Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464181

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 Kotba illum • IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 Issa fit-tielet edizzjoni tiegħu, Il-Manifest tal-Killer ta' Karl Schembri jibqa' rilevanti u splussiv daqskemm meta ħareġ fl-2005. Mark Vella jaqrah mill-ġdid wara wisq snin, u jagħti tfarfira bżonjuża lin-nisi taż-żmien. ċċensurat milli jinqara fuq ir- Radju tal-Università. Meqjus bħala polemiku, jew sempliċi għax liberu jroxx il-kliem ħażin u l-ikkuljunar li jdiehex is-sensittivitajiet delikati, dan ir-rumanz jaf ukoll gawda l-mannara għax attakk skjett u ddikjarat fuq il-poter. Imma dan ma jfissirx li, bħal forsi xogħlijiet oħrajn, huwa litanija ta' lamentazzjonijiet imbikkma kontra l-ħwejjeġ li qatt ma jistgħu jinbdilu, jew inkella s-soltu purċissjoni riflettiva ta' partiti, politiċi, baned u każini bħala sempliċi għeliem ta' dak li hu (akritikament) ħażin. Schembri jaħtaf l-okkażjoni li jikteb tassew ix-xogħol li missu jinkiteb, fejn ir-realiżmu mhuwiex biss l-ikkatologar tar-realtà skont skema fissa li titfa' tajjeb u ħażin kontra xulxin skont kategoriji ideali, biex imbagħad issolvihom bis-saħħa ta' status quo li jibqa' għaddej għax min qed jirrakkonta l-istorja ġa ċeda. In-narrazzjoni hija waħda attiva anki għaliex tħarbat l-iskemi letterarji li konxja minnhom u mgħallma dwarhom, u tagħżel l-aktar karattri improbabbli biex ittella' storja dwar rivoluzzjoni: watchman pastizz, kummentatriċi fuq siġġu tar- roti, u ġgajta ġuvintur u tfajliet imkissrin. It-taqlib għalhekk jibda mill-qiegħ nett, u sikwit anki mingħajr intenzjonijiet ċari, imma skont sentimenti komuni, bażiċi u ewlenin, mill-imħabba, ix-xewqa, il- ħasra u l-empatija sas-sens tal-ġustizzja innat f 'xi wħud li jafu jkunu bosta. L-ambjent li jippreżenta Schembri, għalkemm imbiegħed issa għal żmien il-bidu tal- pluraliżmu tax-xandir u l-internet li jaqbad biż-żarżira u li tinżammlek rata fissa jekk tixegħlu wara s-sitta, xorta waħda jfur b'attwalità kważi profetika fid-dinja kontemporanja tal-fake news, il-kilba għall-fama superfiċjali u l-għarfien issa naturali dwar l-ispag li jmexxu s-setgħana. Dak li jkun jaf jistgħaġeb, bħalma ġara lili jien u nerġa' naqra r-rumanz wara bosta snin, li tassew konna boloh u ma konniex qed nindunaw bil-bidliet iseħħu madwarna: Schembri, iktar minn 15-il sena ilu, kien ġa għaraf x'kienet tfisser tassew l-espressjoni tal-'ħbieb tal- ħbieb' ippopolorizzata minn Alfred Sant, u ra f 'Tista' Tkun Int il-mudell għall-konvivenza subliminali bejn in-negozju u media apparentement frivola u innokwa. Fl-istess ħin, dan rumanz ta' umoriżmu li jista' jiġi deskritt bħala nejjieki, fejn kull forma ta' awtorità, mis-surmast tas- Sixth Form sal-Kummissarju tal-Pulizija, jaqla' tumakka u mhux żegħila satirika. U dan għaliex l-anarkiżmu tal- intenzjoni awturjali, li fuq livell titferrgħa fid-deskrizzjoni ta' grupp ta' attivisti tale quale iterazzjonijiet preċedenti tal- Graffiti, huwa essenzjalment wieħed li ma jridx jomgħodha u li ma jafda assolutament f 'ebda emblema tal-poter. Hija awtorità li storikament għallmuna nobduha u nemmnuha bil-għama, u li kellha f 'idejha l-għodda kollha biex tikkontrollaha dis-sitwazzjoni ideali. Għal darb'oħra, il-poter mhuwiex bersall tant faċli li ironikament jasal ma jħosshiex id-daqqa. L-allużjonijiet ta' Schembri maħduma b'tali mod li kapaċi jittraċċaw tip li għandu valenza universali iżda li ma jħallikx ma tqabblux ma' xi ħadd li taf jew ġrajja li tkun smajt biha. L-ipokrezija tas-sid tar- radju li jtemm ix-xandir malli joqosmu r-reklamaturi, jew inkella l-pulizija jirrakkontaw qisu xejn is-swat fid-Depot. M'għandniex xi ngħidu, kull xebh ma' ġrajjiet u persunaġġi reali huwa totalment mistħajjel. Rumanz li huwa logħba narrattiva mill-bidu sal- aħħar, u x'aktarx ir-raġuni għala l-intreċċ ġa maħdum tajjeb tiegħu jitla' livell 'il fuq bis-saħħa tal-kompliċità evidenti u kważi sfaċċata tan-narratur mal-karattri, imma l-aktar mal-qarrejja. F'ġebbieda li tfakkar minnufih fi Ġwann Mamo, flimkien mal-awdaċità tal-kittieba ta' żmienu, Schembri jippreżenta l-Killer, xorta ta' predeċessur tal-kollettiv tal-hackers Anonymous, li bħala leħen anonimu li japprofitta minn internet għadu tafal niedi qed jintgħaġen, jistqarr li jiġi altament jitnejjek u jistieden biex jitħarrab l-annimal ilsir ta' ċirklu li jiġi jżur Malta. Hija attitudni narrattiva li għal dak iż-żmien għamlet il-ħoss, għaliex kien għadu qed jibda żmienha, iżda xorta waħda għandha riżonanza qawwija anki llum li l-attiviżmu u l-azzjoni politika anti-istituzzjonali saru ħobżna ta' kuljum. Fiha hemm il- gost tat-tinbixa lill-awtorità mlaħħqa u meqjuma skont tisħiħ ideoloġika li jtappan l-imħuħ u l-ħsieb kritiku, u fl-istess ħin hemm tassew is- sejħa għall-azzjoni, lil hinn mill-konsegwenzi li tista' ġġarrab is-soċjetà korretta. Hija tassew tigra feroċi dik li kapaċi titħarrab minn soċjetà ċivili organizzata li ssarraf l-għadab maħnuq tagħha f 'azzjoni diretta. Madankollu, kollox fluwidu, u xejn mhu mnaqqax fil-blat. Schembri l-ġurnalist kien ġa tkisser f 'din in-narrattiva tad- dubju f 'Taħt il-Kappa tax- Xemx (2002), u Il-Manifest tal- Killer mhuwiex t'inqas meta niġu għal test li kontinwament jiddubita lilu nnifsu dwar fejn sejjer u x'inhu tassew. Hemm narratur li evidentament jaf kollox, imma li jirnexxilu jkisser anki din l-omnixxenza fl-aħħar battuti tar-rumanz, fejn l-istorja ssir ta' xi ħadd ieħor. Ukoll, Schembri juża formati testwali differenti, mill-ittra sal-kampjuni taċ- chat jew l-istqarrijiet fuq il- websites, kif ukoll tgħawwiġ ironiku a ta' ideat sammi fil- mentalità kollettiva (bħal fil- każ taż-żeblih tas-sakralità tal-Eurovision u l-kanzunetti Maltin ikoniċi tiegħu), li qegħdin kontinwament jissovvertu n-narrazzjoni u n-narratur stess. Tant hu hekk li leħen ir- rumanz huwa anki leħen ġurnalist fidil għall-mestier tiegħu li donnu anki jżomm ir-riedni tal-qarrej tiegħu milli jħalli l-istħajjil żejjed jaħarab bih. Fl-insistenza tan- narratur fuq il-fatti kif ġraw u t-twissija kontra l-fantażiji, is-suppożizzjonijiet jew li l-ħwejjeġ u l-eżitu tagħhom jittieħdu bħala fatta, ir- rumanz isir eżerċizzju ta' sfida kontinwa għall-iskemi sammi tal-ħsieb li tant jieħdu gost bihom l-awtorità u l-poter. Jaf ukoll huwa botta inkonxja lejn storja letterarja li spiss ittaħħtet liberament għad-dettati tas- setgħa, għall-għama tal- ideoloġija, jew għal sempliċi attitudni mill-bidunett telliefa: dan huwa ukoll test b'ħafna diwi Evanġeliku fejn, fost l-oħrajn, tal-aħħar jiġi l-ewwel, u dan jgħodd ukoll għall-karattri tant telliefa minnhom infushom li joħorġu ta' rebbieħa improbabbli bis- saħħa tat-taħwira narrativa unika tar-rumanz. Nazzarda ngħid li bħala rumanz li jġiblek id-dwejjaq għax jurik ix-xquq fis-swar tas-setgħa, huwa xorta storja bi tmiem feliċi. Happily ever after rivoluzzjonarju u anarkiku, l-għors tas-sodisfazzjoni li rnexxielek, anki għal mument wieħed spettakolari, titnejjek bis-setgħa u taraha tarbula u rasha għoddha se tegħlibha. Kif jgħidu waqt il-laqgħa taż-żgħażagħ imkissrin rivoluzzjonarji, wara r-rebħa tal-Festival tal-Kanzunetta għall-Ewropa u d-diskussjoni dwar b'liema lingwa se jkantaw fil-Eurovision: "il-Malti mhix biss il-lingwa tad-direttivi tal-Ewropa u tar-rumanzi. Il- Malti hu wkoll il-lingwa tar- ribelljoni." Fl-istess ħin, dan rumanz ta' umoriżmu li jista' jiġi deskritt bħala nejjieki, fejn kull forma ta' awtorità, mis-surmast tas-Sixth Form sal-Kummissarju tal-Pulizija, jaqla' tumakka u mhux żegħila satirika. U dan għaliex l-anarkiżmu tal- intenzjoni awturjali, li fuq livell titferrgħa fid-deskrizzjoni ta' grupp ta' attivisti tale quale iterazzjonijiet preċedenti tal-Graffiti, huwa essenzjalment wieħed li ma jridx jomgħodha u li ma jafda assolutament f'ebda emblema tal- poter

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022