Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464181

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 opinjoni illum • IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 Riflessjonijiet elettorali I r-riżultat elettorali ġie u mar u l-Prim Ministru Robert Abela nħatar mill- ġdid fil-kariga, din id-dar- ba bl-ewwel mandat popolari mingħand in-nies b'saħħtu mmens wara spalltu. Il-Gvern Laburista reġa' ġie kkonfermat u fdat fit-tmexxija ta' dan il-pajjiż b'marġni iktar b'saħħtu mill-mandat ta' qabel fuq il-Partit Nazzjonalista. Fl-istess waqt rajna żieda fl- ammont ta' nies li għażlu li ma jivvotaw lil ebda wieħed miż- żewġ partiti għad li l-ammont ta' nies li marru jivvotaw xorta waħda baqa' b'saħħtu u fost l-ikbar fl-Ewropa kollha kemm hi. Kien hemm diversi aspetti li spikkaw matul il-kampanja elettorali u fil-vot tal-poplu nnifsu. Iż-żewġ partiti, pereżempju, matul il-kampanja konxjament għażlu li jpoġġu fuq quddiemnett kandidati ġodda jew żgħażagħ jew oħrajn femminili. Ħaġa oħra li spikkat kienet l-għażla konxja tal-Partit Nazzjonalista li ma jitkellem xejn fuq l-issue li kien jitkellem fuqha matul il-ħames snin ta' qabel: il-korruzzjoni. Mingħajr ma nċekken l-importanza li nitkellmu fuq il-bwon governanza u r-retta amministrazzjoni tal-pajjiż, bla ma trid tistaqsi: ġaladarba l-PN fl-aqwa tat-taqbida demokratika għażel li jwarrab fil-ġenb kompletament l-issue tal-korruzzjoni, x'dimensjoni jieħu dak kollu li kien jingħad fil-ħames snin ta' qabel mill- istess Partit Nazzjonalista dwar is-suġġett? U meta tara li l-elettorat innifsu għażel li jeleġġix nies prominenti ferm fost l-hekk imsejħa blue heroes li qalu ħafna affarijiet fuq ħafna nies, x'dimensjoni jieħu dak li kien jingħad fl-aħħar snin minn dawn l-esponenti li ma ġewx eletti? Nerġa' ngħid m'jien inċekken xejn mill-importanza li nagħrblu, niddiskutu u naġixxu fejn tidħol il-bwon governanza. Anzi jien konvint li fost l-elettorat kien hemm min għażel li jibqa' d-dar għaliex mhux kuntent b'dak li seta' seħħ fil-passat riċenti u anzi jrid u jesiġi standards għola u aħjar. + + + Fuq livell personali rrid nesprimi l-gratitudni tiegħi lejn l-elettorat tat-tielet u l-ħames distretti li tawni mandat doppju u fiż-żewġ każijiet b'saħħtu biex nirrappreżentahom fil- Parlament. Grazzi minn qalbi. Personalment dan hu l-aqwa riżultat elettorali li qatt ksibt minn kemm ili nikkontesta l-elezzjonijiet. Huma diversi n-nies li ġew fuqi u esprimew sentimenti pożittivi għall-prestazzjoni elettorali tiegħi fis-sens li minkejja l-isfidi kollha li kelli rnexxili nuri reżiljenza li ntqal lili li ispirat lil ħafna, anke lil dawk li forsi għandhom fehmiet differenti. Ma jiħux għalih jekk insemmi persuna minnhom li ġieli anke kkritikatni pubblikament, il- Professur Andrew Azzopardi, li tkellmet miegħi f 'dan is-sens. Lil Andrew u lin-nies kollha li ferħuli tar-reżiljenza li rnexxili nuri, ngħidilhom grazzi minn qalbi. + + + Ma kienx ikun possibbli li nwettqu dan kollu flimkien mingħajr tliet kategoriji ta' persuni għeżież ħafna għalija: il-familja tiegħi, il-membri tas- Segretarjat tiegħi u l-volontiera li taw ħinhom u saħħithom jimbuttaw 'il quddiem dak li jemmnu fih. Il-familja tiegħi kienet bastjun mill-bidu sal-aħħar. Remenda dejjem kienet sur ta' sapport, kif kienu l-ġenituri tiegħi u ta' Remenda u membri oħra tal-familji rispettivi. It-tfal, b'għażla konxja, ma nvolvejniehomx imma naħseb li ħassew ħafna n-nuqqas ta' preżenza tagħna. Nittama li nikkumpensaw bl- aqwa mod fiż-żmien li ġej. Il-membri tas-Segretarjat tiegħi fil-maġġoranza tagħhom taw ħinhom u saħħithom biex immexxu 'l quddiem il-messaġġ tagħna 'il hinn minn dak li hu strettament doveruż minnhom. Eċċezzjonijiet li jweġġgħuk kien hemm ukoll, iżda fil- maġġoranza rajt impenn u dedikazzjoni kbira ħafna. Il-grupp ta' voluntiera immeraviljawni tal-ħidma tagħhom. Min iffokat biex jagħmel it- telefonati, min iffokat fuq tixrid ta' informazzjoni fuq il-mezzi soċjali, min ixerred il-kelma fil- pjazzez u fit-toroq, min joqgħod ħdejn il-polling booth dakinhar ta' l-elezzjoni u min jgħin b'modi differenti. Hi x-xewqa tiegħi li l-grupp sabiħ ta' voluntiera li nbena jissokta u jibqa' għaddej 'il quddiem. Lil dawn kollha, grazzi minn qalbi. ++ + Dekasteru ġdid ifisser l-għeluq ta' kapitlu u l-bidu ta' ieħor. Irrid insellem lin-nies kollha li ħdimt magħhom bejn Novembru 2020 u Marzu 2022 fil-kamp tar- Riċerka u l-Innovazzjoni u iktar tard dak tal-Ugwaljanza. Nemmen li wettaqna diversi affarijiet tajbin f 'dawn l-oqsma, bħal-liġi l-ġdida dwar il-Kannabis, il-proposta dwar il-femiċidju, l-istrateġija dwar ir-razziżmu, l-politika dwar l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti fil-kamp tar-riċerka u l-innovazzjoni (RIS3), politika ġdida dwar l-open science, konsultazzjoni dwar strateġija dwar l-ispazju u skemi ġodda li jmexxu 'l quddiem ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-kommunitajiet u fl-industrija. Konvint li s-Segretarju Parlamenti Keith Azzopardi Tanti se jagħmel xogħol tajjeb ħafna f 'dan is-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni. Nawgurawlu, kif nawgura lill-Ministru Byron Camilleri li issa sar ukoll il-Ministru responsabbli mill-Ugwaljanza u Riformi. + + + Fl-istess waqt leġiżlatura ġġiblek sfidi ġodda. Kien ta' pjaċir għalija meta l-Prim Ministru, wara l-elezzjoni, offrieli d-dekasteru tal-Kultura, bil-Kunsilli Lokali jkunu taħt ir-responsabbilita' diretta tas-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli fi ħdan l-istess Ministeru. Komponent ieħor importanti tal-Ministeru hu l-qasam tax- Xandir. Dawn huma oqsma li nħobb ħafna, prattikament is-settur kulturali. Kienu ħafna n-nies li ġenwinament ħadu gost bil- Ministeru li ngħatajt. Nirringrazzja lill-Prim Ministru tal-fiduċja li wera fija, liema fiduċja se nroddha lura b'ħafna riżultati bħalma dejjem għamilt. + + + Il-Papa Franġisku jimmeraviljani immens. Għandu sens ta' klarita', umilta' u intelliġenza fl-istess ħin. Id-diskorsi li għamel fil-Palazz niżlu tajjeb immens ma' ħafna u l-lessiku li ntuża kien sabiħ immens. Ħadt gost ħafna li kelli x-xorti niltaqa' miegħu għal darb'oħra. Grazzi lill-Papa talli għażel li jiġi fostna. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022