Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 elezzjoni2022 IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum Għajnejn kulħadd fuq... L-aktar riżultati li se jkunu mistennija nhar il-Ħadd 27 ta' Marzu L-għada li l-poplu jivvota għajnejn kulħadd se jkunu fuq ir-riżultat elettorali u d-distakk bejn il-partiti, il-Ħames Distrett, il-voti ta' Abela mqabblin ma' ta' Muscat u ta' Grech imqabblin ma' ta' Delia, kif ukoll - bħal dejjem - fuq Għawdex... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Issa l-elezzjoni riesqa ġmielha. Ġimagħtejn oħra nkunu nafu jekk il-Partit Laburista rebaħx it-tielet terminu tiegħu - u Robert Abela l-ewwel mandat - jew inkella jekk il-poplu għażilx il-bidla. Imma lilhinn minn dan u lilhinn minn min se jkun qed jieħu l-ġurament il-Ħadd filgħaxija jew inkella t-Tnejn bħala Prim Ministru, se jkun hemm ħafna aktar fuqhiex diversi se jitfgħu l-attenzjoni tagħhom. Id-distakk u l-effetti tiegħu! L-aktar ħaġa li l-poplu - bla ebda dubju - se jkun qed ifittex li jsegwi huwa d-distakk elettorali u kif huwa aċċettabbli jew le għall-partiti l-kbar. Id-distakki baqgħu kostanti ħames snin sħaħ. Fil-fatt f 'dawn il-ħames snin id-distakk qatt ma ffavorixxa lill-Partit Nazzjonalista għalkemm sa qabel l-elezzjoni - għal tliet xhur wara xulxin - id-distakki kienu qed jagħtu bejn 40,000 u 46,000 vot distakk lill-PL, fi tliet sondaġġi differenti (MT, Marmara u e Sunday Times). Id-distakk fil- fiduċja bejn il-mexxejja hija ħafna ikbar, b'Abela dejjem jikseb fiduċja ta' 10% (u aktar) minn Grech, li jfisser dejjem aktar minn madwar 33,000 persuna. F'xi sondaġġi - inkluż dawk fil-bidu tal-kampanja - is-sondaġġ tal-MT wera' li minkejja distakk ta' 23,000 vot, Abela kien fdat minn 45,000 persuna aktar, dak ta' Marmara wera' li Abela fdat minn madwar 77,000 persuna aktar mill-avversarju tiegħu u fil-każ ta' e Sunday Times id-differenza taqbeż il-100,000. Iktar milli s-sondaġġi infushom hija probabbilment il-konsistenza tar-riżultati tal-istess sondaġġi li qed twassal biex ħafna jemmnu li ċ-ċans tal-PN li jirbaħ huwa wieħed mhux daqstant kbir. Anke jekk hemm eluf li mhux qed jgħidu lil min se jivvutaw huwa improbabbli fl-estrem li dawn kollha jmorru għal partit politiku wieħed. Imma x'hemm fil-kaxxa jibqa' sigriet sakemm il-kaxxa tinfetaħ u jibda l-għadd tal-voti! Distakk 'il fuq minn 28,000/30,000 vot favur il-Partit Laburista jkun suċċess kbir għal dan il-partit hekk kif ikun prattikament irnexxielu jżomm bejn wieħed u ieħor l-istess livell ta' vantaġġ, minkejja tnaqqis ta' bejn 6,000 u 8,000 vot li wieħed jista' jqis bħala naturali u ovvju għal partit fil-Gvern li jitlef - speċjalment partit li ilu fil-Gvern disa' snin. Riżultat f 'din l-akwata ta' distakk jkun xejn inqas minn diżastru għall-PN li ilu jitlef b'aktar minn 30,000 vot sa mill-2009 - u allura 13-il sena. Distakk li jkun bejn 20,000 u 27,000 vot ikun ifisser rebħa kbira u komda Laburista iżda sinjal ċar li l-maġġoranza Laburista issa bdiet xi it jew wisq tittiekel u sinjal ċar ta' fiduċja fil-PL li bdiet xi it jew wisq tonqos. Distakk bejn l-10,000 u l-20,000 vot ikun ifisser rebħa komda (imma mhux wisq) għal-Labour fil-livelli ta' distakki "normali" li konna naraw sal-2003 meta l-Partit Nazzjonalista kien rebaħ b'distakk ta' 12,080 vot. Din tkun imbuttatura morali tajba għall-PN u għal Bernard Grech li b'hekk ikun ikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu għall-ħames snin ta' wara. Għal- Labour din tkun tbeżbiża kbira u sinjal ċar li jkun tilef, eluf ta' voti għall-PN u eluf oħrajn ta' nies li tradizzjonalment huma Laburisti u li ma marrux jivvotaw. Rebħa għall-PL li tkun taħt l-10,000 vot tkun rebħa viċina, ikun tilef ħafna mis-saħħa morali li jiggverna, Abela ma jkunx kiseb leġittimità u l-pożizzjoni tiegħu tkun ipperikolata u dgħajfa filwaqt li għall-PN din tkun rebħa morali kbira (anke jekk mhux elettorali). Fl-estrem l-ieħor, rebħa għal- Labour li taqbeż id- distakk ta' 36,000 vot li huwa prattikament fl-ilmijiet ta' distakki li ilu jikseb sa mill-2009, ikun l-aqwa ċertifikat lill-PL li l-poplu lilu jrid biex imexxi, Abela jkollu l-leġittimità u s-saħħa biex imexxi bħala PM 'in his own right' u għall- PN u Grech ikun diżastru totali! Ħames Distrett: Abela u Bernard, Abela u Muscat Lilhinn mid-distakki iżda hemm realtajiet oħrajn li huma fuq il-livell distrettwali li għajnejn ħafna se jkunu fuqhom, ladarba min rebaħ u b'kemm ikun aktar ċar. Wieħed mill-aktar distretti interessanti se jkun il-Ħames Distrett propju minħabba li hawnhekk Abela u Grech se jtellqu kontra xulxin. Kif rajna f 'analiżi f 'żewġ partijiet il-Ħames Distrett huwa magħmul minn lokalitajiet li dejjem kienu jagħtu l-appoġġ lill-Partit Laburista u b'mod qawwi (Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Farruġ, Ħal Kirkop u Qrendi) u oħrajn li kienu jagħtu appoġġ maġġoritarju lill-PN iżda illum jagħtu appoġġ maġġoritarju ħafna ikbar lill-PL (Imqabba u Ħal Safi). Dan ifisser li hija awtomatika u ovvja li Abela se jikseb aktar voti minn Grech hawnhekk, minkejja li l-kompetizzjoni għal Abela hija bil-wisq ikbar hekk kif fuq dan id-distrett il-Labour għandu lista ta' kandidati ma tispiċċa qatt. Dan filwaqt li l-lista tal-PN hija ħafna iżgħar u huma Grech u Toni Bezzina biss li diġà huma Deputati. Imma anke hawnhekk, Abela għandu sfida oħra u din l-isfida (jew uġigħ ta' ras) hija li jġib l-istess livell ta' voti li kien kiseb l-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat fl-2017 f 'dan id-distrett mill-ġdid. Hawnhekk wieħed irid jiakar li Muscat kiseb xejn inqas minn 12,886 vot. Dan huwa ammont enormi u jkopri persentaġġ qawwi minn dawk kollha li vvutaw PL f 'dan id-distrett. Fil-fatt 84.4% Joseph Muscat Robert Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022