Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum MILL-2003 SAL-2017: MINN BLU GĦALL-AĦMAR ... L-GĦAWDXIN JIKSRUHA MINN MAL-PN YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM waslet fl-aħħar ta' din is-sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif issa ninsabu fis-sena tal-elezzjoni ġenerali, tat rendikont u analizzat is-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid-distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal- 2003 sa dik tal-2017. Se nagħlqu bit-tlettax-il distrett, jiġifieri d-distrett tal-Għawdxin li huwa wieħed mill-aktar interessanti. Minn distrett Nazzjonalista, l-appoġġ għall-PN baqa' jonqos sena wara l-oħra, sakemm sal-aħħar elezzjoni ġenerali, spiċċa minn taħt. Minn distakk ta' 4,000 vot favur il-PN fl- 2003, il-Partit Laburista rebaħ l-appoġġ tal- Għawdxin fl-2017, anke jekk bi 872 vot. X'se jiġri din is-sena ħadd ma jaf. Sa it xhur ilu, qabel ma rriżenjat Justyne Caruana, l-Għawdxin kellhom tliet membri fil- Kabinett u kollha ħadmu u qed jaħdmu biex jiksbu aktar l-appoġġ tal-Għawdxin. Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista wkoll qed jirsisti, b'kandidati ġodda u żgħar, bil-għan li jerġa' jikseb il-voti li tilef f 'Għawdex. Fl-2008, il-Partit Nazzjonalista naqqas drastikament l-appoġġ fuq bażi nazzjonali tant li rebaħ l-elezzjoni ġenerali bi ftit mijiet ta' voti. Mill-banda l-oħra, fuq it- tlettax-il distrett, il-Partit Nazzjonalista sofra tnaqqis marġinali u għalhekk xorta waħda kien għadu b'saħħtu ħafna fost l-Għawdxin. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kien kiseb 13,141 vot jew 55.35% tal-voti. Mill-banda l-oħra, il- Malta Labour Party kien kiseb 10,185 vot jew 42.90% tal-voti tal-Għawdxin. Anke jekk naqqset ftit voti, il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono baqgħet il- kandidata l-aktar popolari. Fl- ewwel għadd, Debono kienet diġà kisbet 5,633 vot. Din id-darba, Anton Tabone ma kienx fuq il-lista tal-kandidati u mar minn fuq Chris Said li issa qabeż lil Frederick Azzopardi. Fl-ewwel għadd, Said kien diġà ġab 2,573 vot. Fil-fatt, Said kien elett fil-11-il għadd b'4,091 vot. Azzopardi kellu jistenna t-13-il għadd biex ikun elett. Huwa ġab 5,037 vot. Il-Partit Laburista reġa' eleġġa lil Anton Refalo minnufih mal- ewwel għadd. Huwa kiseb 4,599 vot. Justyne Caruana kienet eletta fit-tmien għadd b'4,153 vot. Fl-2008, il-Malta Labour Party kellu seba' kandidati u l-Partit Nazzjonalista kellu sitta. Sal-2003, il-Partit Nazzjonalista lanqas kien joħlom li għad jitlef lil Għawdex. F'din is-sena, mhux biss rebaħ ir-referendum għas-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea u anke l-elezzjoni ġenerali, imma rebaħ ukoll bi kbir it-tlettax-il distrett. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 13,217-il vot jew inkella 58.78% tal-voti tal-Għawdxin. Il-Malta Labour Party (l-isem uffiċjali tal-PL dak iż-żmien) kiseb 9,177 vot jew 40.82%. Giovanna Debono, li kienet għadha kemm serviet għall-ewwel darba bħala Ministru għal Għawdex, bla dubju ta' xejn kienet l-aktar kandidata popolari. Fl-ewwel għadd, Debono kisbet 6,591 vot. Il-Partit Nazzjonalista eleġġa wkoll lil Anton Tabone u lil Frederick Azzopardi. Il-każ ta' Tabone huwa interessanti ħafna. Tabone, eks Ministru għal Għawdex, kien għadu kemm serva bħala Speaker wara li kien ikkontesta l-elezzjoni tal-1998, imma għall-ewwel darba mill- 1966, ma kienx ġie elett. Fil-fatt, fl-1998, Azzopardi, li kien l-Assistent tiegħu, kien ikkontesta l-elezzjoni u ġab aktar voti minnu. Iżda bejn l-1998 u l-2003, Tabone ma baqax b'xejn hekk kif serva bħala Speaker. Madanakollu huwa ma kienx qata' qalbu u kien ikkontesta mill- ġdid l-elezzjoni tal-2003 u ġie elett. Fil-fatt, fl-ewwel għadd huwa kien ġab 1,985 vot u Azzopardi 1,285 vot. Eventwalment, it-tnejn li huma kienu ġew eletti fit-13-il għadd bi it voti differenza. Tabone kien kiseb 3,286 vot u Azzopardi 3,279 vot. Minkejja li kien Deputat elett f 'isem il-Partit Nazzjonalista, sal-2008, Tabone kien reġa' serva bħala Speaker tal-Kamra. Ngħaddu issa għall-Malta Labour Party. Anton Refalo kien elett fl-ewwel għadd hekk kien il- kandidat preferut ta' 4,298 persuna. Warajh, għall-ewwel darba, kienet eletta Justyne Caruana. Fl-ewwel għadd, Caruana ġabet inqas voti minn kandidat ieħor, Joseph Cordina. Madanakollu, hija wirtet aktar mill-voti ta' Refalo. Hija kienet eletta fit-12-il għadd b'5,265 vot. Fl-2003, il-Malta Labour Party u l-Partit Nazzjonalista kellhom seba' kandidati kull wieħed. Fost oħrajn, il-Partit Nazzjonalista kellu lil Chris Said fuq il-lista tiegħu iżda ma kienx elett. 2003: L-ebda inkwiet għall-PN; Maġġoranza komda u Giovanna b'saħħitha 2008: Il-PN inaqqas l-appoġġ nazzjonali iżda jibqa' b'saħħtu fost l-Għawdxin Il-gazzetta ILLUM tagħlaq il-ħarsa tagħha lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss it-tlettax-il distrett MLP PN 40.82% 58.78% MLP PN 42.90% 55.35%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022