Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464181

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 illum • IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 aħbarijiet Id-dejn jibqa' jlaħħaq it-€30 miljun u tal- VAT jitolbu lil uffiċjali tal-PN biex iħallsu 'Il-PN ma jiflaħx għal elezzjoni oħra ta' Kap u naħsbu li ħadd mhu se jkun lest joħroġ għonqu' Hekk kif id-dejn tal-PN jibqa' madwar €30 miljun, sorsi jistaqsu l-partit kif se jkun kapaċi jħallas lura miljuni f'Ċedoli fl-2026... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Lura f 'Awwissu li għadda d-Dipartiment tal-VAT kien bagħat ittri lil diversi uffiċjali tal- Partit Nazzjonalista illi fihom kien talabhom - f 'isem il-partit - biex iħallsu eluf kbar f 'VAT pendenti. F'din l-ittra - tinsab infurmata din il-gazzetta - intqal illi l-pendenzi tal-VAT, li jidher illi jlaħħqu l-miljuni, kellhom jibdew jitħallsu sa 30 jum wara. Minkejja li din il-gazzetta mhix infurmata dwar qbil ta' ħlas, jidher li ma reġgħatx ħarġet ittra wara u sa issa. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalu illi s-sitwazzjoni finanzarja tal-PN baqgħet waħda pjuttost gravi bid-dejn jibqa' dak ta' madwar €30 miljun u jkompli jikber - anke jekk mhux b'ħafna - b'telf ta' madwar €300,000 li għamel l-istess partit fil-kampanja elettorali. Kienet il-gazzetta oħt Maltatoday li lura fl-2020 kienet żvelat illi l-PN kellu dejn ta' €34 miljun - li jinqasmu f 'dejn li għandu l-partit nnifsu, dejn akkumulat mill-MediaLink (il- midja tal-PN) u dejn mill-Patria Trust. Kienet imbagħad il-gazzetta ILLUM fi Frar 2020 li żvelat kif il-PN għandu aktar minn €12-il miljun f 'dejn mal-Gvern, f 'bolol, taxxi, kontijiet u VAT. "Il-verità hija kif konna għidnilek diġà. Dak kollu li kien bena Robert Arrigo f 'termini ta' flus u mmaniġġjar tal-finanzi tal-partit inħatt. Dik hija l-verità u l-ebda pressjoni dakinhar biex tiġi miċħuda l-istorja(tal-ILLUM) mhi se ddawwar mill-fatti," qal sors li kien diġà tkellem ma' din il-gazzetta lura f 'Jannar li għadda. Mistoqsi għal xhiex qed jalludi meta semma' pressjoni ma xtaqx jelabora aktar. Din il-gazzetta pruvat tagħmel kuntatt ma' Arrigo diversi drabi u meta eventwalment stabbiliet kuntatt, dan wieġeb li ma kellu assoluatment xejn x'jikkumenta. Dawk li tkellmu ma' din il- gazzetta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-PN iżda wissew li l-ikrah għadu ġej hekk kif hemm miljuni kbar li jridu jingħataw lura f 'Ċedoli hekk kif din l-iskema tagħlaq fl-2026, sena qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss. "Kif se jitħallsu dal-miljuni kollha? Minn fejn se jiġu?" Fakkru wkoll li apparti t-telf li qed tagħmel il- midja hemm ukoll madwar €1 miljun x'jtħallsu mill-Patria Trust , jiġifieri l-flus li ġejjin mill-bejgħ tal-każini. Lura fl-2016 il-PN kien fetaħ skema, li kienet ikkritikata minn bosta, illi permezz tagħha persuni jinvestu fil-PN u wara 10 snin jieħdu lura l-kapital bl-interessi. Biss, biss sal-2017 kien irrappurtat illi minn din l-iskema kienu diġa' ġew investiti €3.5 miljun, b'Robert Arrigo mbagħad fl-2020 jisħaq li f 'temp ta' it jiem kienu saru madwar 100 kuntratt taċ-Ċedoli li jlaħħqu madwar €1 miljun waħedhom. L-akbar kritika kienet dwar il-kunfidenzjalità ta' dawk illi jagħtu flus lill-PN permezz ta' din l-iskema. "Sfortunatament u minn dak li jingħad lilna Bernard Grech jibqa' jirriuta li jiddiskuti dawn il-materji mill-aktar serji għall- PN," qalu dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta fuq kundizzjoni ta' anonimità. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM U YENDRICK CIOFFI Diversi deputati u uffiċjali li tkellmu mal-gazzetta ILLUM dwar is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista sostnew illi it jidher li se jkun hemm bidla fit- tmexxija tal-partit, it hemm aptit u aktar minn hekk li l-PN ma jiflaħx għal elezzjoni ta' Kap fis-sitwazzjoni mill-aktar diffiċli li qalu illi jinsab fiha l-PN. "Internament mhux qed jinstemgħu ismijiet oħra biex jieħdu post Bernard Grech. Anzi naħsbu li ħadd mhu se jkun lest joħroġ għonqu. "Hemm piż enormi u s-sitwazzjoni mhijiex faċli," qal wieħed mis-sorsi li tkellmu mal- ILLUM. Huwa qal ukoll li Bernard Grech għad għandu appoġġ u dan l-aktar għax ilu biss sena u nofs Kap tal-PN "u ħadd ma stenna mirakli. Beda minn sitwazzjoni diffiċli ħafna." Jidher iżda, fost is-sorsi kollha li tkellmu ma' din il-gazzetta illi l-votanti tal-PN huma ħerqana ħafna sabiex ikun hemm uċuħ ġodda, anke fit-tmexxija - speċjalment bħala Viċi Kap. "Hemm sens ta' diżappunt kbir u anke waqa' kwiet kbir fil-PN. L-uniku tama u din qed jitkellmu fuqha n-nies ukoll hija li telgħu ħafna Deputati ġodda," qal sors ieħor li tkellem mal-ILLUM. Filwaqt li qal illi stenna li l-Kap tal- PN imqar jiltaqa' mad-Deputati fuq bażi personali."In-nies iridu bidla. Qed iċempu speċjalment lill- ġodda biex joħorġu għall-karigi. Jiġifieri n-nies diġà bdew isemmu ismijiet ta' persuni li jista' jkollhom rwoli importanti, anke fil-kariga ta' Viċi Kap." Dan it-tieni sors ukoll sostna li ma jara lil ħadd fil-mument li jista' jieħu post Bernard Grech jew li lest joħroġ għall-kariga. "Il-PN ma jiflaħx għal kontestazzjoni ħarxa. Dan il-is-sentiment qed jinħass ħafna. Hemm bżonn persuna waħda - jew Bernard jew xi ħadd ieħor - li meta jasal il-mument kulħadd ikun warajha, jingħaqad u jivvota lilha. Ma nifilħux għal elezzjoni oħra," temm jgħid. Inqas pożittiv kien it-tielet sors illi saħansitra ddieħak bl-istqarrija tal-Kap tal-PN din il-ġimgħa illi fil-partit hemm "enerġija ġdida." "Fejn hi din l-enerġija? Fid-Dar Ċentrali vojta?" staqsa, filwaqt li qabbel lill-PN ma' pazjent li jinsab fl-ITU u għandu bżonn issirlu operazzjoni kemm jista' jkun malajr. Dan qal illi l-partit u Bernard Grech ma jridux jitkellmu fuq ir-riżultat u sostna li dan il-ħafna kliem ta' Grech "huwa paraventu biex jibqa' f 'postu u tibqa' tmexxi l-klikka. Tal-inqas għandu jammetti li l-PN jinsab f 'qagħda ħażina ħafna. Suppost, bil-votanti ġodda żidna l-voti, mhux eluf ta' Nazzjonalisti lanqas biss marru jivvutaw." Dan is-sors saħaq illi jekk il- PN ma rnexxilux jikkonvinċi lill-votanti Nazzjonalisti stess "wara dawk l-iskandli kollha u dak kollu li nqala', mela kif se nikkonvinċuhom?" "Jiddispjaċini imma ma naqbilx li għandu jibqa' Grech u minfloku għandu jkun hemm xi ħadd mill- ġodda fejn nemmen li jekk jingħata l-għajnuna kollha possibbli u jkun jaf eżatt x'inhi s-sitwazzjoni, hemm il-potenzjal. Li nerġgħu mmorru għal xi ħadd minn barra l-partit hija għalxejn għax issa falliet darbtejn," temm jgħid dan is-sors mal-gazzetta ILLUM. Minn wara l-elezzjoni ġenerali kienu sa issa tlieta minn nies li rreżenjaw jew ħadu pass lura fil-PN. L-id il-leminija u l-id ix- xellugija ta' Bernard Grech, jiġifieri Ray Bezzina u l-Istrateġista tal- PN u koordinatur tal-kampanja elettorali Chris Peregin, li fil- fatt kien mogħti l-irwol tiegħu minn Grech innifsu, irreżenjaw mill-PN. Dan filwaqt li Robert Arrigo ħabbar li ma kienx se jerġa' jikkontesta l-elezzjoni ta' Viċi Kap.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022