Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 u dan huwa li jipprova għall- kuntrarju tal-perċezzjoni u tħassib, anke fost votanti Laburisti mhux akkaniti, illi maġġoranzi ta' dan id- daqs ma jwasslux biex il-politiku tikbirlu rasu. Din hija sfida aktar diffiċli milli wieħed jaħseb għax bid-distakk kif inhu huwa faċli li persuni fiċ-ċivil, nies qrib Ministri u oħrajn qrib il-poter jitlgħalhom xi it għal rashom u kif tgħid l-espressjoni jaraw lin-nies dubbien. Dwejjaq intern wara l-formazzjoni tal-Kabinett Il-Partit Laburista - imma b'mod speċjali Robert Abela - irid joqgħod attent minn bruda u dwejjaq li jista' jinħoloq wara l-formazzjoni tal- Kabinett, sensazzjoni li tqum wara kull ħatra tal-kabinett, fil-verità. Id-differenza hija li mexxej jista' "jieħu ħsieb" lil dawk li ħalla barra jew inkella jista' jitfagħhom fil- ġenb. U huwa hawn fejn Abela jrid ikun attent. Minkejja li l-poplu tah is-saħħa u l-leġittimità neċessarja biex jifforma l-Gvern kif hu jħoss l-aħjar kummenti bħal "m'għadhomx jistgħu jagħtu kontribut b'saħħtu" f 'referenza għal dawk il-kandidati li tħallew barra mill-Kabinett huwa biss melħ fuq ferita żgħira li iżda tista' tibqa' tikber. Grupp politiku ta' nies diversi b'ambizzjonijiet differenti żżommu kumpatt billi tagħraf iżżomm ekwilibriju tajjeb u kemm jista' jkun lil kulħadd kuntent, mhux tnaffar. Għax kummenti bħal dawk ta' Abela jistgħu fil-futur jigdmuh lura, meta l-aktar li jkollu bżonn l-appoġġ tal-grupp kollu. Kwistjonijiet mhux magħluqa li jafu jkidduh... Apparti l-ovvju - jiġifieri l-isfida tal-għoli tal-ħajja u anke l-gwerra tal-Ukrajna u l-Covid-19, li għadha tberren fl-isfond - hemm kwistjonijiet li għadhom mhux magħluqin u li Abela jaf ikollu jiffaċċja u jitkellem dwarhom anke jekk huma skomdi u anke jekk ma huwiex hu responsabbli għalihom. L-ewwelnett hemm il-każ ta' Daphne Caruana Galizia fil- konfront ta' Yorgen Fenech. Kważi kull xhieda f 'dan il-każ kienet dannuża u tkun dannuża aktar jekk Fenech jerġa' jimplika lil xi ħadd li kien fil-politika u kien qrib jew saħansitra fil-Partit Laburista. Ikun ta' dannu mill-ġdid għall- Partit Laburista u għal Abela, li naturalment ikollu jwieġeb u jirreaġixxi. Is-'salvazzjoni' politika tal-Mexxej Laburista - jekk tista' ssejħilha hekk - hija li Abela qaċċat l-elementi kollha li kienu b'xi mod marbutin mal-iskandli u d-dubji ta' żmien Muscat: Keith Schembri, Konrad Mizzi, l-eks Kummissarju Lawrence Cuatajr u Neville Gafa', kollha spiċċaw barra sigħat jew ġimgħat wara li Abela sar Prim Ministru. Dan filwaqt li neħħa mill-Kabinett ħafna mill-Ministri li jew tkellmu ma' Yorgen Fenech meta kien magħruf li dan huwa sid 17 Black jew saħansitra għamlu ehimiet miegħu bħal Rosianne Cutajar u anke Edward Zammit Lewis - li ħallieh barra mill- Kabinett mħabbar din il-ġimgħa. Kif neħħa lil Justyne Caruana għal darba darbtejn fuq akkużi meqjusin sfaċċati ta' nepotiżmu u anke lil Edward Scicluna illi anke jekk qatt ma kellu akkużi u allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, xorta kien Ministru tal- Finanzi meta l-Gvern ħa passi kontroversjali, bħall-ehim mal- VGH. Jiġifieri jekk mill-każ tal- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia joħroġ xi skeletru tal-passat Abela jista' jgħid li dawk kollha fil- qalba tal-Gvern ta' Muscat meta seħħ l-assassinju ma għadhomx jiffurmaw parti mill-partit u lanqas mill-Kabinett tiegħu. Pero' hemm ukoll l-akkużi dwar is-serqa tal-HSBC fl-2010 u l-allegazzjonijiet dejjem miċħuda illi Carmelo Abela kien involut billi għadda xi ċavetta għas-safe biex tkun tista' ssir din is-serqa. Abela tħalla barra mill-Kabinett ffurmat din il-ġimgħa. Hemm ukoll l-inkjesta miuħa dwar Joseph Muscat u flus li irċieva minn xogħol li ħa minn Accutor - kumpanija li kienet taħdem mal- VGH meta din kellha tliet sptarijiet taħt idejha f 'Malta. Minkejja tfittxija fir-residenza ta' Muscat mill-pulizija sa issa ma nstema' xejn aktar. Minkejja r-rebħa kbira ta' Abela, Muscat xorta jibqa' saħħa politika konsiderevoli u allura dell fuqu huwa dell ikrah fuq il-PL. U finalment hemm l-FATF. Minkejja li d-dnubiet li wassluna biex spiċċajna f 'din il-lista qajla jistgħu jintefgħu fuq ħoġor Abela, f 'April Malta trid toqgħod għal dan it-test importanti - li assolutament ma tistax li tfalli! Minkejja li l-indikazzjonijiet huma tajbin, bil-Gvern ta' Abela jwettaq ħidma rikonoxxuta mill-Moneyval, il- Kummissjoni Venezja u issa anke l-FATF innifisha - jekk f 'April Malta ma titneħħiex minn din il-lista din tkun daqqa kbira għal pajjiżna u għall-ekonomija tagħna. Tkun tfisser ukoll daqqa kbira għall-ambizzjonijiet ekonomiċi ta' dan il-pajjiż li qed jserraħ fuq it- tkabbir ekonomiku, il-konsum, it- turiżmu u l-'feel good factor' sabiex il-Partit Laburista fil-Gvern jibqa' jħaddem il-politika ta' tnaqqis ta' taxxi, ċekkijiet u inċentivi. L-aspettativi huma għoljin! Il-Labour irid jitfakar ukoll illi l-aspettativi issa għall-Gvern u għal Robert Abela huma għoljin. Primarjament l-aspettativi ekonomiċi għall-kuntrarju ta' xhur ta' negozju magħluq, restrizzjonijiet u inċertezza. Issa ħafna negozji qed jistennew xhur ta' bonanza ekonomika, bonanza turistika u allura bonanza ta' xogħol u flus fil-but. On the ground, it-turiżmu jidher li diġà beda jiċċaqlaq u dan huwa sinjal pożittiv, meta tqis li x-xahar id- dieħel Malta tibda dieħla fl-aktar xhur kruċjali tas-sajf. Żelqa hawn jew inkella ritorn għal restrizzjonijiet issa - speċjalment wara kampanja illi matulha saru attivitajiet tal-massa u li fihom iltaqgħu folol kbar - inkluż ġewwa - żgur li jintlaqgħu b'ħafna rabja u reżistenza. L-aspettattivi huma għoljin ukoll fil-każ tal-ambjent fuq żewġ binarji. L-ewwel binarju huwa dak li jitratta l-wegħdi elettorali, speċjalment il-proġett ta' Triq Sant'Anna. Dan għandu jkun il- proġett maġġuri li jimmarka din il-leġiżlatura minn oħrajn hekk kif il-pedestrijanizzazzjoni ta' din it- triq tkun verament spazju daqstant ċentrali mogħti lin-nies filwaqt li jkun proġett li jagħti l-ħajja u jbiddel id-dimensjoni soċjali u anke ambjentali tal-Furjana. Naturalment iżda l-aspettativi huma għoljin ukoll f 'dak li jirrigwarda l-ambjent in ġenerali u hawhekk allura tidħol fix-xena l-Ministru l-ġdid tal-Ambjent u Enerġija Miriam Dalli. L-aspettativi għal Dalli huma għoljin ħafna, għal diversi raġunijiet u allura kontinwità assoluta tal-qerda u żvilupp kontinwu li rajna fl-aħħar xhur tkun diżappunt qawwi. L-aspettativi huma għoljin ukoll f 'dak li jirrigwarda l-indafa u l-etika fil-politika. Issa ma hemmx aktar skużi! Issa Abela kiseb il- mandat u l-leġittimità b'saħħitha li kellu bżonn biex jinqata' mil-legat ta' Muscat u jibni wieħed għalih hu u allura kull deċiżjoni żbaljata jew inkella inazzjoni quddiem skandlu minn Ministriu kurrenti jkun attribwit għalih u t-tmexxija tiegħu. L-aspettativi allura f 'dan is-sens huma għoljin, speċjalment fil-każ ta' membri ġodda: Primarjament Jonathan Attard - li mix-xejn mhux talli ġie elett, talli se jingħata wieħed mill-aktar Ministeri kruċjali u sensittivi (Ġustizzja). Miegħu Keith Azzopardi Tanti, Chris Bonnett u Alison Zerafa Civelli. analiżi illum • IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022