Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
31 editorjal illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-kampanja elettorali sa issa hija bla dubju l-aktar waħda nieqsa mill-ħeġġa pero' wkoll mill-kreattività u mill-viżjoni li tant nistennew mill-partiti, speċjalment dawk li jridu jkunu jew jibqgħu fil-Gvern! Li ma hawnx ħeġġa, wieħed jifimha. Wara xhur ta' pandemija u skossi - wieħed li jinħass aktar minn ta' qablu - ħafna minn nies jridu ħajjithom lura, qed jaħsbu fuq is-sajf, fejn se jsiefru, fejn se jmorru jieklu, liema Rxoxt se jmorru jaraw fl-Għid. U bir-raġun! In-nies jgħixu ħajjithom f 'kemm jista' jkun normalità jridu. Biex tgħaxxaq feġġ inkwiet fil-forma ta' gwerra li qed jinkwieta mhux it lill-Ewropej, inkluż lill-Maltin. Tmur fejn tmur kulħadd dwar il-gwerra qed jitkellem, l-ewwelnett għax hija l-aktar materja serja u gravi u t-tieninett, f 'ambjent fejn l-aptit għall-politika partiġġjana huwa it, mhux se jkun hemm wisq aptit biex dak li jkun joqgħod jinħela f 'battibekki fuq il-politika lokali. Hemm ħafna raġunijiet li diġà semmejna f 'analiżi l-Ħadd li għadda u f 'din il-gazzeta wkoll qed nerġgħu inħarsu lejn ir-raġunijiet għal dan. Li ma narawx daqstant ovvju huwa kif, konxji tan-nuqqas ta' interess, il-PN u l-PL ħarġu b'kampanja akka li qed tibda tidher qisha rkant! Min iwiegħed l-aktar ċejċa, min iwiegħed l-akbar bonanza u minn fejn se jiġu l-flus Alla jaf ! Kieku pjanijiet għal 10 snin oħra kulħadd jaf jiġi bihom, imma l-problema hija issa. Wara sentejn ta' pandemija li xorbot il-finanzi tal-pajjiż, għal għanijiet ġusti u nobbli, b'miżuri li salvaw eluf ta' impjiegi, il-bir issa huwa vojt. Id-defiċit sploda u d-dejn żdied u anke jekk is-sitwazzjoni tal-finanzi tagħna hija aħjar minn ta' pajjiżi oħrajn xorta jibqa' fatt li dan l-infiq kontinwu u massiċċ minn ximkien irridu nagħmlu tajjeb għalih. Qalulna li bit-tkabbir ekonomiku, mhux bl-awsterità. U tajjeb! L-awsterità ġġib l-għaks u ekonomija għalkopptejha. Imma minn naħa l-oħra li npoġġu kollox fuq it- tkabbir ekonomiku huwa riskju. Minkejja li t-tbassir ekonomiku huwa tajjeb u l-Kummissjoni Ewropea kif ukoll diversi aġenziji ta' kreditu qed ibassru tkabbir f 'Malta, issa rridu nieħdu kont tal-gwerra f 'dan it-tkabbir. X'se jiġri? Sa fejn se tibqa' sejra din il-biċċa xogħol? U s-sanzjonijiet x'effett se jkollhom? Il-Gvern ħa pass tajjeb li daħal għall- għoli tal-prezzijiet tal-enerġija, imma kemm se jdum jidħol għalihom? Sa kemm se ddum sostenibbli din? Sal-aħħar tas- sena? U wara l-aħħar tas-sena? Kif se nilqgħu għall-prezzijiet tal-qamħ u ċereali li qed jerġgħu jisplodu 'l fuq? Tafu x'jiġifieri l-għoli f 'dawn il-prodotti? Ifisser li jistgħu jkomplu jogħlew il-ħalib, il-ħobż, l-għaġin, il-laħam u tant prodotti oħrajn li diġà għolew. Anke l-PN irid jgħid: X'jagħmel jekk ikun fil-Gvern? Kif se jitratta dawn il- kwistjonijiet? Lest jagħti risposti li jmorru lilhinn mill-paroli fl-arja u l-platitudnijiet li ma jfissru assolutament xejn? Il-pajjiż mhux bl-anedotti u l-poeżiji se jitmexxa, imma bid-deċiżjonijiet! Il-Partit Laburista - minn naħa l-oħra - għandu track record tajjeb minħabba l-Covid-19 u jista' jgħid u jitwemmen li kif żamm lill-pajjiż fil-wiċċ fl-agħar pandemija, se jagħmel l-istess quddiem il-kriżi li qed tħares lejna bħalissa. Dan huwa tajjeb. Imma jeħtieġ ikun onest ukoll u anke hu jgħid kif se jirnexxielu jħallas din il-bonanza kollha, mingħajr ma jżid taxxi! Billi jgħid "issa nkabbru l-ekonomija" mhux qed jindirizza biżżejjed it-tħassib ġenwin li jeżisti dwar il-finanzi tal-pajjiż. U allura mhux ta b'xejn li l-poplu qed jippreferi jaqra u jisma' fuq il-gwerra milli lill-politiku lokali. Pero' ejja ma nitqarqux. Li disa' snin wara li kien elett Gvern Laburista - minkejja it-tajjeb kollu li sar, pero' minkejja wkoll il-ħażin u l-oxxen li seħħ - dan il-pajjiż għad ma għandux oppożizzjoni ffukata u mħeġġa b'enerġija ma tiqafx mill-għeruq, hija verament traġedja. Hija traġedja tara l-faqar fl-attendenzi f 'ċerti attivitajiet tal-PN, li bħalissa suppost qed jaqleb id-dinja (politikament) u lest biex jieħu r-riegni tal-pajjiż! U allura mhux ta' b'xejn li ma hawnx interess. Li ħafna nies qed jagħtu daharhom lill-politika. Li xebgħu u ma għadhom jemmnu lil ħadd. Din is-sitwazzjoni jeħtieġ tinbidel. Għax l-apatija hija kerha daqs l-akbar estremiżmu politiku, għax tkun tfisser li sezzjoni dejjem tikber tal-poplu qata' qalbu mill-klassi politika u allura minn dawk li qed jiddeċiedu għalih! X'faqar ta' kampanja!