Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880
26 films IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 • illum Carmel Bonnici Id-dinja tal-films tar- robots Id-dizzjunarju jiddefinixxi l-kelma ROBOT bħala "bniedem magna". Din ġejja mill-lingwa Ċekoslovakka, kelma li tfisser "xogħol sfurzat", użata għal- ewwel darba fl-1921 minn Karel Capek f 'reċta jisimha R.U.R. (Rossum's Universal Robots), biex jiddeskrivi armata ta' lsiera mmanifatturati u ndustrijali. Minn dak iż-żmien bdejna nqisu lir-robots bħala rġiel mekkaniċi jew androjdi (androids) tax-xjenza moderna. Fir-realta', manuskritti sa minn 300 sa 400 sena Qabel Kristu żvelaw li xi umani ppruvaw jibnu magni li jaħdmu biex iservu lin-nies. Fiċ-ċinema, sa mill-perjodu tal- films muti, r-robots għamlu d-dehra tagħhom. Għal ħafna żmien konna nqisu dawn ir-robots bħala xi ħaġa fittizja, imma fil-preżent tant saru sofistikati li kapaċi jagħmlu xogħol tajjeb u eżatt daqs u anki aqwa mill- umani. L-iżvilupp tar-robotika moderna ħa spinta meta wasal il-qawwa tal-istim u l-elettriku matul il-Rivoluzzjoni Ndustrijali. Id-domanda kbira għall-prodotti tal-konsumatur ħeġġew lill-inġiniera biex isibu mezzi ħalli jipproduċu magni awtomatiċi biex iżidu l-produzzjoni, jagħmlu affarijiet li l-umani ma jistgħux u b'hekk iwarrbu minn nofs lill-bniedem stess minn sitwazzjonijiet ta' periklu imminenti. Fl-1893, il-Professur Kanadiż George Moore bena "Raġel tal-Istim", speċi ta' robot forma ta' raġel magħmul mill-azzar u jaġixxi b'saħħa ta' 0.5 horse power. Warajh saru aktar attentati b'riżultati xi ftit għall-aħjar. L-industrija robotika kif nafuha llum feġġet lejn nofs is-seklu l-ieħor. Ir-riċerka u l-iżvilupp minn timijiet ta' xjentisti jaħdmu bla heda tat mezz biex ir-robotika tkun integrata fil-manifattura u bil-mod ġiet addattata fil-militar, fl-industrija tad-divertiment u fix-xogħol tal-eronawti u l-ispazju. Sal-1950, l-inġiniera kienu qed jiżviluppaw magni biex jattwaw faċendi repetuti u perikulużi kemm għad-difiża tal-pajjiż u għall-manifattura tal- kosmetiċi; l-aktar fl-industrija profittabbli tal-karozzi. Ir-robots kienu maħsuba biex jimitaw il- modi tal-movimenti li l-umani jagħmlu waqt li jerfgħu, jiġbdu, jagħfsu jew jimbuttaw. Id-disinni kienu bbażati fuq l-istruttura tal- anatomija u l-movimenti tal-id umana. Dawn kienu versjonijiet immodifikati ta' idejn robotiċi ta' 10 snin qabel. Bniedem li attribwixxa ħafna dwar ix-xjenza fittizja u x-xjenza popolari kien Isaac Asimov. Hu twieled fl-1920, nhar it-2 ta' Jannar f 'Petrovichi, r-Russja u miet nhar is-16 ta' April 1992 ta' 72 sena fi Brooklyn, New York. Barra li kien kittieb, Asimov kien ukoll professur tal-bijokemika. Fl-1928 ta' 8 snin sar ċittadin Amerikan Newtralizzat. Għall-ewwel 11-il sena ta' ħajtu, bħala kittieb kien jikteb biss stejjer tax-xjenza fittizja. Dan l-awtur ta' kalibru kiteb ħafna dwar ir-robotika u anki semma 3 regoli: (1) Robot ma jistax iweġġa' bniedem uman jew mingħajr ma jintervjeni jħalli uman jidħol f 'xi ħsara jew periklu. (2) Robot għandu jobdi l-ordnijiet li uman itih, ħlief meta dawn l-ordnijiet ma jaqblux mal- ewwel regola. (3) Robot irid jipproteġi l-eżistenza tiegħu stess, imma din il- protezzjoni ma tridx tkun f 'konflitt mal-ewwel żewġ regoli. Dawn ir-regoli japplikaw dejjem għar-robots li jiġu mmanifatturati. Films li nħaddmu minn fuq xogħlijiet tiegħu jinkludu: Robotics: Isaac Asimov (1976), e End Of Eternity (1976), Gandahar (1988), Nightfall (1988), Bicentennial Man (1999) u I Robot (2004). Ix-xewqa li jkun hawn magni li joperaw u jobdu ordnijiet waħedhom minn ħafna operazzjonijiet kumplessi kellha bżonn ta' programmazzjoni speċjali u kontrolli fuq dawn il-magni. Xi riċerkaturi bdew jemmnu li l-aħjar triq biex jikkontrollawhom u x'jagħmlu għan-nies kien li jsibu xi mezzi artifiċjali biex dawn jikkupjaw kif l-umani jaħsbu, jiftakru u jirrispondu fl-ambjent li jkunu fih. B'hekk beda l-istudju tal- intelliġenza artifiċjali (A.I.). Il- kelma "cybernetics" – l-istudju tar-relazzjoni bejn l-intelliġenza umana u dik tal-magni kienet ivvintata mix-xjentist Norbert Wiener (1894-1964). Id ta' għamla oħra robotika kienet użata minn N.A.S.A. fil-missjoni tagħhom għall-pjaneta Mars mill- vettura spazjali Viking fl-1975/76. Permezz t'hekk intbgħatu ritratti ċari lejn id-dinja. It-teknoloġija robotika ġiet integrata f 'kull fażi ta' ħajjitna, mill-manifattura sa strateġiji militari, mediċini u sevizzi ndustrijali oħra pubbliċi u privati, nkluż it-tnaddif tal-ambjent, l-ispazju u t-tiix taħt il-baħar u saħansitra għad-divertiment. L-integrazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali u r-robotika matul dawn l-aħħar 25 sena rriżultat fi tbassir li l-androjdi – robots b'faċilitajiet umani – se jibqgħu parti minn ħajjitna. Xi films li fihom xi robot jew aktar, jew magni mekkanizzati għandhom parti sostanzjali, huma dawn: L-ewwel robot li dehret fiċ- ċinema kienet Maria fil-film kapulavur klassiku mutu tal- 1927 Metropolis, produzzjoni Germaniża diretta minn Fritz Lang. Ix-xjentist Rotwang ħalaq Maria mekkanizzata li tixbaħ perfetta lil Maria (Brigitte Helm), il-mara qalbha tajba li thobb u tħenn għall- ħaddiema oppressati, biex tikkrea kaos sħiħ. Film klassiku ieħor kien dak tal-1939, e Wizard Of Oz fejn raġel tal-landa, e Tin Man (Jack