Illum previous editions

ILLUM 6 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

elezzjoni2022 11 illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 b'attendenza fqira mmens li kellu l-PN f 'Raħal Ġdid, iż-Żejtun u l-Imsida - fejn saħansitra l-partit kellu problema biex jimla' t-tinda. Wara disa' snin fl-Oppożizzjoni wieħed jistenna li l-PN ikollu l-folol jiġru warajh, mhux tined mimlija bl-uffiċjali u it li xejn nies quddiem it-tined. Il-Partit Laburista - minkejja li qed ikollu xi it aktar nies, xorta mhux qed ikollu s-segwaċi li kien imdorri bihom fl-2013 u l-2017. Per eżempju minkejja li l-attività taż- żgħażagħ fl-Isla kellha attendenza tajba, kellha attendenza ħafna inqas mill-ewwel attività tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, meta tnediet il- kampanja 'I'm in' fl-2013. Minkejja li fil-verità huwa l-vot li jgħodd, id-daqs tal-folol huwa termometru ċar ta' kemm hawn (jew m'hawnx) ħeġġa għal din l-elezzjoni! Logos: Liema wieħed tal-PN u tal-PL? Il-logos ukoll! Lanqas tkun ċert eżatt liema minnhom huwa tal-PN u liema tal-PL. Dan meta normalment id-differenza tkun waħda kbira u ċara. Meta l-Partit Laburista kellu l-messaġġ tal-Aqwa Żmien, il- Partit Nazzjonalista kien qed jgħaddi l-messaġġ ta' 'Jiena Nagħżel Malta'. Meta l-PL kien qed jimbotta l-messaġġ ta' 'Bidu Ġdid', imma l-Partit Nazzjonalista kellu l-messaġġ 'Flimkien Kollox Possibbli'. Meta l-Labour kien jgħid 'Valuri Sodi. Viżjoni Moderna' u l-PN kellu l-messaġġ 'Ġid. Fiduċja. Direzzjoni' fl-1998 - elezzjoni miġġielda fuq il-kwistjoni tal- UE. Bħall-2003 meta l-PN kellu l-messaġġ 'Rebbiegħa Ġdida - Xogħol. Ġid. Serjetà u l-PL - li kien għadu kemm tilef ir-referendum għall-sħubija fl-UE kellu l-messaġġ politiku, 'Futur Aħjar l-Ewwel Int.' U nistgħu nibqgħu sejrin għal dawk il-messaġġi ikoniċi li kienu l-muturi tal-bidla, 'Xogħol. Ġustizzja. Libertà' tal-PN fl-1987 u 'Malta Tagħna Lkoll' fl-2013. Din is-sena iżda l-logos donnhom huma wisq viċin xulxin, bl-isem Malta tkun fiċ-ċentru tal-messaġġ. Il-PN għandu "miegħek" u l-PL għandu "Flimkien". Kuntrarjament għal ħafna kampanji oħrajn ma nħarġux diski bil-Malti li r-ritornell tagħhom ikun il-messaġġ tal-partit jew inkella li jkollhom messaġġ politiku, bħal 'Ngħidu Iva' fl-2003, 'L-Aqwa Żmien' fl-2017 u lanqas qed jintużaw xi diski ikoniċi, popolari u tal-widna barranin li tant konna mdorrijin bihom fl-aħħar 20 sena. 'e Final Countdown' ta' Europe, li kienet assoċjata mal-PN fl- 1987 u anke l-1992, 'Children' ta' Robert Miles assoċjata mal-Labour fl-1996, We Take e Chance li ndaqqet fl-1998 fil-mass meetings tal-PN l-ewwel u kienet suċċess instantanju, kif ukoll 'e only Way is Up (Labour)' fl-2008. Minkejja dan, f 'din il-kampanja - li qed issir kważi għax ta' bilfors - mhux qed naraw diski simili li jqajmu u jħeġġu lill-mases kif konna mdorrijin naraw f 'kampanji passati. Il-futur, il-passat u poplu fgat! Il-lingwaġġ ta' din il-kampanja - jew aħjar tal-mexxejja politiċi tal- PN u l-PL - huwa issa ċar, qed jiġi ripetut diversi drabi u juri lil fejn sejra l-istrateġija tal-partiti l-kbar. Robert Abela qed jinsisti ħafna dwar il-futur. Hemm diversi raġunijiet għal dan: Abela qed jinsisti għall-ewwel mandat u filwaqt li jekk jirbaħ verament ikun l-ewwel mandat tiegħu, huwa ċar li qed jaċċenna għal dan biex b'mod indirett jinqata' mill-passat riċenti li huwa ddominat minn Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi. Huwa ċar ukoll li bil-ħeġġa għall-futur qed jipprova jagħti tama lill-poplu li fl-aħħar xhur kellu qalbu maqtugħa, b'moral baxx hekk kif darba wara oħra ra l-ħajja soċjali tiegħu tieħu daqqa wara oħra. Il-passat jirrapreżenta l-pandemija, ir-restrizzjonijiet u allura, minkejja l-għajnuna kollha li ta l-Gvern biex negozji ma jfallux u ħaddiema ma jitilfux xogħolhom, jibqa' fatt li l-pandemija fissret għafsa kbira ekonomika u nuqqas kbir ta' xogħol. Abela jista' jibni l-aqwa saħħa jekk il-poplu jemmen li fit-tajjeb se jerġa' jsib lill-Gvern, din id-darba mhux għall-għajnuna imma biex iħalli lin-negozji jimirħu, mingħajr restrizzjonijiet u jieħdu nifs tajjeb, kif tant qed jistennew. Bernard Grech qed jinsisti ħafna illi l-poplu huwa fgat. Fgat bil- korruzzjoni u governanza ħażina kif ukoll bil-bini kullimkien. Hawnhekk il-Kap tal-PN qed imiss ma' nerv partikolari - mal-uġigħ u d-dwejjaq li għandu l-poplu fuq diversi kwistjonijiet, b'mod speċjali l-ambjent. Id-dwejjaq fuq l-ambjent irriżulta mhux biss f 'diversi sondaġġi, imma wkoll kien is-suġġett tal-partiti fl-ewwel parti ta' din il-kampanja, turija ċara li l-partiti tassew qed iħossu dan id- dwejjaq. Cassola qed jaħdem sew! Minkejja li ħiereġ biss fuq żewġ distretti l-ħidma ta' Arnold Cassola f 'din l-elezzjoni mhix nieqsa. Għandu messaġġ elettorali magħmul eżatt biex jolqot lil dawk il-votanti tal-10 u l-11-il Distrett li huma mdejqin u rrabjati għall- Gvern, pero' li ma tantx għandhom xi ħeġġa għall-PN bħalissa lanqas. Cassola, bl-aktar mod ċar, qed jagħmel il-kampanja ta' kritika ħarxa lejn il-Gvern Laburista li mhux jagħmel il-PN daqstant u allura b'hekk qed jittama għal żewġ xenarji. L-ewwel: Li ħafna nies imdejqin biż-żewġ partiti f 'dawn id-distretti - li jinkludu Tas-Sliema, is-Swieqi, il-Mosta u Ħ'Attard - jivvotawlu. Dawn jivvotawlu għaliex iħossu li ladarba ċ-ċans li jitlef il-PN xorta huwa kważi ċert, mela allura aħjar jivvotaw lill-kandidat li jirrapreżenta aktar ir-rabja li għandhom lejn il-Gvern u l-Partit Laburista. Inkella x-xenraju l-ieħor: Nies li jogħġobhom Cassola, imma li xorta jħossu li għandhom jivvutaw lill-PN fuq dawn id-distretti. F'dan il-każ Arnold Cassola jkun jista' jittanta l-aħjar xortih billi ħafna minn dawn jagħtuh it-2 u għalhekk jidħol fiċ-ċans li jirbaħ siġġu grazzi għall-wirt. Dan il-kandidat - li xi darba kien imexxi l-Alternattiva Demokratika imma kisirha minn ma' dan il- paritit, minħabba l-abort - kellu suċċess kbir fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew tal-2004. Dakinhar huwa kien kiseb 22,938 vot. Fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019 Cassola - bħala indipendenti - kiseb 2,127 vot, aktar mill-Alternattiva Demokratika f 'daqqa li kisbet 1,866 vot b'kollox.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 March 2022