Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616
Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Libra ser jagħmlek tgħaraf aktar iżjed dawk il-bżonnijiet personali tiegħek. Dan ser ikun qiegħed jippermettilek aktar ħin sabiex dak li ma kontx twettaq għalik personali issa dan l-ispazju ser ikun għad-disponizjoni tiegħek. Dan għandu jservik sabiex xi nuqqasijiet li int esperjenzjat jerġaw jibdew jiġu attwati. Għaraf dan sew. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Libra huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Scorpio ser jagħmlek tgħaraf tanalizza sew dwar dak li int ser tiddeċidi minħabba li hemm resqin lejk deċiżjonijiet ferm importanti kemm għal karriera tiegħek kif ukoll għal ħajja personali tiegħek. Għalhekk trid tgħaraf tkun kemm tista jkun kawt sabiex ma tagħmilx deċiżjonijiet magħġla. Imxi bil-għaqal. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. Scorpio huma magħrufin għat tfasil iddettaljat tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Sagittarius ser ippoġġik bejn ħaltejn bejn dak li int esperjenzajt fil-passat għal dak li int għandek fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet jafu joħolqu it ta' konfużjoni madwarek. Għalhekk int għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddej minnhu fil-mument sabiex b'hekk int tkompli tissaħħaħ aktar lejn il-ġejjini. Irriffleleti. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Sagittarius huma magħrufin għas sensittivita' tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Capricorn ser ikun mument ta' riflessjoni b'mod aktar profond lejn dak l-ippjanar li tant qiegħed ikun ta' ħsieb għalik. Għalhekk tajjeb li ssib aktar spazju għalik innifsek sabiex b'hekk int tkun tista' tiffoka aħjar lejn dik l-istabbilta' li hemm riesqa lejk. Wettaq rifflessjoni profonda. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Capricorn huma magħrufin għall gwida li joffru. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik l-istess Aquarius ser joffrilek oppurtunita' pożittiva mmens f 'kull sitwazzjoni li int ser taffaċja, iżda dan dejjem jekk Int temmen aktar fik innifsek. Kontra kollox int tkun kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi. Din għalik hi fażi sabiex tgħaraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Pisces ser jagħmlek it aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma' kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa u minħabba f 'hekk minn issa int trid tagħti aktar attenzjoni. Ovvjament int ser tagħmel dan sabiex tkun tista tissaħħaħ aktar fil-madwar tiegħek. Għaraf dan. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Namaste 26 oroskopju IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum IN-NEW MOON FIŻ-ŻODJAKU TA' AQUARIUS L-Oroskopju mill-Ħadd 6 ta' Frar sas-Sibt 12 ta' Frar Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Aries ser ikun iffisser li trid trattab aktar kif int twettaq dawk id-deċiżjonijiet li hemm resqin lejk u dan għaliex aktar minn qabel int ser tinduna li bil-mod kif ser twettaq dan, is-sitwazzjonijiet ta' madwarek ser jieħdu xejra differenti. Għalhekk analizza sew dan. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Aries huma magħrufin għat twebbis ta' rashom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Taurus ser ikun iffisser bidla fik innifsek li minn issa l-quddiem ser tibda timxi aktar b'moħħok milli minn dak li kont is-soltu twettaq minn qalbek. Jekk int tgħaraf dan ser tkun qed tasal f 'aktar stabbilta' minn dak li għaddejt fil- passsat. Irriffletti. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Taurus huma magħrufin għal immaġinazzjoni tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Gemini huwa mument ta' bosta toroq miuħa għal opportunitajiet fil-karriera tiegħek u minħabba f 'hekk ser ikollok twettaq tibdil. Pero' issa trid tkun aktar iffokat sabiex tkompli tavvanza lejn dawk il-miri ewlenini li int tant inspirat lejhom. Analizza. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Gemini huma magħrufin għall motivazzjoni tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Cancer ser ikun iffisser li issa int ser tesperjenza aktar stabbilta' f 'dak li int qiegħed tant tiffoka fuqu. Issa ser tkun aktar iffokat fuq il-ħiliet tiegħek aktar mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon meħtieġ, pero' trid tgħaraf li żomm il-bilanċ. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej min Libra. Cancer huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Leo se jagħmlek tgħaraf aktar l-abbilta' tiegħek sabiex minn issa int tkun f 'qagħda aħjar biex tasal għal dawk id- deċiżjonijiet li ser jagħtuk dak li int tant tixtieq. Dan ser jurik li int kapaċi tasal għal dawk il-konklużjonijiet kważi mingħajr l-ebda pariri u dan jagħmlek tanalizza aktar sew. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Leo huma magħrufin li huma nies umli u ta' determinazzjoni. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Aquarius għalik Virgo ser ikun mument ta' aktar stabilita' għalik personali. Dan ser tkun qed tħossu anka f 'dawk is-sitwazzjonijiet li qabel kont bħal qisek taqta qalbek minnhom aktar milli kont tkun is-soltu. Għalhekk għaraf aħtaf din l-opportunita' sabiex tgħaraf timxi u topera għal aktar tkattir. Analizza. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Virgo huma magħrufin li jimxu mal moment. Namaste L-OROSKOPJU L-Oroskopju bla dubju huwa suġġett sa mill-bidu ta' l-era Eġizjana, l-mitoloġija Griega u għal ħafna snin segwit minn ġenerazzjoni għal-oħra. Għal ħafna l-oroskopju huwa mezz ta' gwida, għal oħrajn huwa kurżita u għal oħrajn li huma xetiċi ma jiswa xejn. Iżda jibqa l-fatt li l-oroskopju ilu magħna aktar minn elfejn sena u żgur li sakemm jibqa jeżisti l-bniedem jibqa' jeżisti l-oroskopju madwarna. Din il-ġimgħa għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna qiegħed noffrilkom tlett koppji ta' l-aħħar pubblikazjoni tiegħi dwar l-oroskopju, PaulJon bl-Oroskopju għalik, bħala rigal. Ibgħatu kumment jew suġġeriment dwar din il-paġna u l-aħjar tlett ittri jingħataw din il-pubblikazjoni. Indirizzaw l-ittra tagħkom lil PaulJon, PO Box 27. Paola jew b'SMS fuq 79495804. Grazzi tal-parteċipazzjoni tagħkom. Namaste NOTA: MINN ISSA 'IL QUDDIEM IL-KOMPETIZZJONI TIBDA TKUN DARBA FI XAHAR IŻDA SE JKUN HEMM IŻJED RIGALI L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON