Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616
12 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum 'Bħalissa mhux politika ta' Father Christmas iqassam ir-rigali hemm bżonn imma solidarjetà soċjali u reali' "F'dan il-mument kritiku mhux tqassim ta' rigali hemm bżonn iżda għajnuna: mhux politika ta' Father Christmas iqassam ir-rigali imma solidarjetà soċjali, reali u iffukata fuq min għandu bżonn." Dan qalu Carmel Cacopardo, Chairperson ta' ADPD - The Green Party waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa fi Pjazza Reggie Miller il-Fgura dalgħodu. Huwa sostna li huwa żball li l-Gvern jifrex l-għajnuna fuq kulħadd, inkluż fuq min m'għandux bżonn għax isostni li dan iwassal għall-isparpaljar tar-riżorsi tal-pajjiż kif saħaq li diġà qed jiġri f 'oqsma oħra. "F'dan il-mument kritiku mhux tqassim tar-rigali hemm bżonn iżda għajnuna ta' vera: mhux politika ta' Father Christmas iqassam ir-rigali imma solidarjetà soċjali, reali, iffukata fuq min għandu bżonn," saħaq Cacopardo. Huwa faħħar is-sussidji fuq il- konsum tal-elettriku iżda mill- ġdid saħaq li dan ma għandux jieħdu kulħadd. "Ikun xieraq jekk min jikkonsma iżżejjed iħallas ta' dak li qed jikkonsma mingħajr ma jibbenefika minn sussidju. Dan jgħodd ukoll għall-petrol u għad-diesel." "Naturalment, l-għajnuniet li jistgħu jibqgħu jingħataw minn żmien għal ieħor lil dawk l-aktar vulnerabbli huma dipendenti ukoll fuq kemm ngħixu l-moralità fiskali – dik li kulħadd iħallas it-taxxa f 'waqtha mingħajr skużi u maħfriet – biex b'hekk minn jaqla' aktar jkun qiegħed jgħin lil min hu l-aktar fil-bżonn," temm jgħid Cacopardo. Brian Decelis, kandidat ta' ADPD għall-Elezzjoni Ġenerali fuq it-tielet u ir-raba' distrett, qal li l-ADPD taqbel li hu mument addattat biex jintużaw fondi pubbliċi ħalli jkunu mgħejjuna dawk li ħtija tal-pandemija waqgħu lura għax qalgħu daqqiet kbar u fit-tul, u li kellhom effett fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom. "Fuq quddiem nett hemm dawk li tilfu l-post tax-xogħol, immedjatament warajhom hemm dawk li spiċċaw bi dħul imnaqqas, f 'ħafna każi mħallas direttament mill-Gvern. Dawn jingħaqdu mal-vulnerabbli ta' kull età li huma magħna f 'kull ħin." Decelis iżda qal li n-nefqa ta' €70 miljun li tħabbret mill- Gvern din il-ġimgħa "ftit tagħmel distinzjoni bejn dawk li l-aktar għandhom bżonn u oħrajn. Is-solidarjetà soċjali, f 'dawn iċ-ċirkustanzi ma jeħtiġhiex kulħadd." Il-PN jiftaħ każ kostituzzjonali kontra l-PBS li jgħid li sar 'infiltrat' bil-propoganda Laburista L-ispiżeriji tal-Ħadd se jibdew jiftħu waranofsinhar ukoll Il-Partit Nazzjonalista ħabbar ilbieraħ li se jkun qed jiaħ każ Kostituzzjonali fuq dak li sejjaħ parzjalità u propoganda fuq ix- Xandir Nazzjonali, il-PBS. Waqt Konferenza li kienet indirizzata mill-Viċi Kap tal-PN David Agius intqal li l-partit se jkun qed jieħu din l-azzjoni legali mhux biss kontra l-Awtorità tax-Xandir imma kontra l-Ministru Carmelo Abela, li huwa responsabbli għax-xandir tal-istat. Agius sostna li l-PN ilu jsofri minn żbilanċ politiku fuq l-aħbarijiet tal-PBS. Agius saħaq li x-xandir pubbliku sar, komplatemant "infiltrat bil-propoganda Laburista". L-applikazzjoni kienet iffirmata mis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino u l-avukat Paul Borg Olivier u Francis Zammit Dimech, it-tnejn eks Segretarji Ġenerali tal-istess partit. "In-nies qed ikunu bbumbardjati bi propoganda mill-amministrazzjoni Laburista, bil-messaġġ tal-Oppożizzjoni kompletament injorat jew moħbi fil-bullettini tal-aħbarijiet," temm jgħid David Agius. Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne din il-ġimgħa ħabbar l-iffirmar ta' ehim ġdid mal- Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji u mar-rappreżentanti tal-Kamra tal-Ispiżjara, dwar l-Ispiżerija tal- Għażla Tiegħek. L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jew kif inhi magħrufa, POYC, ilha fis-seħħ 14-il sena, b'numru ta' klijenti li jagħmlu użu minnha dejjem jiżdied tant li llum ilaħħaq mal-150,000 klijent regolari, b'223 spiżerija fil-komunità msieħba fil- POYC. Dawn l-ispiżeriji bejniethom iqassmu mal-€34 miljun f 'mediċini fis-sena. "Is-suċċess tal-POYC huwa evidenti u fl-aħħar snin is-suċċess kiber, filwaqt li l-problema tal- mediċini out of stock ġiet solvuta. Dan huwa frott l-impenn tad- Dipartiment tal-POYC innifsu u s-CPSU, iżda wkoll tal-impenn tal- ispiżjara fl-ispiżeriji fil-komunità," qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Is-servizz aġġornat tal-POYC se jara lill-ispiżjara jagħmlu review tal-pazjenti li qegħdin fis-sistema ta' POYC sabiex b'mod uffiċjali jsegwu kif ikun qed jimxi t-trattament. Dan il-ehim il-ġdid ifisser ukoll li l-ispiżeriji li jkun imisshom jiħu fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi jiħu wkoll waranofsinhar mill-4:00 p.m sas-7:00 p.m