Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229
24 storja IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 • illum Papa Benedittu XV Is-Sammaritan it-Tajjeb tal-umalità ... ir-ruħ tal-ġenerożità FABIAN MANGION Giacomo della Chiesa twieled f 'Ġenova, fil-21 ta' Novembru 1854, mill-Markiż Giuseppe u l-Markiża Giovanna mwielda Migliorati. Ix-xewqa tiegħu li jsir qassis kienet inizjalment imxekkla minn missieru li saħaq li kellu jistudja l-liġi ċivili. Fit-2 ta' Awwissu 1875 irċieva dottorat fil-liġi mill-Università ta' Ġenova. F'dan il-punt, missieru, fuq qalbu, tah il-barka biex jistudja għas-saċerdozju. Mill-Kulleġġ Capranica u mill- Università Gregorjana f 'Ruma, irċieva dottorati fit-teoloġija u l-liġi kanonika. Fil-21 ta' Diċembru 1878 ġie ordnat saċerdot mill-Kardinal Raffaele Monaco la Valletta fil- Bażilika tal-Lateran. Bejn l-1882 u l-1886 intbagħat Madrid bħala segretarju ta' Mons. Mariano Rampolla, Nunzju Appostoliku f 'dak il-pajjiż. Waqt l-epidemija tal-kolera, ma kien jieqaf qatt jgħin lil dawk li kienu fqar jew morda. Meta Mons. Rampolla ġie nnominat Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, Don Giacomo mar miegħu f 'Ruma u, mill-1901 sa l-1907, ħadem fl-uffiċċju tas- Segreterija Vatikana. B'hekk, mhux biss serva bħala sotto-segretarju matul il-pontifikat ta' Papa Ljun XIII, iżda mill-1903, kompla f 'dak ir-rwol taħt il-Kardinal Rafael Merry del Val, is-Segretarju tal- Istat ta' Papa Piju X. Fl-1907 ġie nnominat Arċisqof ta' Bologna. Wara l-mewt tal- Kardinal Rampolla, fil-25 ta' Mejju 1914, il-Papa Piju X, li kien diġà marid, ħatru Kardinal. Tliet xhur wara, fl-20 ta' Awwissu 1914, miet il-Papa Piju X. Jinħatar Papa Fit-3 ta' Settembru 1914, il- Kardinali miġburin f 'Konklavi biex jaħtru Papa ġdid, billi kienu jafu li se jkollhom bżonn diplomatiku b'esperjenza biex ifassal triq għal dik l-era devastanti, xeħtu għajnejhom fuq il-Kardinal Giacomo della Chiesa, u għażluh Papa wara għaxar votazzjonijiet. Ried li l-inkurunazzjoni tiegħu issir fil-Cappella Sistina u mhux fil-Bażilika, kif kien isir is-soltu. Ħa l-isem ta' Benedittu XV b'ġieħ lejn il-Kardinal Prospero Lorenzo Lambertini, predeċessur tiegħu f 'Bologna li, fl-1740, sar Benedittu XIV. Bejn l-1914 u l-1918, is- sitwazzjoni internazzjonali xejn ma kienet tajba minħabba l-Ewwel Gwerra Mondjali. Il-Papa l-ġdid, minkejja li dgħajjef f 'saħħtu, wera b'qawwa l-missjoni pastorali tiegħu. B'ħafna modi, fittex li jwassal il- ġustizzja u l-għaqda fil-Knisja u fittex li jwassal il-paċi fid-dinja li kienet fi gwerra. In-newtralità stretta tiegħu kienet ibbażata fuq it-twemmin li kien 'il-missier' komuni li, bl-istess mod, iħobb lil uliedu kollha. Sfortunatament kull naħa tal-konflitt issuspettat li kien qed jappoġġa lin-naħa l-oħra, iżda b'mod ċar wera lilu nnifsu u lill- Knisja fir-rwol ta' paċifikatur u ta' rikonċiljatur. Fl-appell tiegħu tat-28 ta' Lulju 1915 huwa ħeġġeġ lill-popli u liż-żgħażagħ għall-paċi. L-aktar famuż fost l-appelli favur il-paċi jibqa' dak ta' Awwissu 1917 fejn talab li tieqaf l-istraġi bla bżonn li kienet qed issir. Fit-tielet enċiklika tiegħu, Quod Iam Diu, promulgata fl-1 ta' Diċembru 1918, tkellem ukoll dwar dan is-suġġett. Il-Papa tal-Paċi Bir-raġun kollu għalhekk li ġie msejjaħ 'il-Papa tal-Paċi' għaliex dan kien il-mottiv fundamentali tal-attività pastorali tiegħu. Sfortunatament, il-messaġġi tiegħu li bil-paċi xejn ma hu mitluf imma bil-gwerra kollox mitluf, waqgħu fuq widnejn torox. Bla tlaqliq, esprima il-kundanna tiegħu għall-Ewwel Gwerra Dinjija, u b'kuraġġ għamel tmien stqarrijiet kontriha u ddikjarha bħala 'degradanti' għall-umanità. Huwa talab alleanza bejn in- nazzjonijiet kollha, u diżarm. Meta dawn l-appelli ma gewx mogħtija widen, organizza xogħol ta' assistenza umanitarja fuq skala wiesgħa u akkuża t-Trattat ta' Paċi ta' Versailles, iffirmat fit-28 ta' Ġunju 1919, bħala 'konsagrazzjoni ta' mibegħda'. Għalkemm l-isforzi diplomatiċi tiegħu matul il-gwerra ma rnexxewx, ikkontribwew għal żieda fil-prestiġju papali u servew bħala mudell fis-seklu 20. L-isforzi tal-Papa Piju XII qabel u matul it- Tieni Gwerra Dinjija, il-politika ta' Papa Pawlu VI matul il-Gwerra tal- Vjetnam u l-pożizzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II qabel u matul il-Gwerra fl-Iraq sabu l-oriġini tagħhom fl-għerf ta' Benedittu XV. Kien Benedittu XV li fl- 1919, kwazi sittin sena wara l-unifikazzjoni tal-Italja, ta l-approvazzjoni tiegħu għat- twaqqif fl-Italja ta' partit politiku b'ispirazzjoni Kristjana. Dan kien il-Partito Popolare Italiano tas- saċerdot Sqalli Don Luigi Sturzo. Ma kienx maħsub sempliċiment bħala partit Kattoliku, imma kien organizzat minn Kattoliċi b'kuxjenza soċjali. Fl-Italja, il-kriżi u l-klima ta' skuntentizza għas-sitwazzjoni li ħalliet warajha l-gwerra, taw is-saħħa lill-moviment Faxxista ta' Benito Mussolini li fid-29 ta' Ottubru 1922 ġie inkarigat mir-Re Vittorio Emanuele II biex jifforma gvern. Iżda, il-Papa Benedittu XV ma laħaqx kien hemm biex jassisti għal dawn l-avvenimenti. Il-mewt tal-Papa Fit-22 ta' Jannar 1922, mitt sena ilu, miet kmieni u bla mistenni, fl- eta ta' 67 sena, kawża ta' influwenza li żviluppat fi pnewmonja. Skont it-tradizzjoni, il-Kardinal Pietru Gasparri, Camerlengo tal- Kamra Appostolika, għal tliet darbiet sejjaħ lill-Papa bl-isem tal-magħmudija, waqt li tektek ras il-Papa b'martell tal-fidda. Ladarba ma kienx hemm tweġiba, iddikjara li l-papa kien tassew mejjet. Fil-preżenza tal-kardinali, neħħielu minn subgħajh iċ-Ċurkett tas-Sajjied u saħqu bl-istess martell tal-fidda użat qabel. Dan l-att jissimbolizza t-tmiem tal-awtorità tal-Papa li kien għadu kif ħalla din id-dinja u jevita l-użu tiegħu fil- falsifikazzjoni ta' dokumenti. Imbagħad il-Kardinal Gasparri avża lill-uffiċjali tal-Kurja Rumana u lid-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali. B'hekk bdew il- preparamenti għall-funeral tal- Papa u l-Konklavi. Il-ġisem ta' Papa Benedittu XV, imlibbes b'ilbies pontifikali, ġie espost għal jumejn. Dan ippermetta lid-dinjitarji, lill-kleru u lill-fidili, jagħtuh l-aħħar tislima ta' rispett qabel ma ttieħed għad- Papa Benedittu XV (1854-1922) fi kwadru pittura fl-Awla Kapitulari tal-Isla