Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 l-aktar nisa popolari u l-voti tal-mexxeja L-aqwa għaxra miż-żewġ partiti Min-naħa tal-Partit Laburista, il- kandidati l-aktar popolari ma kienu ħadd ħlief eks Ministri li servew f 'xi waqt jew ieħor fil-leġiżlatura li għaddiet. Kollha f 'ministeri prominenti bħal dak tal-Infrastruttura fil-każ ta' Ian Borg jew inkella dak ta' Għawdex fil-każ ta' Clint Camilleri. Xorta ma ġabux daqs id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li grazzi għal 12,640 huwa ġie elett bl- ewwel għadd tal-voti miż-żewġ distretti u issa reġa' qiegħed iservi bħala Ministru għas-Saħħa u Deputat Prim Ministru. Fil-każ tal-Partit Nazzjonalista, tfaċċaw numru ta' uċuħ ġodda. Nies bħal Joe Giglio li kien fost il-it li ġew eletti fl-ewwel għadd. Mid-disa' distrett Giglio ġab 4,406 voti u mill-10 distrett huwa ġab 4,758 vot. Dan ifisser li mill-partiti kollha Giglio kien ir-raba' kandidat l-aktar popolari filwaqt li fil-każ tal-PN kien it-tieni l-aktar popolari, b'qabża kbira mill-Viċi Kap tal-Partit Robert Arrigo li ġab total ta' 5,112-il vot fl- ewwel għadd. Interessanti iktar li Giglio u Arrigo kienu fl-istess distrett, id-disa' wieħed fejn Arrigo ġab 2,033 u Giglio ġab 4,406 u ġie elett mill-ewwel. Il-falliment tal-mekkaniżmu dwar il- ġeneru Il-mekkaniżmu tal-korezzjoni tal- ġeneru jidher li falla wara li kienu biss erba' nisa li ġew eletti. Tgħid in-nies ma vvutawlhomx għax irraġunaw li "għax mara xorta se titla'?" L-iktar kandidata mara li ġabet voti miż-żewġ partiti kienet Miriam Dalli li għal Partit Laburista fuq il-ħames u l-11-il distrett ġabet 4,661 vot b'kollox. Warajha hemm Julia Farrugia Portelli illi fuq il-ħames u s-sebgħa distrett hija ġabet b'kollox 2,271 vot. Differenza ta' 2,390 vot minn Dalli. Ma nistgħux ma nfakkrux li r-riżultat għaż-żewġ kandidati feminilli fuq il-ħames distrett jaf mhux ħtija tal-mekkaniżmu biss. Il- fatt li Prim Ministru ikkontesta fl-istess distrett ħalla l-impatt tiegħu wkoll. Ħarsa aktar profonda lejn il-ħames distrett turi li l-maġġoranza tal-voti tal-Prim Ministru ma ġewx minn dan id-distrett hekk kif fih akkwista 9,996 ikkumparat mal-11,694 li ġab mit- tieni distrett. L-istess Miriam Dalli, li mill-ħames distrett akkwistat 1,122 vot - 2,417 inqas minn dak li ġabet mill- 11-il distrett. Julia Farrugia Portelli żammet ma' xejra simili hekk kif 913-il vot biss kienu f 'isimha fil-ħames distrett fl-ewwel għadd biex imbagħad kisbet 1,358 fis-seba' distrett. L-erbgħa kandidati nisa l-oħra (ara tabella) kienu fl-istess ilma ta' Farrugia Portelli, b'żewġ kandidati tal-PN u tnejn oħra tal-PL jakkwistaw bejn 2,300 u 2,009 vot. Miriam Dalli 4,661 Julia Farrugia Portelli 2,271 Julie Zahra 2,260 Rosianne Cutajar 2,158 Graziella Galea 2,021 Alicia Bugeja Said 2,009 L-aktar nisa li ġabu voti fl-ewwel għadd Robert Abela 21,690 Chris Fearne 12,640 Ian Borg 7,075 Clifton Grima 7,031 Silvio Schembri 6,776 Clint Camilleri 6,458 Michael Falzon 5,465 Roderick Galdes 5,282 Anton Refalo 5,002 Miriam Dalli 4,661 L-aktar popolari Partit Laburista Bernard Grech 15,249 Joe Giglio 9,164 Alex Borg 6,108 Robert Arrigo 5,112 Jerome Caruana Cilia 4,662 Adrian Delia 4,632 Ryan Callus 3,908 Mark Anthony Sammut 2,825 Beppe Fenech Adami 3,469 L-aktar popolari Partit Nazzjonalista Stephen Spiteri 6,715

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022