Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

17 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 mweġġa' ... imma ma ltqajt ma' jivvota PN' Insista li l-Partit Laburista jieħu gost bis-suċċess u jgħin liż- żgħażagħ jagħmlu suċċess. Fakkar fil-wiegħdi tal-PL li jagħti €1,500 lil dawk l-istudenti li jkomplu jaħdmu wara li jagħlqu s-16-il sena, li jagħti tablets u laptops lit-tfal tas-sekondarja u li joffri internet mingħajr ħlas għall-ġenituri li għandhom tfal fil-primarja. "Jiena ma għandi l-ebda problema li dawn l-allegazzjonijiet jiġu investigati," insista Fearne. 'Steward kienu jafu għaliex deħlin' Tkellimna dwar Steward Health Care. Kemm se jdum jgħidilna li waslu "fl-aħħar" in-negozjati bejn il-Gvern u Steward? Il-PN qed iwiegħed li jieħu f 'idejh l-isptarijiet. Il-PL x'se jagħmel? X'qed jitlob b'mod konkret mingħand Steward? Fearne fakkar li l-konċessjoni li għandu Steward hija l-istess waħda li ħa minn rajh mingħand il-Vitals Global Healthcare. "Steward kienu jafu għaliex deħlin," insista l-Ministru. "Mingħand Steward aħna nippretendu li jonoraw il- konċessjoni kif inhi." Fearne saħaq li l-Gvern iddiskuta fit-tul ma' Steward għax riedu li jkun hemm xi bdil fil-kundizzjonijiet tal- konċessjoni. Insista li kien hemm proposti li l-Gvern qabel magħhom imma insista li t-tibdil li xtaqu Steward ma kienx permessibbli bil- liġi tal-procurement. "Kien hemm xi klawżoli li xtaqu jdaħħlu Steward u li ma kinux favorevoli la għall-Gvern u lanqas għall-pazjenti. Il-Gvern iddeċieda li ma jaċċettax it-talbiet li kien qed jagħmel Steward. Insistejna li l-konċessjoni hija dik li hi," qal Fearne. Mistoqsi x'inhuma dawn il- klawżoli, il-Ministru ma elaborax. Tenna li xi wħud ma kinux favorevoli għall-pajjiż u oħrajn ma setgħux isiru skont il-liġi. Minkejja dan saħaq li l-livell tas-servizz tas-saħħa f 'Għawdex "huwa tajjeb u mar 'il quddiem" u l-istess f 'Karin Grech u l-isptar San Luqa. Insista li "mhuwiex minnu" li l-Gvern qed jaħli l-flus, waqt li faħħar ukoll l-iskola medika Barts li fi kliemu hija fost l-aqwa fl-Ewropa. "Il-kwistjonijiet bejn Steward u l-Gvern huma legali u kuntrattwali. Fost oħrajn il-Gvern insista li dawn iħallsu t-taxxa dovuta. Hemm inkjesta u każi fil-Qorti u se nistennew l-eżitu ta' dawn," insista Fearne waqt li fakkar li l-konċessjoni, kif inhi, torbot anke l-Gvern. Chris Fearne jaqbel mal- ewtanasja? Tkellimna dwar id-diskussjoni li l-PL qed jipproponi dwar l-ewtanasja. L-ILLUM staqsiet lill-Ministru x'inhi l-pożizzjoni personali tiegħu. Dwar il-pożizzjoni tiegħu, Fearne qagħad it lura. Qal biss li talab lill- Kumitat Bioetiku biex jippreżenta rapport dwar din il-kwistjoni, liema rapport jinsab għandu u se jkun parti mid-diskussjoni. "Diġà għandna bażi soda fuq xiex naħdmu. Id-diskussjoni trid tkun waħda nazzjonali," insista Fearne. "Ma għandi l-ebda dubju li din id-diskussjoni trid issir. Tisma' stejjer u jagħmel sens li jkun hemm ewtanasja volontarja. Imma hemm definizzjonijiet li jridu jkunu ċari ħafna u anke t-tobba jridu jkunu protetti bil-liġi." IVF: 'Sas-sajf se nkunu qed inwessgħu s-servizz' Ma stajnix ma nitkellmux fuq l-IVF, tema li l-PN qed jitkellem dwarha. Din il-ġimgħa, il-Kap Nazzjonalista wiegħed aktar għajnuna, anke għal dawk li jkunu jridu jsiefru għat-trattament u saħansitra Bernard Grech qal li lest ibiddel il-liġi biex aktar koppji jkollhom aċċess. Akkuża lill-PL li qed jigdeb u li mhuwiex minnu li qed joffri l-mediċina kollha b'xejn. Il-Ministru għas-Saħħa fakkar li l-PL qiegħed iwiegħed li fl-ewwel tliet xhur tal-leġislatura l-ġdida, jiddaħħlu emendi ġodda biex jitwessa' dan is-servizz. Fost dan se jkunu qed jiżdiedu ċ-ċikli u anke min diġà għandu t-tfal se jkun jista' jgawdi mis-servizzi tal-IVF. "Diġà bdejna nagħtu l-mediċina kollha mingħajr ħlas. Mhux biss il-mediċini li tieħu l-mara huma b'xejn imma anke mediċini li jintużaw mis-sieħeb maskili f 'każ li l-problema tal-infertilità hija min-naħa tiegħu," saħaq Fearne. "Se ntejbu t-teknoloġija biex dak li llum isir barra minn Malta jsir anke f 'Malta." Kien hawn li akkuża lill-PN li mhuwiex ippreparat. "Il-PN qal li se jieħu s-servizz tal-IVF lura. Grech qal li jekk ikun elett fil-Gvern, se jkun hemm konsulent wieħed fiss dwar l-IVF," insista Fearne waqt li fakkar li bħalissa hemm sebgħa. Whole Genome Sequencing ... l-aktar proposta għal qalb Fearne Komplejna nitkellmu dwar is- saħħa, bil-Ministru jispjega waħda mill-aktar proposti għall-qalbu, jiġifieri dik ta' Whole Genome Sequencing (GWS). Fi kliemu, Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fejn il-Genome Sequencing se jkun parti mis- servizz tas-saħħa nazzjonali. "Dan ifisser li ħafna kundizzjonijiet ġenetiċi, li sal-lum tkun taf bihom meta toħroġ il- kundizzjoni u f 'każ ta' mard rari, lanqas biss tkun taf, inkunu nafu bihom u nitrattawhom kmieni. Jekk hemm persuni li jkollhom mard rari, inkunu nistgħu nitrattaw lill-familjari tagħhom u jekk ikun hemm bżonn nitrattaw minn qabel jew kmieni," spjega Fearne. Fost oħrajn, il-GWS qed ikollha riżultati pożittivi ħafna fejn tidħol l-Alzheimer u anke tgħin ħafna, f 'każ ta' kanċer, biex ikun stabbilit liema trattament jaħdem l-aħjar fuq persuna partikolari. Rallies mimlija nies u l-artisti baqgħu l-art ... x'jaħseb? Mal-Ministru għas-Saħħa ma stajnix ma nitkellmux dwar il-pandemija. Il-partiti politiċi għaddejin bl-attivitajiet tagħhom. F'ħafna attivitajiet qed ikun hemm ksur sfaċċat tal-miżuri kontra l-Covid-19. Dan mhux diskriminazzjoni mal-artisti, fost oħrajn? Filwaqt li fakkar li sal-10 ta' April se jkunu qed jitneħħew kważi r-restrizzjonijiet kollha, il- Ministru saħaq li l-PL qed jagħmel ħiltu biex l-attivitajiet jimxu mal- protokolli, għall-kuntrarju ta' dak, li fi kliemu, qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista. "Ikun hemm min jinġabar barra. L-appell tagħna huwa biex kulħadd jimxi mar-regolamenti u jirreġistra," insista Fearne. "Il-PN qisu qed jagħmel mass meetings. Kulħadd bilwieqfa." Mistoqsi dwar restrizzjonijiet, u jekk hemmx ċans li dawn jerġgħu jiżdiedu, anke wara li tgħaddi l-elezzjoni, il-Ministru insista li l-Gvern qatt ma ħa deċiżjonijiet populisti. Fakkar biss li l-pandemija ma għaddietx. F'Ħong Kong, qal il-Ministru, hemm nies bil-Covid-19 li qed imutu fil- kurituri tal-isptar. "Aħna qatt ma ħarisna lejn il-każi biss imma lejn is-sitwazzjoni fl-ITU ... ma jidhirx li se jkollna bżonn nerġgħu ndaħħlu restrizzjonijiet fis-sajf li ġej," insista l-Ministru. 'Ix-xewqa tiegħi tkun li nibqa' nagħti sehem fil-politika lokali' Fl-aħħar nett tkellimna dwar il-futur tiegħu fil-politika lokali. Bosta jgħidu li Fearne għad ikun qed jaħdem f 'istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom fl- Għaqda Dinjija għas-Saħħa. "Jiena waqaft mill-karriera u dħalt fil-politika għax ridt nagħti servizz bħala politiku f 'Malta. Ix-xewqa tiegħi tkun li nibqa' nagħti sehem fil-politika lokali," saħaq Fearne. Qal li hu jemmen li politiku ma għandux jagħmel aktar minn erba' termini. Fakkar li hu għamel tnejn u li jekk il-poplu jagħtih il-fiduċja, jagħmel tnejn oħra u jerġa' jikkontesta. "Jekk nibqax Deputat Mexxej dik tiddeċiedi l-Konferenza Ġenerali tal-PL. Jekk nibqax fil-kabinett u xi rwol ikolli dak f 'idejn il-Prim Ministru. Jiena lest li nservi lokalment," temm jgħid Fearne. RITRATT: JAMES BIANCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022