Illum previous editions

ILLUM 13 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 jixtiequ imma għax ħafna kellhom jirriżenjaw' elettorali, il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta kandidati ġodda. "L-elettorat qed jingħata għażla. Jekk l-elettorat jaqbel ma' dak li qed tgħid inti, li hemm persuni li huma sinonimi mat-telfiet tal-PN u għandhom jagħmlu spazju, dan għandu l-għażla f 'idejh," insista Giglio. Fakkar ukoll kif fl-aħħar xhur mhux biss inbidel is-Segretarju Ġenerali, biex issa hemm Michael Piccinino, imma kien hemm ukoll tibdil fil-President tal-Eżekuttiv u l-Amministrattiv, fost oħrajn. "Kellek persuni li warbu, bħal Francis Zammit Dimech, Ċensu Galea, Alex Perici Calascione u Carm Mifsud Bonnici u posthom ħaduhom nies bħal Graham Bencini, Mark Anthony Sammut, Joseph Grech u oħrajn," fakkar l-Avukat Giglio. 'Il-Kabinett tal-PL iġġedded għax ħafna kellhom jitilqu' Dawwar ħarstu fuq il-Partit Laburista u saħaq li l-kabinett tiegħu ġġedded għax kien hemm persuni li kellhom jitilqu minħabba li spiċċaw jiffaċċjaw akkużi serji ta' korruzzjoni. "Chris Cardona ma telaqx għax ried hu. Konrad Mizzi l-istess u anke Justyne Caruana," kompla Giglio. "It-tiġdid fil-PL qed isir mhux għax kien hemm ix-xewqa imma għax ħafna mill-membri tal-Kabinett kellhom iwarrbu." Iżda l-ILLUM tfakkru li bis- saħħa ta'dan, il-Partit Laburista kien għaqli biżżejjed biex idaħħal nies validi mmens, bħalma huma Miriam Dalli, Clyde Caruana, Oliver Scicluna u Jonathan Attard. "Jekk dehrlu li kellu jagħmel hekk, għamel tajjeb, imma kienu ċ-ċirkostanzi tal-konfużjoni fil- Kabinett li tawh l-opportunità jagħmel dan," insista Giglio. Giglio naqqas l-impenn tiegħu fil-PN? Tkellimna dwar is-sehem tiegħu fil-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur, anke għax kien hemm min innota li Giglio donnu naqqas mill- impenn tiegħu. L-ILLUM tistaqsih x'ġara. "L-impenn tiegħi għadu hemm u jibqa' hemm. Kien hemm ħafna okkażjonijiet fejn il-PN talabni nkun preżenti u ma stajtx. Sa ċertu punt minni naqas. Kien hemm żmien fejn ma stajtx minħabba affarijiet personali. Serraħ rasek li l-impenn tiegħi għadu hemm u jibqa' hemm," insista. 'Is-sondaġġi jfissru biss li trid ixxammar il-kmiem' Tkellimna dwar is-sondaġġi li għadhom qed juru it li xejn avvanzi għall-Partit Nazzjonalista. L-ILLUM irrapportat kif Bernard Grech qed jgħid li jekk inaqqas id-distakk għal 30,000, jibqa' Kap. Telfa ta' 30,000 vot hija aċċettabbli wara dak kollu li smajna fl-aħħar snin? Hemm Deputati li titkellem magħhom u li diġà qalbhom maqtugħa. Kif inhu l-ambjent fil- PN bħalissa? "Jiena qalbi maqtugħa m'iniex. Is-sondaġġi jfissru biss li trid ixxammar il-kmiem u tkompli tirsisti," saħaq Giglio. Dwar ir-rapporti fuq dak li qed jgħid Bernard Grech, Giglio la ċaħad u lanqas ikkonferma. Qal biss li l-istatut tal-Partit Nazzjonalista jistabbilixxi li wara kull elezzjoni, anke jekk jirbaħ, il-Kap irid jissottometti ruħu għal vot ta' fiduċja. Lest jikkontesta għal kariga għolja fil-PN? "Hekk se jiġri din id-darba wkoll," saħaq Giglio u propju hawn li l-gazzetta tieħu l-opportunità u tistaqsih jekk jikkunsidrax li wara l-elezzjoni, jitfa' ismu għal xi waħda mill-karigi importanti fil-Partit. Għandu appoġġ? Wieġeb li huwa jimxi pass pass. "Se nkompli naħdem biex in-nies jimu li l-PN huwa alternattiva relevanti u importanti. Imbagħad naraw minn hemm. Ma għandi l-ebda ħsieb. Nibqa' naħdem kuljum ġurnata b'ġurnata," insista Giglio. Għandu jkollna Parlament full- time? L-ILLUM staqsiet lil Giglio jekk jaqbilx li jkollna Deputati full-time anke għax mill-aspett finanzjarju, ma tantx huwa 'worth-it' għal avukat bħalu jew tabib li jħalli l-professjoni tiegħu biex jidħol fil-politika. Ma jaħsibx li dan il-fatt jista' jkun li qed iżomm persuni validi mmens milli jagħtu sehemhom? Giglio saħaq li jekk wieħed iħares biss lejn l-aspett finanzjarju, ma jagħmilx sens li tabib jew avukat joħroġ għall-politika. Madanakollu insista li min jidħol għall-politika, ma jagħmilx dan għall-aspett finanzjarju. "Worth-it li tidħol fil-politika jekk trid tagħti servizz u kontribut," insista Giglio. "Imma iva jista' jkun li hemm persuni li jibqgħu lura minħabba l-aspett finanjarju." Dwar Parlament full-time, Giglio saħaq li għad ma għandux opinjoni ċara. "Jista' jkun li tagħmel sens għax tattira nies differenti u hemm min jgħid li mhijiex idea tajba li jkollok parlamentari full-time għax inkella jinqatgħu min-nies." Jekk fuq din il-kwistjoni, Giglio għadu ma ffurmax opinjoni, mill- banda l-oħra huwa jaqbel ħafna li l-partiti politiċi jkunu ffinanzjati mill-istat. Spjega li jaqbel ma' dan, mhux għax fiha xi ħaġa ħażina li persuni jagħtu donazzjonijiet lill-paritit, iżda għax jekk ikun hemm finanzjament mill-istat, ikun hemm aktar trasparenza. 'Kieku ġejt avviċinat biex inkun co-opted ma kontx naċċetta' Kien hemm min kien qed jistenna li Joe Giglio jkun co-opted fil-Parlament wara li rreżenja David ake. Xtaq li jkun co-opted hu? Ġie avviċinat? "Lanqas biss għaddietli minn moħħi li nkun avviċinat biex inkun co-opted. Ma ppretendejtx u ma ġejtx avviċinat. Kieku ġejt avviċinat biex inkun co-opted ma kontx naċċetta. Din hija spin oħra tal- Partit Laburista," insista Joe Giglio. Insista li fil-laqgħa tal-Eżekuttiv, meta ġiet imressqa t-talba biex tkun co-opted Graziella Galea, hu kien l-uniku persuna li għamel intervent u ħeġġeġ lill-membri tal-eżekuttiv biex jappoġġjaw din id-deċiżjoni, li ġiet approvata unanimament. Joe Giglio u l-Bank Pilatus. Spin jew verità? Tkellimna dwar il-kontroversja fuq is-€17,000 fix-xahar li ħadet il-kumpanija legali tal-Prim Ministru mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-ILLUM tfakkar lil Giglio li anke hu għandu kumpanija legali. Se neħduha kontrih għax hu ddefenda uffiċjali tal-Bank Pilatus? Il- kumpanija tal-Prim Ministru mhux xogħlha wkoll kienet qed tagħmel? "Iż-żewġ affarijiet ma għandhomx x'jaqsmu. Robert Abela u l-kumpanija legali tiegħu, kienet diġà ngħatat il-kuntratt fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista. Fit-2013, meta ġie elett il-Partit Laburista, il-ħlas sploda. Fl-istess ħin, li Abela kien qed jagħti assistenza legali lill- Awtorità tal-Ippjanar, kien ukoll konsulent tal-Gvern. Mela għandek sitwazzjoni, fejn il-Gvern ressaq ħafna applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, fl-istess żmien li l-istess Awtorità kienet qed tirċievi pariri mingħand Abela." Dwar ix-xogħol tiegħu mal-Bank Pilatus, Giglio insista li jrid jagħlaq din il-kwistjoni darba għal dejjem. Insista li għall-kuntrarju ta' dak li qal il-Partit Laburista, hu qatt ma kien l-Avukat tal-Bank Pilatus. "Jiena kelli kawża waħda fejn iddefendejt persuni mill-Bank Pilatus, li kienu Maltin tal-affari tagħhom. Dak iż-żmien, il-Bank Pilatus kellu l-liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Maltin u dwaru ma kien issemma xejn. Dawn ġew quddiemi għax kienu qed jiġu akkużati minn impjegata li ma ħallsuhiex il-paga," insista Giglio, waqt li saħaq li l-evidenza kienet turi mod ieħor. Spjega kif l-akkużi kontra dawn il-persuni ġew fi żmien meta din l-istess persuna kienet se titwaqqaf mill-impjieg għax skoprew li din abbużat minn karta tal-kreditu li ġiet fdata lilha. Din il-persuna ma hija ħadd ħlief Maria Efimova, il- whistleblower fil-każ Egrant. "Jiena kont qed niddefendi lil dawn il-persuni. Jiena għamilt xogħol għal klijenti tiegħi u mhux f 'isem entità li qed titħallas mit- taxxi tagħna," saħaq Giglio. "Jien qatt ma kont l-Avukat tal-Bank Pilatus." Ambjent, edukazzjoni u kwalità tal-ħajja... Lura għall-elezzjoni. L-ILLUM tistaqsi lil Giglio biex isemmi proposti li jixtieq jara lill-Partit Nazzjonalista jaħdem u jirsisti fuqhom. Minnufih semma li jixtieq li l-Partit Nazzjonalista jitkellem aktar fuq l-ambjent u l-viżjoni tiegħu biex jindirizza l-problema tat-tibdil fil- klima. Saħaq li jixtieq jara lill-PN jispjega kif se jirriforma s-sistema edukattiva tal-pajjiż biex din ma tibqax imsejsa biss fuq l-eżamijiet. "Ma nixtieqx li nibqgħu nkejlu s-suċċess ekonomiku billi nħarsu lejn id-defiċit u s-surplus. Minflok irridu nibdew nitkellmu fuq il- kwalità tal-ħajja. Irridu naqilgħu pagi tajbin u fl-istess ħin ikollna ħin biżżejjed għall-familja, ħin biex insiefru, ħajja itwal u aktar b'saħħitha u żgħażagħ li jkomplu jistudjaw," temm jisħaq Giglio. Insista li ma għandu l-ebda dubju li dan kollu se jkun indirizzat fil- programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 February 2022