Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404
04 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum FGURA GUDJA PAOLA ST. LUCIJA ĦAL TARXIEN 4 MELLIEĦA NAXXAR SAN PAWL IL-BAĦAR 12 Membru Parlamentari u Kandidat għall-Partit Laburista għar-Raba' u t-Tnax-il Distrett . 'Fil-bidu tal- kampanja kien hemm ilmenti... imma naqsu sew issa' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Hello sinjur/a għandek bżonn xi ħaġa?" - Telefonata li ħafna qed jirċievu hekk kif bħalissa l-Partit Laburista għaddej b'kampanja qawwija ħafna 'on the ground' li qed timmira l-aktar lejn il- votanti Laburisti li qed jgħidu li ma jridux jivvutaw. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li t-telefonati qed isiru kemm minn kanvassers tal-kandidati kif ukoll mill-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista u huma intenzjonati primarjament biex joħolqu linja diretta bejn il-Gvern, il-Partit u eluf ta' votanti li matul l-ewwel ġimgħat tal-kampanja esprimew l-intenzjoni li ma jivvutawx. Kandidati differenti ikkonfermaw mhux biss it-telefonati imma wkoll li din id-darba "kien hemm it iktar ilmenti ta' dan it-tip, aktar mis- soltu." Minkejja dan kull kandidat li tkellmet miegħu din il-gazzetta - ħamsa b'kollox minn naħa ta' isfel, iċ-ċentru u anke t-tramuntana ta' Malta lkoll qablu li minkejja li qed jiltaqgħu ma' għexieren ta' nies kuljum fi djarhom ħadd mhu qed jesprimi l-intenzjoni li jdawwar il-vot, "mhux bħal ma rajna fis- snin meta l-elezzjoni kienet dwar l-Unjoni Ewropea," qal wieħed mill- kandidati li huwa wkoll Ministru. Kien biss wieħed min dawn il- ħames kandidati - Ministru wkoll - li tkellem ma' din il-gazzetta u li joħroġ fit-Tramuntana ta' Malta li qal illi jiltaqa' ma' tħassib u tgergir dwar ambjent u żvilupp eseġerat, għalkemm qal ukoll li l-proposti tal-Partit Laburista dwar spazji miuħa ntlaqgħu tajjeb ukoll. Il-kandidati l-oħrajn kollha qalu li t-tgergir fuq il-ħidma tal-Gvern hija minima ħafna u li l-aktar tgergir komuni huwa fuq kwistjonijiet aktar personali, każi fejn persuni jħossu li sofrew minn inġustizzja jew inkella persuni li qed jistennew li jieħdu xi ħaġa. "Jiena sa issa ċempilt 3,000 persuna. Meta ngħidlek jiena, jiġifieri ħafna minnhom inkellimhom jiena personali u oħrajn mit-tim tiegħi. Minn dawn forsi kellna 10 każi li ma ridux jivvutaw," qal wieħed mill-kandidati li tkellem mal-ILLUM. "Jiena qed inħoss xi it jew wisq l-istess sentiment tal-2017." Mistoqsi iżda x'tip ta' ilmenti qed jiltaqa' magħhom huwa qal li fejn hemm ilmenti ħafna minnhom huma nies li forsi deputat wiegħdhom xi ħaġa u ma żammx kelmtu. Kandidat ieħor fin-naħa ta' isfel qal hekk: " Ma wieħed li huwa wieħed li qal li se jivvota PN ma ltqajtx. Terġa' ltqajt ma' it nies li qalu li se jivvutaw Labour għall- ewwel darba. Imma ma' Laburisti li ma jridux jivvutaw iltqajt ma' ħafna," sostna. Kandidat ieħor sostna li fl-aħħar ġimgħa u nofs dawn it-tip ta' ilmenti naqsu sew u jammetti li dan huwa sforz ukoll ħidma distrettwali ta' diversi Ministri, nies li qed jinqdew jew inkella li qed jikkuntattjahom il-partit. Huwa qal li ħafna mil- ilmenti huma dwar housing fil-każ ta' nies li jikru u xi kultant kwistjoni ta' impjiegi. Fil-każ tal-kandidat fit- tramuntana huwa qal li ilmenti personali it li xejn jiltaqa' magħhom, u qal ukoll li diversi jsemmu l-għoli tal-ħajja u anke l-gwerra. "Mill-bqija qed indur ħafna u mhux ikollu problemi. Anzi pjuttost qed niltaqa' ma' nies fin-negozju li se jivvutaw lill-Partit Laburista, uħud minnhom għall-ewwel darba speċjalment minħabba l-għajnuna bil-miżuri tal-Covid-19." "Jiena naħseb li l-partit qiegħed tajjeb on the ground. Naturalment ikolli nies li jitolbuni xi xogħol imma jiena ngħidilhom li ma nistax imabgħad jagħmlu huma," temm jgħid dan is-sors li huwa wkoll Ministru.