Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 • illum Qari biss, qari spiss Meta ma nlaħħaqx mal-qari, nippubblika intervista jew xi xorta oħra ta' artiklu. Mhux għal dik ir-raġuni biss, fil- verità, imma l-fatt li Robert Pisani jaqra xi tnax-il ktieb fix- xahar, għall-pjaċir iktar milli bħala obbligu jew għax-xogħol, iġegħelni nikxef din it-tattika tiegħi lill-qarrejja. Pisani ilu magħruf bħala DJ konoxxitur tal-mużika alternattiva, u daqstant bħala qarrej klubi li l-kotba mhux biss jikolhom, imma jixtarrhom ukoll, tant li f 'dawn l-aħħar snin ħareġ bħala reċensur frekwenti fuq l-internet. Bob, kif inhu ukoll sikwit magħruf, jgħidli li l-ewwel drabi li beda jagħmel xi xorta ta' reċensjoni fuq blogg kien fuq riħet tnebbiħ minn kotba tat-tip 1000 Books to read before you die (hemm tal-films u tad- diski wkoll, fost l-oħrajn). Għal min jiddeletta, kotba bħal dawn iqarrbuk wisq lejn ir- realizzazzjoni li għad trid tmut, anki mil-lum għal għada, u l-ħajja qasira wisq biex taħliha u titlef iż-żmien. Filwaqt li għad- diski u l-films, jaf jintlaħaq dak it-tragward, jekk teħodha bis-serjetà biżżejjed u jkollok stennija medja ta' għomor, għall- kotba donnu mod ieħor: l-aktar jekk f 'dil-bixkilla tal-elf, ikollok taqra d-Divina Commedia, l-Odissea u r-Recherche, kif ukoll klassiċi oħra li mhumiex biss voluminiżi iżda trid iż- żmien biex anki tifhimhom u tapprezzahom. Bħal ħafna li daħlu għaliha din l-isfida, Robert ma qatax qalbu, iżda forsi waqaf tikka minnha, anki biex ilaħħaq mal-qari kostanti ta' xogħlijiet kontemporanji. Imrobbi l-Kanada u mbagħad lura Malta ta' adolexxenti, Malti bħalna u jifhmu l-ilsien, minkejja li forsi ma jomogħdux bħal kulħadd. L-interess tiegħi f 'xogħlu, għalhekk, ġie ppikat meta bdejt nara darba fill, u issa dejjem b'regolarità akbar, reċensjonijiet qosra ta' kotba bil-Malti. Pisani huwa żgur midħla tal-kanonu u tax-xena Anglo-Amerikana, u kontinwament iħabbar li qara titli li, nagħtu każ, ikunu qed jikkonkorru fi premji barranin bħall-Booker. Jaqra wkoll, għaliex bl-Ingliż il-biċċa l-kbira tal-qari tiegħu, xogħlijiet tradotti, imma l-Malti ġie għalih daqsxejn aktar tard. Insaqsih dwar din il- 'konverżjoni', jekk tista' ssejħilha hekk, anki għaliex mhijiex fula f 'qargħa fix-xena Maltija, u l-qalba Damaxxena lingwistika nsibu eżempji ċelebri tagħha f 'kittieba minn Dun Karm sa Alex Vella Gera. Kontra li ħsibt, in-nuqqas ta' qari Malti ta' Robert ma kienx frott il- preġudizzju, anki għall-fatt li jekk int qarrej, taqra kollox. Madankollu, jammetti li, anki ta' tifel u tul iż-żmien —u din għadha realtà li jaf għadna ma affrontajnihiex sew — il-ktieb Malti seta' ma kienx jappella għal kulħadd. Għal diversi raġunijiet, li jibdew mit-test u jkomplu 'l barra minnu. Madankollu, jidher li l-kittieba l-kontemporanji, possibbilment minn nofs id-disgħinijiet 'il hawn, donnhom sfrundawha barriera bħal din, u kull ma jmur, speċjalment f 'dawn l-aħħar snin, dan il-progress qed jibqa' għaddej ġmielu. Tant hu hekk li Pisani jsemmi kotba partikolari li fetħulu t-triq għall-Malti, bħal Riħ Isfel ta' Pierre Mejlak u t-triloġija ta' Wied Wirdien ta' Loranne Vella u Simon Bartolo. Eqreb għal-lum, fost għadd ta' kotba u kittieba li għoġbuh u li rreċensihom, hemm il-ktieb ta' Lon Chircop Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules (irreċensit m'ilux hawn ukoll), li flimkien ma' oħrajn iħoss li donnhom laħqu l-punt dejjem mixtieq għall-ktieb Malti, ta' aċċessibbiltà popolari li tisboq ċertu medjokrità tipika lokali u li tinħass minnufih li għandha appell universali instantanju u żgur mhux sfurzat. Tant li Pisani jikkummenta b'entużjażmu dwar kotba bħal dawn li jħoss li ħaqqhom ikunu tradotti mill- ewwel għax x'aktarx żgur isibu xi post fis-swieq u l-editorija lil hinn minn xtutna. Semmejna l-Malti mhux mimgħud: mhijiex problema tal-barranin jew tal-emigranti li reġgħu lura. Xejn affattu: anzi, hija problema ta' bosta Maltin, anki kif naraw mir-rapport annwali dwar l-eżamijiet. Imma hija wkoll problema li jaf is- soluzzjoni tagħha tista' tinstab Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022