Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464181

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 14 kultura IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 • illum Wara 39 sena, il-Kurċifiss ta' Ġieżu u x-xbieha tad-Duluri se jirritornaw flimkien fit-toroq tal-Belt Valletta għall-paċi fl-Ukrajna Din se tkun waħda mill-okkażjonijiet rari li fihom se jkun qed jinħareġ dan il-kurċifiss devot u meqjus mirakoluż li jħalli biss il-knisja f'ċirkostanzi straordinjarji YENDRICK CIOFFI Wara nuqqas ta' sentejn, mil- lum se jerġgħu jirritornaw il- purċissjonijiet marbuta mal- Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir. Iżda din il-ġimgħa mhijiex mimlija biss tradizzjonijiet u ċelebrazzjonijiet esterni imma anke wkoll mumenti ta' riflessjoni, devozzjoni u talb. Hekk se jiġri għada fit-toroq tal-Belt Kapitali hekk kif se jkun organizzat pellegrinaġġ nazzjonali, bix- xbiehat devoti tad-Duluri u l-Kurċifiss devot, magħruf bħala Ta' Ġieżu. Il-vara devota tad-Duluri tinħareġ proċessjonalment kull sena, nhar it-Tiira tad-Duluri fl- aħħar Ġimgħa tar-Randan u anke fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Hija xbieha devota mmens u kull sena tiġbed lejha eluf ta' persuni li jimxu warajha.Il-Kurċifiss jinħareġ biss f 'anniversarji u f 'sitwazzjonijiet straordinarji, anke jekk xorta waħda, jiġbed lejh eluf ta' devoti kull sena li jmorru jitolbu quddiemu fil- Knisja ta' Sidtna Marija ta' Ġesù, magħrufa bħala 'Ta' Ġieżu.' Aktar rari huma l-pellegrinaġġi li jsiru biż-żewġ xbiehat flimkien, kif spjega mal-gazzetta ILLUM il- Gwardjan tal-Patrijiet Franġiskani tal-Belt Valletta, Patri Ramon Farrugia OFM u anke Ryan Catania, membru tal-Arċikonfraternità tas-Santissimu Kurċifiss tal-Belt Valletta. Fil-fatt, l-aħħar darba li dawn iż-żewġ xbiehat devoti ħarġu flimkien kien fil-25 ta' Marzu tal- 1983, fl-okkażjoni tal-Ġublew tal- Fidwa. Patri Ramon Farrugia saħaq li fiċ-ċirkostanzi straordinarji li d-dinja qed tgħix fihom, din is-sena ttieħdet id-deċiżjoni li fil-pellegrinaġġ tad-Duluri (li minħabba r-restrizzjonijiet tal- pandemija ma setax isir nhar il-Ġimgħa), jinħareġ ukoll dan il- Kurċifiss devot. Tul il-pellegrinaġġ se jkun qiegħed isir talb għall-paċi, b'mod partikolari fl-Ukrajna. Din mhux se tkun l-ewwel darba li l-Kurċifiss ta' Ġieżu se jkun qed jinħareġ f 'pellegrinaġġ ta' talb għall-paċi. Fl-2003, kien inħareġ f 'pellegrinaġġ għall-Paċi fl-Art Imqaddsa. Il-Gwardjan saħaq li l-Maltin għexu ż-żjara tal-Papa Franġisku f 'Malta b'ħafna entużjażmu u ħeġġeġ biex dan l-entużjażmu iżda jinżamm ħaj. "J'Alla dan l-entużjażmu issa nibqgħu ngħixuh anke billi nattendu għal dan il-pellegrinaġġ li se jsir bħala talba għall-postijiet fejn hemm il-gwerer, għal ħutna li qegħdin ibatu, b'mod partikolari għall-Ukreni. Inħeġġeġ ħafna lil kulħadd biex jattendu għal din il-mixja wara ommna Marija Addolorata u l-Kurċifiss mirakoluż," appella Patri Ramon Farrugia, Liema kienu d-drabi oħra meta nħareġ dan il-Kurċifiss? Ma' Ryan Catania tkellimna aktar dwar iċ-ċirkostanzi straordinarji li waslu biex il-Kurċifiss ta' Ġieżu nħareġ f 'pellegrinaġġ. Spjega kif anke jekk fl-aħħar snin inħareġ aktar spiss minn qabel, normalment dan rari jinħareġ mill-knisja u jinżamm fin-niċċa tiegħu fuq wieħed mill-artali. Catania saħaq li l-ewwel pellegrinaġġ magħruf li sar bil-Kurċifiss ta' Ġieżu kien fis- sena 1913 meta f 'Malta ġie ċċelebrat il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Wara dik is-sena, inħareġ fil-Ġublew tal-1933. Il-Kurċifiss Mirakoluż reġa' nħareġ f 'pellegrinaġġ 27 sena wara, fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju Pawlin tal-1960, meta l-Knisja f 'Malta ċċelebrat l-1900 anniversarju min- Nawfraġju ta' San Pawl f 'Malta. Kif spjegat aktar qabel, il-Kurċifiss inħareġ pellegrinaġġ fl-1983 fl- okkażjoni tal-Ġublew tal-Fidda. Din kienet l-uniku sena li nħareġ max-xbieha devota ta' Maria Addolorata, maħduma fl-1760 minn Saverio Laferla. Il-Kurċifiss devot inħareġ ukoll fis-sena 2000 fl-okkażjoni tal- Ġublew tal-Fidda u sena wara wkoll fl-okkażjoni tal-għeluq tal-istess Ġublew, inħareġ fil-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira mal-bqija tal-vari. Fl-2003, fuq xewqa tal-Arċisqof ta' Malta Guzeppi Mercieca u anke tal-Ordni Franġiskan, il-Kurċifiss kien inħareġ f 'Mejju biex isir pellegrinaġġ ta' talb għall-paċi fl- Art Imqaddsa, maħkuma minn ġlied u gwerer. L-aħħar sena li l-Kurċifiss inħareġ f 'pelegrinaġġ kien fis-sena 2013 għall-okkażjoni tal-Via Sagra Nazzjonali. Għalhekk, dik ta' għada se tkun waħda mill-okkażjonijiet staordinarji li se jwasslu biex il- Kurċifiss ta' Ġieżu joħroġ iterraq fit-toroq Kapitali u t-tieni darba li se jagħmel dan max-xbieha devota tad-Duluri. X'se jsir għada? Il-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù se tkun miuħa bejn is-6:45am u 12:45pm u mill-4pm sat-8:00pm għall-qima tad-devoti. Il-Quddies filgħodu se jkun fis-7:15, 8:15, 9:30, 11:00 u 12:15. Il-quddiesa tad-9:30 se tkun immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna u tixxandar fuq TVM NEWS +. Filgħaxija jkun hemm quddiesa fil-5:00pm u fis-7:30pm. Fis-6:00pm jibda l-pellegrinaġġ immexxi minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna. Il-pellegrinaġġ jidħol lura fil-knisja fis-7:15pm u tingħata l-barka sagramentali quddiem il-Knisja. X'nafu dwar il-Kurċifiss ta' Ġieżu? Il-Kurċifiss ta' Ġieżu nħadem fis- seklu 17 u wara l-aħħar xogħol ta' restawr u konservazzjoni li sar fl-aħħar snin seta' jkun ikkonfermat li nħadem mill- artist Sqalli Fra Innocenzo minn Petralia Sottana. Jingħad li l-istess artist ħadem total ta' 33 Kurċifiss, wieħed għal kull sena tal-ħajja ta' Kristu. Dan il-kurċifiss huwa devot ħafna u mijiet ta' nies jirrikorru biex jitolbu quddiemu kull sena. Jolqtok fih id-dettalji tal- passjoni, fosthom xewka, mill- kuruna, li tinfed il-kappell tal- għajn. Leġġenda saħansitra tgħid li l-artist, darba fost l-oħrajn kien qam filgħodu u sab ras dan il- kurċifiss kompluta. Il-kurċifiss li għandu aktar minn 400 sena huwa proprjetà tal-Arċikonfraternità tas-Santissimu Kurċifiss u jinżamm b'għożża mill-Patrijiet Franġiskani fil-Knisja tagħhom fil-Belt Valletta. Il-kurċifiss ta' Ġieżu ħiereġ minn Bieb il- Belt lejn il-Fosos tal- Furjana fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina Il-pellegrinaġġ bil- kurċifiss fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Fidwa tal-1933 Il-pellegrinaġġ bix-xbieha devota tad-Duluri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022