Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

'Ix-Xatt tas-Sajjieda għandu jsir pedonali u ċentru ta' kultura' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Id-Deputat Jean Claude Micallef huwa Xlukkajr u wara li din il-gazzetta tkellmet miegħu dwar Wied il-Għajn u l-marina ġimagħtejn ilu, issa kien imiss li mmorru għal raħal twelidu Marsaxlokk - raħal sinonimu mas-sajjieda. Micallef qal illi huwa jemmen li Xatt is-Sajjieda f 'Marsaxlokk għandu jkun żona pedonali, li tkun ċelebrazzjoni ta' gastronomija u kultura bis-sajd fiċ-ċentru. "Irrid li Marsaxlokk isir qisu postcard ħajja," qal Micallef mal-ILLUM. Dwar in-negozji f 'Marsaxlokk u n-negozji in ġenerali Micallef jgħid li minkejja illi n-negozji - speċjalment dawk żgħar, inkluż bejjiegħa tal-monti ħadu daqqa, għal din id-daqqa "sabu lil Robert Abela u l-Gvern tiegħu biex iwieżen. Għinna lin-negozji billi għamilna l-Wage Supplement, billi għinna fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, billi tajna l-vawċers," qal id-Deputat Laburista li sostna illi kien hemm min sejjaħ dawn l-inizzjattivi kollha "ħela ta' flus" u "bżar fl-għajnejn." "Għalkemm ngħix iż-Żejtun, Marsaxlokk ninżel kuljum u qed nara l-attività ekonomika li bil-mod, il-mod terġa' timxi 'l quddiem," qal Micallef. Huwa qal ukoll iżda illi f 'Marsaxlokk kien hemm sitwazzjoni illi fiha litteralment "tfixkilna fil-ġid." Huwa qal illi snin ilu kien hemm problema bejn tal-monti u tar-ristoranti fuq użu ta' spazju u fl-2013 kien hemm attentat biex din tkun solvuta. Ifakkar li huwa kien qed iservi ta' medjatur bejn iż-żewġ naħat bi qbil imbagħad jintlaħaq permezz tal-Ministru tat-Turiżmu - dak iż- żmien Karmenu Vella. Huwa qal li sfortunatament dan il-ehim baqa' ma seħħx għalkemm jgħid li l-Kunsill Lokali Xlukkajr illum "qed jaqbad il-barri minn qrunu u qed iiem aħjar kemm huwa importanti li jkun hemm qbil f 'dak li jirrigwarda siġġijiet u mwejjed mir-ristoranti u bankarelli mill-bejjiegħa tal- Monti. " 'Is-sajd huwa settur importanti' U nibdew nistaqsu propju dwar is-sajd - l-aktar attività sinonima ma' Marsaxlokk. Micallef jibda billi jfakkar li huma biss madwar 30% tax- Xlukkarji li jiddependu fuq is-sajd, kemm jekk huwa sajd artiġġjanali jew inkella jekk huma nies li jaħdmu mal-Fish Farms. Huwa hawn li jibda jitkellem dwar is-sajjieda artiġġjanali u jfakkar li l-UE stess qed timbotta biex aktar nies jikkunsmaw ħut li jinqabad minn sajjieda artiġjanali minflok mill-irziezet tal-ħut. "Is-sajd huwa settur importanti, kif rajna meta ġejna għall-Brexit u n-nuqqas ta qbil bejn Franza u r-Renju Unit, proprju għax Franza tapprezza u tivvaluta ħafna s-settur tas-sajd artiġjanali." Huwa qal illi fil-każ tas-sajjieda lokali huwa importanti li dan jibqa' jaġġorna maż-żminijiet u sostna illi hu jirriuta li jġelled l-interessi tas-sajjieda artiġġjanali ma' dawk tal-irziezet. 'Flus il-Gvern minfuqa fuq il-festi u l-każini huma flus minfuqa tajjeb' Induru fuq il-festi hekk kif Micallef huwa kandidat fuq it- Tielet u l-Ħames Distrett fejn hemm numru kbir ta' festi li jsiru u fejn hemm ukoll eluf kbar ta' dilettanti. Ikun hemm min jilmenta li mhux sew illi miljuni mit-taxxi tal-poplu jmorru biex ikunu salvati proprjetajiet bħall-każini tal-banda. Hu x'jaħseb? Jaħseb li skemi bħal dawk li ħabbar il- Gvern sabiex jixtri każini tal- banda huma ħela ta' flus? "Lanqas xejn. Huma flus minfuqin tajjeb anzi," jibda jrrispondi Micallef. Huwa qal li l-identità tagħna bħala poplu tibqa' importanti. "Ikun żball jekk inħarsu lejn il-festi bħala xi ħaġa tal-passat u għalkemm pajjiżna huwa wieħed trankwill u niċċelebraw meta rridu - il- festi jibqgħu mhux biss attivitajiet reliġjużi u soċjali imma huma patrimonju u parti mill-identità ta' pajjiżna, huma wkoll okkażjoni soċjali importanti fil-kalendarju tagħna," jgħid Micallef. "Jiena kelli stabbiliment fil- qalba ta' Ħal Safi. Kienet tkun l-għaxqa tiegħi nagħti l-appoġġ lit-talent lokali... ix-xogħol tan- nar, it-tiżjin, il-bradelli. Forsi hawn min jarahom affarijiet tad- dilettanti, imma dan kollu huwa frott is-sgarifiċċju tal-volontarjat." 'Il-PN huwa partit tal-għira, ħdura u mibgħeda' Finalment, Micallef huwa wkoll kandidat fuq id-distrett li jinkludi lil Ħal Għaxaq minn fejn huwa l-eks Deputat u l-avukat Franco Debono. Lilhinn mill-istorja ta' kif spiċċa kisirha minn mal-PN, huwa xi it jew wisq ta' simbolu għal dawk li telqu mill-PN bl- eluf fl-2013 u ingħaqdu jew bdew jivvutaw lill-Partit Laburista. Kemm għadu kapaċi llum - disa' snin wara li kien elett - il-Partit Laburista jattira votanti ġodda lejh? Micallef - li wkoll kien wiċċ popolari fuq il-midja Nazzjonalista qabel l-2013 - sostna li dawk li telqu mill-PN fl-2013 kien hemm minnhom li "ġew mgħajjra, imkasbra u l-PN għamlilhom ħajjithom infern, kif rajna waqt din il- kampanja stess esponenti tal-PN jgħidu," qal Micallef f 'referenza għall-eks Deputat Nazzjonalista Mario Galea. Galea rtira mill- kandidatura fil-bidu tal-kampanja u qal li l-PN għamillu ħajtu infern. Micallef jiddeskrivi lill-PN bħala l-partit "tal-għira, il-ħdura u l-mibgħeda." "Pero' jiena ma rridx li l-PL jirbaħ fuq il-faqar politiku tal-PN. Jiena irrid inkun Deputat pro-attiv, f 'Partit Laburista magħqud biex Malta tikber flimkien. L-għażla f 'din l-elezzjoni hija naturali: Robert Abela u l-kandidati kollha Laburisti," temm jgħid Jean Claude Micallef mal-ILLUM. 08 elezzjoni2022 IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum Jean Claude Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022