li għenet biex jiġu salvagwardjati eluf ta' impjiegi, il-vouchers li taw imbuttatura tajba ħafna lill-aktar setturi li ħadu daqqa ekonomika, l-għajnuniet fil- kirjiet u l-moratorji li taw it nifs fuq il-kwistjoni tal-kirja fi żmien ta' negozju batut immens (jew żero) u inizzjattivi relatati mat-turiżmu, biex kienu mħeġġin u mgħejjuna lukandi u akkomodazzjoni differenti. Il- Gvern ħabbar roħs fil-kontijiet għan-negozji filwaqt li kien ukoll ħabbar għotjiet ta' darba għal barijiet u każini, fost oħrajn, li kellhom jibqgħu magħluqin aktar minn stabbilimenti oħrajn. Pero' l-marka għolja għall- Gvern tiġi wkoll quddiem il-fatt li Malta kienet fuq quddiemnett fir-rata ta' vaċċinazzjoni tal- ewwel żewġ dożi u reġgħet mill- ġdid tinsab fuq quddiem fl-għoti tal-boosters. Li juri illi s-sistema tas-saħħa kienet preparata u organizzata, kif ukoll li l-Gvern kien effettiv fil-messaġġ tiegħu biex in-nies jitlaqqmu! Naturalment kull pass, kull tħabbira ta' miżuri u restrizzjonijiet dejjem kienu milqugħin minn ħafna kritika. Fil-fatt il-Pandemija kienet karaterizzata minn deċiżjonijiet li kienu bħal xafra taqta' miż-żewġ naħat, bil-Gvern ikun fil-qalba ta' kritika ħarxa meta ppermetta li jidħlu turisti (studenti) mhux imlaqqmin. Din ir-rabja u l-kritika iżda ħafna drabi nħass li ġiet newtralizzata mill-azzjonijiet u l-miżuri li ħa l-Gvern biex l-ekonomija ma tikkrollax u biex il-qgħad seta' jibqa' f 'livelli baxxi ħafna. Ta' min wieħed ukoll ma jissottovalutax l-effett li kellu l-fatt li s-settur tal-kostruzzjoni, bis-servizzi u negozji kollha anċillari tiegħu (tal-għamara, taż-żebgħa, aċċessorji tad-dar, electicians, mastrudaxxi...) baqa' għaddej b'rittmu mgħaġġel ħafna, anke waqt l-agħar tal-pandemija. Governanza (5/10) Meta nħatar Prim Ministru Abela, il-Gvern u l-Partit Laburista kienu mheżża minn elenku ta' skandli, akkużi u allegazzjonijiet. Il-Gvern ta' Muscat niżel mill-poter f 'nofs tensjoni kbira, protesti u r-riżenji ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri - li kienu msejħin l-għassa tal-pulizija. Dan it- terremot politiku seħħ hekk kif kien arrestat Yorgen Fenech li kien akkużat illi huwa l-moħħ wara dan l-assassinju li allega quddiem il-Pulizija illi l-allegat mandant fil-fatt kien Keith Schembri. Abela jiġifieri wiret sitwazzjoni xejn feliċi u waħda politikament volatili li kienet qed tilħaq livelli perikolużi ta' tensjoni u firda. Minn naħa Abela ġab bidla f 'dawn is-sentejn, minn naħa l-oħra din il-bidla ma kinitx biżżejjed u ġiet newtralizzata wkoll. Kif ? Taħt Abela saru riformi u qed isiru riformi fil-fatt li kienu ilhom biex isiru: Ir-riforma fil- Ġudikatura: Kemm il-ħatra u anke kif jitneħħa ġudikant, il- mod kif jinħatar l-Ombudsman u anke l-President tar-Repubblika, fejn issa daħal il-kunċett taż-żewġ terzi. Inbidel il-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, għalkemm il-Gvern żamm ċerta poter li finalment xorta jagħżel hu u daħlu diversi regolamenti u riformi oħrajn b'risposta għar-rakkondazzjonijiet tal- Kummssjoni Venezja u anke tal-Moneyval - li fil-fatt għaddiet lil Malta mit-test tagħha fir- rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil flus. Sakemm wasal il-vot tal- FATF mingħand l-Istati Uniti, il- Ġermanja u r-Renju Unit, li tefa' l-ħidma tal-Gvern ta' Abela f 'dan il-qasam il-baħar, sa ċerta punt, u naturalment għafas l-ingassa fuq il-Gvern biex jieħu miżuri aktar drastiċi. Apparti dan iżda Abela kien iffaċċjat darba wara oħra bi żbalji li għamlu numru ta' Ministri jew eks poltiċi fil-Labour - l-aktar fi żmien Muscat. Jiġifieri minkejja t-tneħħija ta' Konrad Mizzi, Keith Schembri, il- Kummissarju tal-Pulizija, Neville Gafa' u oħrajn, hu kellu jiffaċċja diversi sfidi oħrajn ta' governanza ħażina, mhux l-inqas ir- rapport skjaċċanti tal-Inkjesta Pubblika fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li tefa' dawl ikrah fuq it-tmexxija ta' Robert Abela kellu sentejn ta' intoppi. Kien hemm fejn il-Gvern tiegħu biddel, irriforma u laqa' għall-isfidi. Imma kien hemm fejn baqa' kollox l-istess u fejn ta' madwaru ħamrulu wiċċu biż-żelqiet tagħhom...