Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404
14 elezzjoni2022 IL-ĦADD 13TA' MARZU 2022 • illum 'Il-Labour m'għadx għandu s-saħħa viċin il-PL se jivvotaw lilna' YENDRICK CIOFFI Fadal inqas minn ħmistax għall- Elezzjoni Ġenerali u għalhekk il- gazzetta ILLUM iltaqgħet mal- Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament, David Agius u miegħu tkellmet dwar dak kollu li għadda minnu l-PN fl-aħħar ħames snin, is- sondaġġi, il-proposti u anke l-futur tiegħu bħala parti mit- tmexxija. Bdejna bir-riżultati li kiseb il- PN. Issa ilu mill-2009 ma jirbaħ elezzjoni u mill-2003 ma jikseb maġġoranza assoluta. Sadanittant kemm-il darba nbidel il-Kap. Agius stess ħadem taħt ħames kapijiet. L-ILLUM tistaqsih għaliex il-PN mhux jattira votanti ġodda u jekk jaħsibx li hemm problema aktar fonda milli sempliċiment it-tmexxija. Agius saħaq li huwa fatt magħruf li f 'kull elezzjoni, il-bażi tal-Partit Laburista minn dejjem kienet akbar minn dik tal-Partit Nazzjonalista u propju għalhekk li l-PN jaħdem biex jattira lejh il-votanti li la huma ta' partit u lanqas ta' ieħor. Fi kliemu, meta l-PN irnexxielu jagħmel dan, rebaħ. Fakkar kif meta l-PN ħadem għal-libertà, meta kellu l-viżjoni tal-Ewropa, meta ried idaħħal lil Malta fiż- żona Ewro, kiseb l-appoġġ ta' dawn il-votanti u rebaħ. "Il-PN huwa kapaċi mmens li jieħu ħsieb id-dar tagħna, jiġifieri lill-pajjiż iżda issa qed naħdmu biex nassiguraw li nżommu lin- nies ta' dik id-dar kuntenti bina." Kien hawn li l-Viċi Kap Nazzjonalista kompla jispjega li l-PN ħaseb ħafna għall-pajjiż iżda ammetta li forsi ma ħasibx biżżejjed għall-individwu. Fi kliemu, il-programm elettorali li l-PN qed jippreżenta għal din l-elezzjoni jindirizza dan. Saħaq li l-PN jibqa' aħjar mill- PL biex jindirizza l-ġustizzja, il- libertà, isaħħaħ id-demokrazija, il-Qrati u anke l-Pulizija. Imma insisita li apparti minn dan, il- programm elettorali qed jindirizza wkoll il-bżonnijiet individwali tal-Maltin u l-Għawdxin. "Hemm min jivvota għal kwistjonijiet nazzjonali imma hemm bosta li jivvotaw għall- individwu. Aħna bħala PN, kif qed nagħmlu bħalissa, irridu nsaħħu dak il-kuntatt man-nies, biex in- nies tafdana," insista Agius. 'Illum lil-Labour ġibnih magħna fuq ħafna kwistjonijiet' Iżda l-ILLUM tfakkru li l-PN ilu disa' snin fl-Oppożizzjoni. Kellu ċans disa' snin biex isaħħaħ il-kuntatt man-nies. Tistaqsih ukoll x'inhi l-mira jew il-viżjoni tal-PN llum. Kif qal hu, kull meta kellu viżjoni jew mira, il-PN attira bażi akbar ta' votanti. "Illum niffokaw fuq il- governanza tajba imma wkoll fuq l-individwu bil-bniedem inpoġġuh dejjem fiċ-ċentru tal-politika tagħna. Imma bl- istess argument, x'inhi l-viżjoni tal-PL? Illum lil-Labour ġibnih magħna. Kien kontra l-liberalizzazzjoni tax-xandir u l-kummerċ u ġibnih magħna. Kien kontra l-Unjoni Ewropea u llum ġibnih magħna. Illum qed jitkellem fuq governanza t-tajba anke jekk fadallu biex jasal," saħaq Agius. Kien hawn li saħaq li għalhekk l-argument tal-PN huwa li fil- Gvern għandu jkun hemm min verament jemmen f 'dak li jgħid u mhux jagħmel dan biss għall- konvenjenza. "Dik id-differenza bejn iż-żewġ partiti llum," saħaq Agius. Għadu kmieni wisq biex il- poplu jaħfer lill-PN? L-ILLUM tfakkru li hu kien Whip tal-aħħar Gvern Nazzjonalista, f 'dik il-leġislatura mqallba li ma niżlet tajjeb xejn mal-Maltin tant li meta mar għall- Elezzjoni Ġenerali tal-2013, tilef bi kbir. Illum il-PN għad għandu kandidati li kienu Deputati tal- Gvern Gonzi. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Agius jekk jaħsibx li n-nies għadhom ma ħafrux lill- PN u għalhekk għadu kmieni wisq biex jerġgħu jafdawh. Il-Viċi Kap saħaq li l-poplu għandu l-għażla. Fuq il-vot, l-ismijiet ikunu taħt xulxin u huwa f 'idejn in-nies biex jagħżlu d-Deputati li jirrappreżentawhom. "Fil-Labour, Joe Mizzi ilu żmien, Evarist Bartolo ilu żmien, Michael Farrugia ilu żmien u Anton Refalo ilu żmien. Dawn għamlu żbalji kbar. Kienu kontra s-sħubija fl- Unjoni Ewropea. Allura dawn spiċċa żmienhom? Dak jagħżluh in-nies," insista Agius. Kompla jisħaq li bħala parti mit-tmexxija huwa jrid li l-Partit joffri lin-nies għażla imma fl- istess żmien politika tajba. "Il-programm li għandna llum, lin-nies iġġiegħlhom jimu li mhux se nkunu bħall-partit kif konna l-aħħar fil-Gvern?," staqsa Agius. "F'ċertu elementi se nkunu l-istess. Ovvjament qatt mhu se nbiddlu l-prinċipji demokristjani. Qatt mhu se nbiddlu l-fatt li l-bniedem huwa fiċ-ċentru tal- politika tagħna." 'Għad hemm nies imweġġa' imma qed jonqsu' Ammetta li minħabba l-fatt li l-aħħar Gvern Nazzjonalista kien iffukat biss biex joħroġ lill-pajjiż minn kriżi ekonomika li laqtet id- dinja kolha, forsi ma tax biżżejjed importanza lill-bżonnijiet tal- individwu. "Imma naħseb li bil-politika li għandna llum, bil-programm elettorali li qed nippreżentaw, qed nuru li jinteressana min-nies," insista. Kien hawn li ammetta li għad hemm nies imweġġa'. Insista li jkellmuh nies li għadhom imweġġa' b'dak li għaddew minnu taħt Gvern Nazzjonalista, imma qal li dawn qed jonqsu u anke "ħafna" minn dawn se jerġgħu jivvotaw lill-PN għax ma jistgħux jaċċettaw dak li seħħ taħt Gvern Laburista. Fi kliemu, hemm delegata tal-Partit Laburista li qaltlu li se tivvota lill-Partit Nazzjonalista u li saħansitra qed tattendi l-attivitajiet tal-kampanja elettorali. Bħalha, fi kliemu, hemm persuni oħra li kienu jkunu mal-uffiċjali tal-PL fis-sala tal- għadd tal-voti. 'Jiena ħdimt spalla ma' spalla ma' kull Kap' Tkellimna dwar l-aħħar ħames snin li kienu iebsa għall-PN. Agius baqa' spalla ma' spalla ma' Adrian Delia u vvota kontra mozzjoni ta' sfiduċja kontrih fil- Grupp Parlamentari. L-ILLUM tistaqsih jekk dak li seħħ komplix ibiegħed faxxa ta' nies mill-Partit u jekk il-PN, minħabba l-inkwiet intern, tilifx opportunità tad- deheb li jippreżenta lilu nnifsu bħala alternattiva għall-Gvern li wkoll għadda minn kriżi. David Agius insista li hu dejjem kien spalla ma' kull Kap. Fakkar li kien hemm ma' Eddie Fenech Adami, ma' Lawrence Gonzi u d-diffikultajiet li għadda minnhom minħabba maġġoranza ta' siġġu wieħed biss, kien maniġer tal-kampanja ta' Simon Busuttil u sar Viċi Kap fi żmien Adrian Delia, anke jekk kien iddeċieda li jikkontesta qabel sar hu. "Dak iż-żmien kont għalhekk spalla ma' spalla ma' Delia. Jiena dejjem ridt li nirrispetta l-vot tal- kunsilliera u l-membri u għalhekk ma stajtx nagħmel pass differenti milli għamilt. Meta mar għall-vot u t-tesserati għażlu lil Bernard Grech, minn dakinhar ħdimt miegħu wkoll," insista. Mistoqsi għaliex ma rriżenjax, biex tkun inbiddlet it-tmexxija kollha, David Agius insista li ried il-kontinwità u ħass li bħala Viċi Kap, seta' jgħin biex jgħaqqad il-PN u anke jżomm lil dawk il-membri li forsi ħassewhom muġugħa. 'Araw Delia kemm qed jaħdem ... jekk jagħmlu bħalu għandhom jivvotaw lill-PN' Iżda kienet għaqlija li l-Kap jinbidel f 'nofs leġislatura? Agius saħaq li Delia mexa skont l-istatut tal-Partit Nazzjonalista, anke jekk seta' ħa passi oħrajn. "Dik id-deċiżjoni wasslet biex numru kbir ta' tesserati qalbu l-paġna għal Bernard Grech. Ifisser ukoll li kien hemm madwar 30% tat-tesserati u forsi oħrajn li ma kinux kuntenti u sal-lum għadna qed inkellmu u nikkonvinċu xi wħud," insista Agius. Madanakollu, l-appell ta' David Agius għal dawn in-Nazzjonalisti mweġġa' huwa wieħed: "Araw l-għaqda ta' Adrian Delia ma' Bernard. Araw lil Delia kemm qed jaħdem man-nies tad-distretti tiegħu u oħrajn. Arawh idur għal kull vot għall-PN. Jekk jimxu fuq il-passi tiegħu, dawn in-nies għandhom jivvotaw lill-PN." David Agius ammetta wkoll li jista' jkun li d-diffikultajiet interni ma kkonvinċewx biżżejjed lin- nies li l-PN kien ukoll strumentali wara t-tibdil li sar fil-PL, inkluż fil-bidla tal-Prim Ministru. Madanakollu saħaq li l-PN kien qed jaħdem u kien ħa pożizzjonijiet b'saħħithom anke fil-Parlament. "In-nies huma intelliġenti. In-nies jafu li Joseph Muscat li ma telaqx għalxejn. Issa telaqx minħabba l-pressjoni tal-PN jew Huwa l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament. Ħadem spalla ma' spalla ma' Adrian Delia imma baqa' hemm u ħadem ukoll ma' Bernard Grech. Il-gazzetta ILLUM tintervista lil David Agius Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall- Affarijiet tal-Parlament David Agius