Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 kummerċjali wieħed iqabbel dan ma' studji oħra dwar ir-rwol ekonomiku tal-baħar fuq livell nazzjonali, jikkonferma li l-kontribut at- twali tal-baħar għall-ekonomi- ja lokali mhux daqshekk għoli. Dan iqajjem il-mistoqsija dwar jekk hemmx bżonn noħolqu aktar opportunitajiet ta' imp- jieg fuq il-baħar u kif dan jista' jsir mingħajr ma jiġi kompro- mess l-ambjent tal-baħar," ten- fasizza Sa Attard. "L-istħarriġ juri biċ-ċar ukoll li l-ispazji marittimi u kos- tali huma apprezzati ħafna mill-pubbliku għal attivitajiet ta' rikreazzjoni bħall-għads, is-sajd, l-għawm u l-mixi fuq il-promenades. L-għawm (77%) wera li huwa l-aktar attività rikreattiva popolari fost il-Mal- tin, b'Tas-Sliema li hija l-aktar popolari. Din mhijiex ta' sor- priża peress li din il-lokalità hija waħda mill-aktar zoni popolati u għandha l-itwal kosta im- medjatament tmiss il-konurba- zzjoni. Il-mixjiet kostali kienu t-tieni l-aktar attività rikreattiva popolari relatata mal-baħar, u dan deher li kien aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet anzjani," kompliet Sa Attard. Fir-rigward ta' x'opportuni- tajiet għandu l-futur għall-at- tivitajiet relatati mal-baħar, l-istħarriġ juri li l-Maltin jaraw il-potenzjal u l-effett multip- likatur ta' aktar tkabbir f'dan il-qasam. Filwaqt li t-turiżmu jgawdi post ta' kburija, bi 80.6% jsostnu li dan is-settur joffri lil Malta opportunitajiet enormi, 60.4% identifikaw it-trasport bħala settur possibbli għat-tk- abbir. "Skoraġġanti huwa, li 96 fil-mija ta' dawk li wieġbu qalu li ma kinux lesti li jipparteċipaw fil-futur tal-Ippjanar Spazjali tal-Baħar," hija stqarret. "Dan huwa ta' preokupazzjoni, per- ess li l-parteċipazzjoni pubblika hija essenzjali biex jiġu ffurmati pjanijiet marittimi trasparenti u robusti. Il-parteċipazzjoni pub- blika hija fil-fatt parti mid-da- ta meħtieġa biex jiġi żviluppat il-pjan tal-MSP. X'jurina dan? Huwa pjuttost ċar li rridu nsibu modi ġodda kif inħeġġu lin-nies sabiex jinvolvu ruħhom. Hawn- hekk jeħtieġ li jiġu esplorati mudelli ġodda, inqas riġidi ta' parteċipazzjoni – wieħed li jit- biegħed mill-ħrafa ta' 'pubbliku ġenerali' uniku għal wieħed li jkun adattat aħjar biex jimpenja ruħu fil-kumplessitajiet soċjali ta' dinja dejjem aktar globaliz- zata iżda frammentata; waħda li tħaddan l-impenn u l-kollabo- razzjoni tal-komunità," tinnota Sa Attard. Ir-riżultati ta' dan l-istħarriġ, flimkien max-xogħol tal-passat mill-Awtorità, dwar l-iżvilupp ta' għodod sabiex jinkoraġġixxu lill-istakeholders u l-involvi- ment pubbliku, se jservu bħala pedament għall-avviċinament li l-Awtorità tal-Ippjanar se tieħu lejn l-involviment tal-istake- holder fid-dawl tar-Reviżjoni SPED. Il-pandemija tatna lkoll ap- prezzament ġdid għan-natura, u kif afferma mill-ġdid l-istħarriġ, f'Malta dan jinkludi l-apprezza- ment lejn l-ibħra tagħna. Rajna li, meta kollox ifalli, in-natura tibqa' hemm – imma irridu nip- pjanaw użi marittimi bir-reqqa biex nipprovdu futur sostenib- bli waqt li fl-istess ħin niżgu- raw li l-baħar u r-riżorsi kollha tiegħu jiġu protetti u preservati wkoll," tikkonkludi Sa Attard. Iktar informazzjoni dwar il-proġettt MSPMED tista' tin- stab online fuq https://mspmed. eu/project/ .

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022