Illum previous editions

ILLUM 28 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462899

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 11

10 elezzjoni2022 IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 • illum L-għada tar-rebħa K ulħadd kien jaf li l-Partit Laburista ħa jirbaħ l-elezzjoni ġenerali tal-2022. Is-sejħa tiegħi hawn hi li la jikkalmaw il-briju u tmajna l-ewforija nagħtu ħarsa serja lejn it-tibdil li ser inħabbtu wiċċna miegħu matul din il- leġis- latura ġdida. Għax wara l-ħafna kliem, eloġji u wegħdiet pubbliċi u personali, ir-realtajiet li jgħixu n-nies huma dawk li jgħoddu. Bħal ħafna żgħażagħ oħrajn li qegħdin joqorbu lejn tmiem l-istudji tagħhom, spiss naħseb fuq il-futur tiegħi u ta' sħabi. Fejn se ngħixu? U f 'liema kundizzjonijiet? Fil- manifest elettorali tal-Partit Laburista, pereżempju, ma hemmx referenza waħda għar-regolarizzazzjoni tal- kirjiet proposta fid-dokument dwar il-kera tal-2018 li ressqu l-Moviment Graffitti u għaqdiet oħra. Minkejja li fl-2020 rajna d-dħul fis-seħħ ta' liġi ġdida dwar il-kera, ir- realtà hi li s-settur għadu dominat mill- ġungla tas-suq ħieles u l-gvern m'għandux ir-rieda morali jew politika li jġib bidla f 'dan ir-rigward. Għalhekk minflok ir-regolarizzazzjoni ġusta tal- kera, il-gvern ser jissussidja sa €10,000 lix-xerrejja tal-ewwel dar, miżura li ser twassal biex il-prezzijiet fis-suq tal-proprjetà jibqgħu jogħlew u jagħmluhielna aktar diffiċli li nsibu post fejn insorġu. Element inkwetanti ferm ieħor tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista huwa t-tnaqqis tat-taxxi dovuti tal-kumpaniji u t-tnaqqis tat-taxxa fuq id- dħul personali. Il-messaġġ ta' din il-miżura huwa li n-negozji kbar li raw tkabbir fil-qligħ tagħhom bla rażan u li waqt il-pandemija ngħataw ħafna għajnuna mill-gvern, jistgħu jkomplu jħaxxnu bwiethom. Filwaqt li dawk li jaħdmu għalihom, li jqumu fis-sebgħa ta' filgħodu u jidħlu d-dar fil-ħamsa, is-sitta ta' filgħaxija, jibqgħu bil- it jew xejn. Kien l-istess partit, suppost soċjalista, li fl-2013 beda jnaqqas u jnaffar mit-taxxi dovuti mill-kumpaniji bil-wegħda tal-investiment. L-attitudni li nikkuntentaw in-negozji a skapitu tas-soċjetà hija attitudni li l-gvern Laburista ma rnexxielux u naħseb ma jridx jegħleb. Agħar minn hekk huwa l-messaġġ ta' biża' mit-taxxa li qiegħed jitwassal u li biddilnieha f 'xitan. Ma ninsewx li l-akbar tkabbir ekonomiku fl-istorja Amerikana wara t-tieni gwerra dinjija ma kienx ikun possibbli mingħajr l-intaxxar tas-sinjurini. Nafu sew x'ġara f 'pajjiżi bħall- Ingilterra jew Franza li għandhom viżjoni ekonomika u soċjali neoliberali bħal ta' Mata. L-ifqar iħallsu l-ogħla taxxi u dawk li jifilħu l-aktar iħallsu l-inqas. F'kuntesti bħal dawn, l-ewwel ma ħadu d-daqqa kienu l-oqsma bażiċi u fundamentali: is-saħħa, l-edukazzjoni u l-għoli tal-ħajja. Dan bdejna nesperjenzawh aħna wkoll. Qegħdin naraw ix- xibka soċjoekonomika tal-pajjiż tiċċarrat sabiex tkompli ddur ir-rota ekonomika tas-suq ħieles biex tipprova tlaħħaq mar-rata mgħaġġla ta' qabel il-pandemija. Il-manifest elettorali tal-Partit Laburista nieqes minn miżuri favur il-ħarsien u l-ħlas ġust tal-ħaddiema, dawk li jaħdmu bħala kenniesa, li jwasslu l-ikel fi djarna u li jsuqu tal-linja fost l-oħrajn. Il-ħafna "tax rebates" imsemmija fil-manifest u fir-rallies ta' qabel l-elezzjoni ġenerali ma jindirizzawx il- qagħda attwali tal-ħaddiema ta' Malta. Il-manifest fih żewġ proposti interessanti dwar it- tisħib mandatorju fil-unions u t-tneħħija taż-zero-hour contracts iżda kumment vag biss dwar il-paga minima. U x'jiswew dawn ir- rakkomandazzjonijiet meta t-trade unions Maltin imdaħħlin fi ġlieda politika bejniethom minflok ma jingħaqdu favur kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għal kulħadd? Għal dawn l-aħħar snin, l-attitudni tal-gvern lejn il- ħaddiema kienet krudili. Ħaddiema miġjuba minn barra biex jaħdmu f 'kundizzjonijiet ħżiena, fejn nofs il-paga tagħhom tittieħed mill-aġenzija li ġabithom Malta u normalment ma jingħatawx sick leave jew dritt għal kumpens meta jiksru sieqhom waqt ronda mgħaġġla fuq il-mutur. M'għandniex naħsbu li dan qiegħed jiġri biss lin-nies li ġew Malta minn jeddhom. Din sitwazzjoni li jista' jsib ruħu fiha kulħadd. Xbajt nisma' nies li jaħdmu fis-settur tal- kostruzzjoni, fil-catering jew fis-supermarkets jgħidu li għandhom nuqqas ta' sigurtà u tensjoni enormi dwar il- kuntratt tax-xogħol tagħhom jew li l- paga tagħhom baxxa wisq. Il-paga minima ta' Malta għandha togħla għal daqs 60% tal-paga medja tal- pajjiż skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea. Hawn eluf ta' nies li qegħdin jaħdmu u jaqilgħu pagi tant baxxi li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja. Iħossu li l- eżistenza tagħhom hija insikura. Ma rridux inħarsu l-bogħod biex naraw x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi ta' dan. Fil-Ġermanja, Franza, Spanja u l- Finlandja hemm nies li jgħixu fuq il-frak wara li jħallsu l-kera. U dan qed jiġri wkoll fl-irħula tagħna, Birkirkara, il-Ħamrun, il-Gżira, is-Swatar u l- Imsida. Sejrin żball jekk naħsbu li dawn sfidi li nistgħu ngħelbuhom bil-mod. Qed inħabbtu wiċċna mal-forzi kbar tal-partiti u n-negozji li jaraw biss il-profitti telgħin. Xhieda ta' dan kien l-aġir tal-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) u Tony Zahra waqt il-pandemija, u d-diżrispett totali li wrew lejn il-ħaddiema tagħhom. X'jiswa li jkollna rota ekonomika li qiegħda ddur jekk qed noħolqu klassi ta' nies li ma jlaħħqux magħha? Jekk qed jgħixu sitta, sebgħa f 'appartment, jitħallsu ċ-ċiċri u minn fuq nagħtuhom bis-sieq? Il-pass radikali f 'Malta għandu jkun li nisfidaw bis-serjetà l-viżjoni ekonomika taż-żewġ partiti, u kif jgħid Sammy Meilaq, li ngħaqqdu l- ħaddiema barranin mal-ħaddiema Maltin b'viżjoni solidari u demokratika. Ix-xogħol tagħna jibda mil- lum, l-għada tar-rebħa. U ma niqfux sakemm naraw kull persuna f 'Malta tiġi trattata b'diċenza bażika u umanitarja. Jekk nafu li dan il-gvern mhux se jkun kif wegħdna li jkun, jiġifieri "ta' serħan il- moħħ għall- ħaddiema", mela rridu nkunu aħna li niġġieldu għad-drittijiet ta' ħutna qabel tagħna u naslu biex verament insarrfu "s-suċċess ekonomiku f 'titjib fil-kwalità tal- ħajja tan-nies". Rafel Grima huwa membru tal-Moviment Graffitti Rafel Grima La jikkalmaw il-briju u tmajna l-ewforija nagħtu ħarsa serja lejn it-tibdil li ser inħabbtu wiċċna miegħu matul din il- leġislatura ġdida. Għax wara l-ħafna kliem, eloġji u wegħdiet pubbliċi u personali, ir-realtajiet li jgħixu n-nies huma dawk li jgħoddu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2022