Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli In-nies l-ewwel u qabel kollox Miriam Dalli F is-sena li rat fost l-akbar żi- diet fil-prezzijiet tal-enerġija madwar id-dinja, f 'pandem- ija u fi żmien fejn l-għoli tal-ħajja fl-Ewropa laħaq livelli re- kord, f 'pajjiżna konna, għadna u se nibqgħu nieħdu l-aktar deċiżjonijiet importanti biex nipproteġu lin-nies l-ewwel u qabel kollox. In-nies tistenna li fil-mument tal-prova nieħdu d-deċiżjonijiet it- tajba, nagħmlu dak li hemm bżonn biex naraw li fl-aħħar mil-aħħar nsarrfu l-fiduċja li tawna fi kwalità ta' ħajja aħjar għalihom. Kwistjoni ta' atitudni Fil-ġimgħat li għaddew il-prezz tal-enerġija, partikolarment il-prezz tal-gass, laħaq livelli li qatt ma konna rajna qabel. Minkejja dan ħadna d-deċiżjonijiet t-tajba. L-aktar waħda li tipproteġi lin-nies u li tinċentiva n-negozji tagħna hi li l-piż qed jinġarr mill-Gvern u mhux mill-familji tagħna. F'pajjiżi oħra ħafna akbar minn tagħna qed naraw li l-piż tal- prezzijjiet esorbitanti tal-enerġija qed jinġarru propju minn dawk li jifilħu l-anqas. Għax nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn illum il-Maltin u l-Għawdxin qed igawdu fost l-orħos prezzijiet ta' uwil, gass u diesel fl-Ewropa kollha. Ħadd ma jista' jmeri l-fatt li aħna l-unika pajjiż fejn il-konsumaturi ma raw l-ebda żieda fil-prezzijiet tal-enerġija f 'disa' snin sħaħ wara li Gvern Laburista raħħas dawn il- prezzijiet b'25%. Sitwazzjonijiet simili, deċiżjonijiet differenti Ftit tas-snin ilu, Gvern Nazzjonalista kien iffaċjat bi kriżi ekonomika ħafna aktar modesta minn dik li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19 fl-aħħar sentejn. Quddiem sfidi ħafna anqas gravi, ħaddieħor ħa l-eħfef triq u ivvota bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet u l-prezzijiet Fl-2008 pajjiżna kellhu l-aktar livell għoli ta' inflazzjoni fl-aħħar 40 sena b'rata tal-għoli tal-ħajja li kienet laħqet kważi il-5% u xejn anqas minn 6,000 ruħ qiegħda. Riżultat ta' politika żbaljata li kienet taħdem kontra n-nies u n-negozji billi tgħabbihom bil-piżijiet meta l-anqas ikunu jifilħu. Deċiżjonijiet ħżiena li ma poġġewx liċ-ċittadini fiċ-ċentru. Dik is-sena il-prezz tal-enerġija f 'Malta kien żdied b'aktar 45%. Dakinhar il-piż ġarrewh waħedhom il-familji u n-negozji tagħna. Issa meta mistoqsija mill- ġurnalisti fuq din il-kwistjoni, mill- kumdità tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech ħasel idejh mir-responsabilità u żamm mal-istess deċiżjonijiet li ħadu ta qablu. Fiduċja u kredibilità Ma tirbaħx il-fiduċja bl-islogans. Il-fiduċja tan-nies tinbena fuq il- kredibilità tal-politiċi li jwettqu dak li jwiegħdu u jwiegħdu biss dak li jistgħu jwettqu. Kredibilità li tinbena billi taħdem kuljum għal ġid tan-nies flok titfa' l-problemi taħt it-tapit. In-nies jafu li dan il-gvern huwa l-aqwa garanzija ta' kontijiet stabbli. Bħalissa ghaddej xoghol importanti li se jwassal sabiex nassiguraw li nkomplu nsolvu anomaliji li nħolqu minn Gvern Nazzjonalista f 'paniku qabel l-2013 filwaqt li nippromowvu l-għaqal fil-konsum u l-protezzjoni tan-negozji u l-industrija Maltija. Bid-deċiżjonijiet tagħna f 'dawn is-snin, se nkunu raħħasna l-kontijiet, żammejnihom baxxi waqt l-agħar kriżijiet u solvejna l-problemi li writna minn ta' qabilna. Serħan-il moħħ lin-negozji Din l-attitudni turi d-differenza bejn pajjiżna u pajjiżi oħra. Konna u għadna qed ninvestu bis-saħħa biex ngħinu lin-negozji joħolqu l-ġid, joħolqu aktar xogħol, joħolqu aktar opportunitajiet għall-ħaddiema Għawdxin u Maltin. Investjena kważi €700 miljun biex salvajna aktar minn 105,000 impjieg. Waqt il-pandemija, in-negozji tagħna irċevew għal darba darbtejn għajnuniet finanzjaraji biex iħallsu l-pagi, l-kontijiet tad-dawl u l-kirjiet tagħhom. Illum għandna l-aktar rata baxxa ta' qgħad fl-istorja tagħna. Mhux hekk biss, f 'sentejn ta' pandemija rnexxilna nsostnu klima pożittiva fl- intrapriza Maltija biex jinħolqu xejn anqas minn 14,000 karriera ġdida. Kwalità ta' ħajja aħjar Id-dinja għaddejja mill-akbar mewġa ta' inflazzjoni fl-aħħar 40 sena u, kuntrarju għal kif kienu jaħsbu xi wħud, għalina ż-żieda fil-prezzijiet mhijiex perċezzjoni jew sempliċi statistika ekonomika li trid tgħix biha. Konxji mill-fatt li l-familji, speċjalment dawk finanzjarjament aktar vulnerabbli qed iħossu din iż-żieda aktar minn ohrajn. Vera wkoll li minħabba li żammejna l-prezzijiet tal-energija stabbli, pajjiżna bħalissa għandhu l-anqas rata ta' inflazzjoni fl-Ewropa kollha. Filfatt l-għoli tal-ħajja fl-Ewropa bħalissa huwa l-aktar għoli li qatt kien u kważi d-doppju tal-livell f 'Malta. Għalina dan mhux konsolazzjoni. Se nkomplu naħdmu sabiex naraw li jkollna mekkaniżmu li jkompli jwiezen liż-żgħir. L-enerġija li nwettqu l-ġid Jekk baħrin ta' vera taraom fil-maltemp, l-aħħar sentejn żgur sawruna aktar minn qatt qabel. Mhux talli ma qatawlniex qalbna, talli l-isfidi, għalkemm bla preċedent fl-istorja mlewna b'rieda u b'enerġija biex naħdmu aktar minn qatt qabel ħalli noħolqu l-ġid għan-nies tagħna. Madwar id-dinja il-qasam tal- intrapriża u s-settur tal-enerġija għadda mill-aktar sentejn diffiċli li niakru. Minkejja dan, illum għandna fost l-orħos kontijiet fl-Ewropa, l-inqas rata ta' qagħad fl-istorja, l-aktar prezzijiet stabbli għall-familji u n-negozji, l-anqas rata ta' għoli tal- ħajja fiż-Żona Ewro, u l-aktar nies jaħdmu li qatt kellna fil-pajjiz. Dak li jagħmilna differenti minn ħaddieħor huwa propju d-determinazzjoni u t-twemmin tagħna li ninvestu fin-nies u noħolqu l-ġid. Għaliex mill-ġid joħroġ biss aktar ġid. Bid-deċiżjonijiet tagħna f'dawn is-snin, se nkunu raħħasna l-kontijiet, żammejnihom baxxi waqt l-agħar kriżijiet u solvejna l-problemi li writna minn ta' qabilna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022