Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652
baqa' fejn kien u min tħalla barra 13 analiżi illum • IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 imma huwa importanti wkoll għall-pajjiż. Anton Refalo jidher li ħadem tajjeb mal- bdiewa u s-sajjieda u għalhekk tħalla Ministru responsabbli mill-Agrikoltura u s-Sajd. Silvio Schembri Għal Schembri din hija wkoll it-tielet leġislatura. Għadu żgħir u mimli enerġija. Kien ukoll wieħed mill-Ministri l-aktar importanti fi żmien il-pandemija li tat daqqa mhux ħażin lill-ekonomija. Biss biss, meta tisma' ismu, mill-ewwel tiakar fil-famużi vawċers tal-Gvern. Jidher li l-Prim Ministru żamm quddiem għajnejh mhux biss kemm mar tajjeb fil-voti imma anke dak li wettaq fl-aħħar snin u żammu Ministru għall-Ekonomija. Clifton Grima Jekk hemm Ministeru li għandu bżonn it stabbilità, bla dubju, dan huwa s-settur tal- Edukazzjoni. Fl-aħħar leġislatura, ra l-bidla tal-Ministru diversi drabi. Jidher li Clion Grima, li serva f 'din il-kariga fl-aħħar xhur, niżel tajjeb mal-unjins li jirrappreżentaw l-edukaturi. Għalhekk huwa se jibqa' Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isports. Clayton Bartolo Jekk hemm settur li ħa daqqa fi żmien il-pandemija, bla dubju dan huwa dak tat- Turiżmu li jibqa' settur importanti mmens għall-ekonomija Maltija. Clayton Bartolo ma kellux biċċa xogħol faċli quddiemu. Wiret dan il-Ministeru fl-agħar żmien possibbli u ħadem fuq li ħadem biex isalva dan is-settur u jibqa' jattira linji tal-ajru lejn Malta. Robert Abela deher kuntent bil-ħidma tiegħu tant li reġa' afdah bl-istess Ministeru. Michael Falzon L-aspett soċjali jibqa' wkoll għal qalb il- Gvern u anke fi żmien il-pandemija ried jingħata attenzjoni partikolari għax kienu bosta dawk li marru lura. Michael Falzon, li f 'dan l-aspett għandu l-esperjenza neċessarja, se jkun qed iżomm postu bħala Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. Roderick Galdes Ministeru ġdid li rajna fl-aħħar leġislatura kien dak tal-Akkomodazzjoni Soċjali. Roderick Galdes kien l-ewwel Ministru li serva f 'dan l-irwol u hekk se jibqa' jagħmel f 'din il-leġislatura. Julia Farrugia Portelli Minn Ministru għat-Turiżmu, meta Robert Abela kien għamel reshuffle tal- Kabinett, Julia Farrugia Portelli kienet ingħatat il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Ħarsien Soċjali. Jidher li f 'dan il-qasam ħadmet u l-Prim Ministru kien kuntent bir- riżultat. Farrugia Portelli, għalhekk, tħalliet bl-istess Ministeru. Byron Camilleri Għal Camilleri din se tkun it-tieni leġislatura hekk kif ġie elett għall-ewwel darba fl-2017. Byron Camilleri mistenni jżomm l-irwol li kellu fl-aħħar snin, jiġifieri se jibqa' l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi. Min niżel? Owen Bonnici Owen Bonnici serva bħala Ministru kemm fil-Gvernijiet ta' Joseph Muscat u anke dak immexxi minn Robert Abela. Għal xi żmien kien Ministru għall-Ġustizzja imma kien tilef dan il-Ministeru u ngħata minflok il-Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Istrateġija Post Covid. Aktar tard, mal- irwoli tiegħu, żdiedu wkoll ir-Riformi u l-Ugwaljanza. Fil-fatt, kien hu responsabbli mil-liġi l-ġdida dwar il-Kannabis. Din id- darba, Owen Bonnici tilef dawn l-irwoli kollha u ngħata l-Ministeru responsabbli mill-Kultura u l-Kunsilli Lokali li kien f 'idejn Josè Herrera li ma ġiex elett. Ian Borg Ian Borg kien wieħed mill-aktar Ministri popolari u xi it jew wisq kontroversjali fl-aħħar snin. Kellu f 'idu l-Ministeru responsabbli mit-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. Rajnih jaħdem fuq il- wiegħda tal-Gvern li jinvestu €700 miljun fit-toroq. Kien responsabbli mill-bini tal- junction tal-Marsa u l-proġett tas-Central Link fost oħrajn. F'din l-elezzjoni, kien it-tielet l-aktar kandidat li ġab voti, wara Robert Abela u Chris Fearne. Din id- darba, Borg se jkollu rwol kompletament differenti hekk kif se jkun qed jieħu post Evarist Bartolo bħala Ministru għall- Affarijiet Barranin, l-Affarijiet Ewropej u l-Kummerċ. Huwa xorta waħda Ministeru importanti, speċjalment f 'dawn iż-żminijiet ta' tensjoni, iżda jibqa' l-fatt li lilu se jagħtih inqas viżibilità u lanqas mhux se jkollu entitajiet taħtu. Fi kliem sempliċi, Borg se jkollu inqas ċans li jaqdi lin-nies Min tħalla barra? Edward Zammit Lewis, Carmelo Abela, Chris Agius, Alex Muscat u anke Deo Debattista tħallew l-art fl-għażla tal- membri tal-Kabinett. Zammit Lewis - minkejja li kien elett fit-Tmien Distrett fejn kiseb 2,430 vot - madwar 400 vot inqas minn Clyde Caruana li se jkun qed jinħatar Ministru tal-Finanzi, tħalla l-art. Zammit Lewis, għalkemm mexxa numru ta' riformi importanti fis-sentejn li għaddew fosthom dwar il-ħatra tal-ġudikatura, il- ħatra ta' numru ta' karigi Kostituzzjonali - fosthom il-ħatra tal-President tar- Repubblika u anke riformi marbutin mal- governanza - spiċċa f 'nofs kontroversja minħabba chats ma' Yorgen Fenech. Dawn ic-chats xi it jew wisq imbarazzanti għal Zammit Lewis kixfu kif wara li ma telax fl- elezzjoni tal-2017 Zammit Lewis kien qal lil Yorgen Fenech illi għall-"ġaħan Laburist" il-pożi jgħoddu mhux l-esperjenza. Tħalla barra wkoll Carmelo Abela li fl-aħħar sentejn kien taħt dellijiet serji - għalkemm sa issa qatt isostanzjati - li kien imdaħħal fis-serqa tal-HSBC f 'Ħal Qormi fl-2010. Dwar dan għadhom għaddejjin inkjesti, għalkemm Abela dejjem ċaħad kwalunkwe akkużi ta' dan it-tip. Tħallew barra wkoll Deo Debattista li kien fil-Kabinett sa qabel l-elezzjoni u Alex Muscat li kien responsabbli, fost oħrajn għall-programm ta' ċittadinanza, kif ukoll Chris Agius.