Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 aħbarijiet On the 16 th August 2021 the Ministry for Health of Malta was awarded up to 1 Million to cover the eligible costs incurred for the implementation of the EU Digital COVID Certificate action. It is with pleasure that the Ministry for Health of Malta announces that EU Digital COVID Certificate action has been successfully completed. The EU Commission launched the Emergency Support Instrument, worth circa 2.7 Billion Euros and based on the principle of solidarity. The instrument was activated on 16 April 2020 to help Member States in their efforts to respond to the COVID-19 emergency. Through the Emergency Support Instrument, the EU Commission has committed itself to support EU Member States, including Malta, with a grant of up to 1 Million Euros to cover costs incurred for the interoperability of the EU Digital COVID Certificate. The EU Digital COVID Certificate – Malta can be accessed through: https://certifikatvaccin.gov.mt Other related links: Swab and Recovery Certificates can be accessed from https://certifikatswab.gov.mt Android Apps: https://play.google.com/store/apps/details?id=mt.gov.CovPassMalta&hl=en&gl=US https://play.google.com/store/apps/details?id=mt.gov.CovPassMTWallet&hl=en&gl=US Apple App: https://apps.apple.com/gw/app/covpass-malta/id1573903602 THIS PROJECT IS FUNDED BY THE EUROPEAN UNION l-illegalità u l-korruzzjoni għandu jkun qawwi bħar-riħ' kunflitti miżerabbli li huma jħallsu l-konsegwenzi tiegħu." "Min-nofsinhar fqir u popoluż, qtajja' ta' persuni jersqu lejn it- tramuntana aktar għanja: hu fatt li ma nistgħux nirriutawhom b'għeluq anakronistiku, għax fl- iżolament mhux se jkun hemm prosperità u integrazzjoni," kompla jgħid qabel semma ir-refuġjati Ukreni. "Xi pajjiżi ma jistgħux jitgħabbew bil-problema kollha tal- indifferenza tal-oħrajn! U pajjiżi ċivili ma jistgħux, għall-interessi tagħhom, jagħmlu ehim suspettuż u mtajjan ma' nies ta' qatgħa ħażina li lill-persuna jagħmluha lsira. Il-Mediterran għandu bżonn responsabbiltà Ewropea komuni u maqbula biex isir mill-ġdid teatru ta' solidarjetà u ma jkunx il- fruntiera ta' nawfraġju traġiku ta' ċiviltà." "Ejjew niħu beraħ qlubna u niskopru s-sabiħ li taqdi lil min hu fil-bżonn. Meta llum, fil-konfront ta' dawk li jaqsmu l-Mediterran ifittxu s-salvazzjoni, jiddominaw il-biża' u "n-narrattiva tal-invażjoni" u l-għan ewlieni donnu jidher li hu t-tħaris tas-sigurtà proprja jiġri x'jiġri," qal il-Papa Franġisku, qabel imbagħad għamel sejħa mill-qalb għall- ħniena u kontra l-mibgħeda. "Ejjew ngħinu lil xulxin biex ma nħarsux lejn il-migrant bħala theddida u biex ma nċedux għat-tentazzjoni li nibnu pontijiet li jintrefgħu, jew ħitan. L-ieħor mhuwiex xi virus li għandna niddefendu ruħna minnu, imma persuna li għandna nilqgħuha fostna." 'L-impenn ħalli jintemmu l-illegalità u l-korruzzjoni għandu jkun qawwi bħar-riħ' Intant il-Papa Franġisku għamel ukoll referenzi dwar il-korruzzjoni u anke l-ambjent ta' madwarna. Dwar il-korruzzjoni u l-ħażen huwa appella biex l-impenn ħalli jintemmu l-illegalità u l-korruzzjoni "għandu jkun qawwi bħar-riħ li, meta jonfoħ mit-Tramuntana jnaddaf il- kosta tal-pajjiż." Huwa wera' t-tama illi dejjem jibqgħu jkunu kkultivati l-legalità u t-trasparenza "li jippermettu li jitqaċċtu mill-għeruq il-ħajja ħażina u l-kriminalità li huma marbutin flimkien minħabba li l-aġir tagħhom ma jsirx fid-dawl tax- xemx." Intant il-Papa Franġisku dawwar ħarstu wkoll fuq il-kwistjoni tal- ambjent u saħaq li dan għandu jkun imħares mir-regħba, mill-kilba għall-flus u mill-ispekulazzjoni tal- bini, li mhux biss jikkompromettu l-pajsaġġ, iżda l-ġejjieni." • "Minħabba l-pożizzjoni tagħha, nistgħu ngħidu li Malta hija l-qalb tal-Mediterran. U mhux biss minħabba l-pożizzjoni: in-nisġa ta' ġrajjiet storiċi u l-laqgħa ta' popolazzjonijiet, lil dawn il-gżejjer ilhom eluf ta' snin li sawruhom bħala ċentru ta' vitalità u kultura, ta' spritwalità u sbuħija." • "L-antenati tagħkom kienu laqgħu b'qalb kbira lill-Appostlu Pawlu hu u sejjer lejn Ruma, u mxew miegħu u ma' dawk li kienu jivvjaġġaw miegħu "bi ħlewwa liema bħalha" (Atti 28:2); issa li ġejt minn Ruma, qed inġarrab jiena wkoll il-laqgħa ħerqana tal-Maltin, teżor li dan il-Pajjiż baqa' jiret minn ġenerazzjoni għal oħra." • "Malta tista' tnebbaħna, għax hemm urġenza li rroddu lura s-sbuħija lill-wiċċ tal-bniedem, sfigurat bil-gwerra. Statwa Mediterranja sabiħa ġejja minn sekli qabel Kristu tirrafigura l-paċi, Irene, qisha mara li qed iġġorr f 'dirgħajha 'l Plotun, l-għana. Tfakkar li l-paċi tiġġenera l-ħajja tajba u l-gwerra l-faqar biss." Il-Papa u dak li qal dwar Malta:

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022