Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464181
03 illum • IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 aħbarijiet Talbiet għal laqgħat mal-Gvern... tħassib dwar is- sitwazzjoni jekk il-gwerra fl-Ukrajna ddum għaddejja Il-gazzetta ILLUM titkellem mas- Segretarju Ġenerali tal-GWU, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers u ma' Abigail Mamo mill-Kamra tal-SMEs dwar l-għoli tal- ħajja fid-dawl tal- aħħar sondaġġ mill- Ewrobarometru... ALBERT GAUCI CUNNINGHAN Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema - Josef Bugeja mill-General Workers' Union u anke Josef Vella mill-UĦM Voice of the Workers - esprimew tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tal-għoli tal-ħajja, b'Bugeja jgħid illi l-GWU se tkun qegħda titlob għal serje ta' laqgħat mal-Gvern biex tkun diskussa din ir-realtà li qed tagħfas fuq il- bwiet tal-ħaddiema, il-penzjonanti imma anke tan-negozji. Fil-fatt mal-ILLUM tkellmet Abigail Mamo mill-Kamra tal- SMEs li wkoll esrimiet tħassib għall-għoli tal-ħajja, l-impatt li dan qed ikollu fuq in- negozju u anke l-fornitura ta' prodotti. Bugeja qal illi filwaqt li l-Unjin qed tisma' x'għandhom xi jgħidu l-membri tagħha, qal li l-GWU tinsab "inkwetata sew fuqha din il-biċċa xogħol, speċjalment għaliex ma nafux sa fejn u sa meta se tibqa' għaddejja l-gwerra fl-Ukrajna." Huwa sostna li jekk is-sitwazzjoni tibqa' ttul ikun ifisser mhux biss li jogħlew aktar l-affarijiet imma wkoll li tkompli tbati l-fornitura ta' materja prima. Bugeja sostna illi din tal-aħħar hija wkoll inkwetanti għaliex in-nuqqas ta' materja prima qed twassal għal skarsezza, prezzijiet ogħla u nuqqas ta' xogħol ukoll. Fid-dawl ta' dan Bugeja qal illi l-unjin se tkun qed titlob għal-laqgħat mal-Prim Ministru u mal-awtoritajiet sabiex tiddiskuti t-triq 'il quddiem dwar din il-kwistjoni. Intant Mamo qalet illi n-negozji ilhom mill-aħħar ta' Jannar iħossu li qed tonqos il-fiduċja fost il-konsumatur meta l-affarijiet ma kinux għadhom bdew jogħlew daqstant. "U meta jogħlew l-affarijiet essenzjali - bħal per eżempju l-ikel tat-trabi li għola b'xi tliet darbiet - l-bejgħ ta' prodotti mhux daqstant essenzjali jbati." "Il-verità hija li kollox qed jogħla xahar wara xahar. U apparti minn hekk," qalet ukoll li n-negozji huma mpattati wkoll għax jiddependu mill-importazzjoni. Imma il-Kamra tal-SMEs qed tikkomunika dan l-inkwiet mal-Gvern? Hija wieġbet fl-affermattiv u qalet ukoll illi fl- immedjat m'hemmx wisq xi jsir għalkemm sostniet illi l-pajjiż diġà kellu l-esperjenza tal-Covid-19 u issa qed jgħaddi minn din ir-realtà wkoll. "Dawn iż-żewġ kwistjonijiet qed ikomplu juru kemm l-ekonomija Maltija hija vulnerabbli u kemm huwa importanti - speċjalment quddiem element ta' protezzjoniżmu minn ċerti pajjiżi - li nkunu self sufficient." Hija qalet illi kemm jista' jkun bħala pajjiż għandna fejn possibbli nipproduċu aħna, speċjalment u fejn possibbli dak li huwa essenzjali. U finalment Josef Vella kien ċar: "In- nies huma ddisprati u l-ħaddiema huma daharhom mal-ħajt. Imorru jagħmlu xirja għall-familja u tiġi tiswa mal-€200 kull darba." Huwa qal illi filwaqt li huwa vera li hemm il-gwerra u realtajiet lilhinn minn Malta li qed jaffetwaw lil pajjiżna, il-ħaddiem qed iħoss l-għafsa u dik hemm bżonn tkun indirizzata. Huwa akkuża lill-Gvern li mhux qed ikun iebes biżżejjed biex jiġġieled il-ħafna abbużi li jeżistu fid-dinja tax-xogħol. "L-isfruttament huwa parti mill-problema," qal Vella li kompla jgħid mal-ILLUM illi ma hemmx kontrolli ta' prezzijiet u kulħadd jgħolli kif irid. "Dan hu jiġifieri s-suq ħieles? Ibati dejjem il-ħaddiem?" kompla jirrimarka. Huwa staqsa wkoll meta se ssir realtà l-miżura li l-Gvern kien ħabbar fil-Baġit illi permezz tagħha jinħoloq mekkaniżmu ġdid tal-COLA li jkun aktar speċifiku għall-aktar vulnerabbli u għal dawk bi qligħ l-aktar baxx. Apparti li qal li anke l-UĦM talbet biex issir laqgħa mal-Gvern dwar il-kwistjoni, sostna li filwaqt illi l-ħajja qed togħla mhu veru xejn li l-pagi qed jogħlew ukoll. 54% tal-Maltin inkwetati fuq l-Għoli tal- ħajja. Qabża ta' 31% mill-2021 L-għoli tal-ħajja sparat 'il fuq bħala l-aktar kwistjoni li qed tinkwieta lill-Maltin bħalissa, fil-fatt skont sondaġġ tal-Ewrobarometru għax-Xitwa 2021/2022 - 54% tal-Maltin huma inkwetati bl-għoli tal-ħajja li qed jiffaċċjaw, li timmarka żieda qawwija ta' 31% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. L-għoli tal-ħajja ġej minn diversi fatturi, mhux l-inqas il-gwerra u l-effetti li din qed ikollha fuq il-forniment tal-ikel, il-prezzijiet tal-qamħ kif ukoll il-prezzijiet tal-ġwież u ċereali. Dan ifisser li mhux biss qed jiżdiedu l-prezzijiet tal-materja prima, imma wkoll ta' prodotti li nużaw biex jiġu mitmugħa l-annimali. Dan qed iwassal biex prodotti bħall-laħam, ġobnijiet, ħobż, ħalib, ċereali, tiġieġ u dak kollu li huwa derivat mill- annimali jiżdied fil-prezz. Dan apparti illi sforz il-pandemija żdiedu sew il-prezzijiet tal-enerġija u għalkemm il-Gvern Malti qed iżomm il-prezzijiet tal-enerġija kif ukoll tal-uwil stabbli, din iż-żieda xorta wasslet għal żieda qawwija fil-prezzijiet tat- trasportazzjoni. L-għoli tal-ħajja hija fil-fatt kwistjoni li qed tinkwieta lill-ewropej kollha għalkemm il-medja ewropea hija fil-fatt 41%, 13% minn Malta. It-tieni kwistjoni li qed tinkwieta ħafna lill-Maltin hija l-ambjent u tibdil fil- klima li jissemmew minn 30%, is-saħħa li tissemma' minn 25% - u hija riflessjoni tal-fatt li l-Covid-19 għadha magħna u finalment is-sitwazzjoni ekonomika, xi it jew wisq marbuta mal-għoli tal-ħajja wkoll li tissemma' minn 20% tal-Maltin. Fil-qiegħ tal-lista hemm it-tassazzjoni b'4%, riflessjoni tal-politika tal-Gvern li jdaħħalx miżuri ta' awsterità, il-qgħad li jissemma minn 3% biss u jirrifletti ir- rata baxxa ħafna tal-qgħad fl-aħħar snin u l-fornitura tal-enerġija kif ukoll il- pensjonijiet li jissemmew minn 2% tal- Maltin biss. Josef Bugeja, Abigail Mamo u Josef Vella