Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 Kultura illum • IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 tal-Papa Franġisku biex jibqa' l-ġurnata kollha jaqta' x-xagħar u jqaxxar il-leħja lill- foqra ta' San Pietru, li idejhom jinbidlu fl-estensjoni ta' dawk tal- Papa Franġisku. B'hekk, somma wara l-oħra, l-Uffiċċju tal-Karità Papali beda jiġbor figuri importanti li ppermettew il-bidu ta' xi servizzi, għajnuna konkreta ta' karità li dawk fil-bzonn. Taħt il-kolonnat tal-Bernini tinsab ukoll mensa li minnha l-kollaboraturi tal-Elemozinier, ta' Don Corrado joħorġu kuljum mijiet ta' ikliet preparati ghall- istess fqar. Taht il-kolonnat tal-Bernini tinstab ukoll klinika intitolata Madre della Misericordia li fiha l-fqar jingħataw kull tip ta' assistenza medika. Anke fiha jsiru swab tests għal-Covid-19. Fl-aħħar xhur il-Gvern Malti permezz tal- Ministeru tas-Saħħa għen lil din il-klinika b'donazzjoni ta' 10,000 swab test kits għal-eżaminar tal- Covid-19. F'din il-klinika jahdmu diversi professuri u tobba rinomati Taljani. Kollox b'xejn. Kollox bi ħniena lejn il-fqir. L-estensjoni tal- idejn tal-Papa Franġisku ikomplu jaħdmu b'dan il-mod. Bħalissa permezz tal-kuntatti tiegħi, qed nipprova nikkrea kollaborazzjoni bejn il-Fakultà tal- Mediċina tal-Università ta' Malta mat-tmexxija tal-klinika "Madre della Misericordia." Meta naslu għal ehim studenti tal-mediċina ta' din il-fakultà jkunu jistgħu jitilgħu fil-Belt tal-Vatikan sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħol volontarju fiha. L-istess klinika, magħha, tinstab ukoll ambulanza li l-istess tobba u nfermiera li jaħdmu volontarjament fiha jkunu jistgħu jużawha sabiex ikomplu juru l-ħniena mal-batut anke ħafna kilometri 'l bogħod mil-Belt tal- Vatikan. Jien inżomm kuntatt personali kemm mal-Elemozinier il- Kardinal Konrad Krajewski kif ukoll mal-Prof. Lucia Ercoli u t-Tabib Massimo Ralli li jservu f 'din il-klinika. Il-Papa Frangisku ħa ħsieb isib saqaf għall-fqar li jgħixu qrib il-Belt tal-Vatikan. Sabiex ma jibqgħux jorqdu barra t-triq, f 'xi kaxxa tal-kartun fil-kesħa kiefra tal-iljieli xitwin rumani. Għalhekk iddeċieda li anke b'kollaborazzjoni mal-Communita di Sant'Egidio fdalhom il-Palazzo Migliori fejn fih jistghu jmiddu rashom u jistriehu tul il-lejl. Wara li temm ix-xogħol tas- sinodu Din l-ġrajja ġrat xi sitt snin ilu. Għall-istagħġib tal-mistednin, wara li spiċċa x-xogħol tas- Sinodu, il-Papa Franġisku żar id-dormitorju l-ġdid "ta' dawk bla saqaf fuq rashom" u li kien inawgurat f 'dawk il-jiem mill- "Elemosineria Appostolica" f 'via dei Penitenzieri, fil-bini magħmul disponibbli mill-Kurja Ġenerali tas-Soċjetà ta ' Ġesù. Kien mument ta' emozzjoni kbira, żjara assolutament sorpriża għal dawk il-persuni li jgħixu fil-periferija tas-soċjetà moderna. Il-Papa ġie milqugħ mill-Elemozinier, Don Corrado, mill-Prepostu Ġenerali tal-Ġiżwiti Patri Adolfo Nicolás u mit-tliet aħwa nisa li jwettqu s-servizz tagħhom flimkien mal-voluntiera. It-30 persuna mistiedna tad-dormitorju laqgħu lill-Papa bil-ferħ: l-aktar Taljani, irringrazzjawh għax fl-aħħar għandhom sodda fejn jorqdu. Riedu jirrakkuntaw l-istejjer tagħhom, talbuh anke sabiex iberikhom. Il-Papa Franġisku selmilhom b'affezzjoni kbira, kellimhom u berikhom wieħed wara l-ieħor u għal kull wieħed kellu kelma ta' kuraġġ u simpatija u qrubija. Ried jara l-istruttura tad- dormitorji kollha personalment. Iż-żjara tieghu damet madwar 30 minuta. Dan id-dormitorju, li jġib l-isem ta '"Rigal tal-Ħniena", jinsab ħdejn l-Isptar Santo Spirito u nfetaħ fis- 7 ta' Ottubru 2015, il-jum li fih il- liturġija tfakkar il-Verġni Mbierka Marija tar-Rużarju. Il-Papa Franġisku rringrazzja lill-Ġiżwiti talli ħadu għall-qalbhom l-istedina tiegħu - indirizzata lil kulħadd - biex isegwu nies f 'diffikultà, billi jallokawlhom postijiet u riżorsi. L-istruttura tista' takkomoda sa 34 raġel għal-lejl u hija ġestita mis-Sorijiet ta' Madre Tereża ta' Calcutta bħal dawk li diġà jeżistu f 'Via Rattazzi, fl-Istazzjon Termini, u f 'San Gregorio al Celio. Ix-xogħlijiet kollha ġew iffinanzjati mill-Uffiċċju tal- Karitajiet Papali, jiġifieri permezz tal-offerti li jiġu mit-tqassim tal- parċmini bil-Barka tal-Papa u mill-ġenerożità taċ-ċittadini. Il-kont tal-ħniena Il-kont bankarju tal-Uffiċċju tal- Karitajiet Papali jimtela'u jitbattal fi it jiem. Qabel l-aħħar Milied li ghadda kważi €400,000 ħargu minn dan il-kont biex jithħallsu kontijiet u kirjiet għall-familji f 'xifer l-iżgumbrament. Min- naħa l-oħra, il-Papa Franġisku kien għamilha ċara lill-Kardinal Konrad Krajewski, l-elemozinier tiegħu u ta' nisel Pollakk, li kulħadd isejjaħlu Don Corrado: "Irridu nkunu kuntenti meta l-kont ikun vojt". Il-Kardinal Krajewski huwa bħal l-estensjoni tal-id tal-karità ta' Jorge Mario Bergoglio, li ma jistax jibqa' jmur personalment fost il-foqra bħal meta kien ghadu Arċisqof ta' Buenos Aires. Don Corrado jiġbor id- donazzjonijiet, iqassam l-għajnuna, isuq kull lejl bi it voluntiera, inklużi xi gwardji Żvizzeri. Il-Papa kien wissieh fil- ħin tal-ħatra tiegħu: "Qatt ma tkun skrivan isqof ". Biex jiġbor il-flus ivvinta wkoll lotteriji papali. Din is-sena ninsabu fit-tielet edizzjoni tar-raffle. Il-Papa jiġbor r-rigali kollha li jirċievi matul is-sena. F'sena minnhom f 'din il-lotterija kien hemm karozza u Rolex. U l-biljetti jinbieghu fix-xahar ta' Diċembru bħal pastizzi, għax in- nies jafu li l-flus imorru fil-fond għall-karità tal-Papa li jmexxi Don Corrado. Stejjer ohra Ħafna drabi matul is-sena l-Papa jorganizza anke ikliet lil- foqra tiegħu u jospitahom f 'xi sala fil-Vatikan. Dan l-aħħar is- sħana li għamlet f 'Awwissu ma ħallitux kwiet. X'għamel? Ġiegħel lil-kollaboraturi tiegħu f 'din l-entità tal-karità fil-Vatikan sabiex jixtru eluf ta' ġelati u jagħtuhom lill-priġunieri fiż-żewg ħabsijiet Rumani - dak ta' Regina Coeli u dak fit-tarf ta' Ruma ta' Rebibbia. Ġieli anke jiġu organizzati kunċerti fis-Sala Pawlu VI fejn il- fqir ikun il-protagonista. F'dawn l-attivitajiet il-foqra jingħataw l-ewwel postijiet filwaqt li l-kardinali jsegwu minn postijiet aktar lura. F'dawn l-attivitajiet l-aspett tal-beneficenza jingħaqad ma' dak kulturali. Wara l-elezzjoni tiegħu għall- Ministeru Petrin, Papa Bergoglio mill-ewwel qal li ried Knisja fqira għall-foqra u l-linja avvanzata ta' din il-Knisja tinsab fl-Elemosineria Appostolica tiegħu. Il-Papa Franġisku josserva mill- qrib u jsejjaħ lil Don Corrado kważi kuljum biex issir taf kif sejrin l-affarijiet. U hu jibgħatlu l-flus kif ukoll struzzjonijiet speċifiċi. Bħal meta xtara 200 "sleeping bags" għal persuni bla dar, darba oħra ddeċieda li jagħti l-umbrelel minsija mill-viżitaturi tal-Mużewijiet tal-Vatikan lil dawk bla dar. Xejn stramb: xogħlijiet konkreti ta' ħniena biss. Stedina sabiex il-foqra jingħataw prijorita f'hajjitna Il-Papa Frangisku jgħid u jispjega li l-bżonnijiet tal-foqra għandhom jitpoġġew quddiem il-prijoritajiet l-oħrajn kollha. U għalhekk l-enfasi tiegħu kien għamilha f 'Ħadd qabel l-istaġun tal-vaganzi tas-sajf tal-2014 tfisser li l-foqra ma jintesewx anke meta l-għonja jmur jistrieħu. F'dik l-okkażjoni l-Papa osserva: "Ġesù jgħallimna npoġġu l-bżonnijiet tal-foqra quddiem tagħna. Il-bżonnijiet tagħna, anke jekk leġittimi, qatt ma jkunu urġenti daqs dawk tal-foqra, li m'għandhomx il-bżonn biex jgħixu: m'għandhomx minn fejn jieklu jew jilbsu, m'għandhomx il- possibbiltà li jkollhom mediċina għal uliedhom u ma jistgħux saħansitra jmorru l-iskola." Statwa li veru timpressjonani fl-Uffiċċju tal-Elemozinerija Appostoliku hija ta' fqir b'wiċċu ma jidhirx li jidher rieqed fuq bank. Pero' mil-pali ta' saqajh jidhru l-marki tal-pjagi tal- Feddej. Jigifieri li din il-figura tissimbolizza lil Gesu li tant iħobbna u li għallimna li kull ma naghmlu mal-iżgħar fostna nkunu qed nagħmluh miegħu! Huti, kieku nzommu dan il-hsieb quddiem ghajnejna nsiru vit tal-karita! Mhux ser niddejjaq ngħidilkom li meta rajt dan il-monument għall- ewwel darba emozzjonani u waqt li kont bilqegħda ħdejh bistlu l-pjagi f 'ħin li anke qabbiżli d-dmugħ. Tixtieq tgħin? Mhux kulħadd imur Ruma. Imma ħafna jammiraw l-azzjoni- jiet tal-Papa Frangisku mal-fqir. Lill-Papa nistgħu ngħinuh iwet- taq aktar karità anke mil-bogħod meta xi kultant nibgħatulu it flus fil-kont tal-karità tiegħu li hu BENEFICARIO:ELEMO- SINERIA APOSTOLICA Kont: VA54001000000017267005 – BIC/ SWIFT IOPRVAVX Jien mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Frangisku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022