Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464182
22 Lil hinn mis-26 ta' Marzu M a kienx faċli li bil-ħidma tagħna nżidu l-voti miksuba billi kważi rdup- pjajnihom meta mqabbla ma dawk miksuba fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali. Dan hu eżattament dak li ksibna nhar is-26 ta' Marzu. Minkejja li n-numri huma żgħar, il-kisba hi waħda sostanzjali, viċin tal-aħjar riżultat tagħna fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2013. Ir-riżultat tas-26 ta' Marzu, imma, għal darb'oħra, jesponi sistema elettorali li mhijiex kapaċi tagħti riżultati proporzjonali meta dawn huma meħtieġa: riżultati li jsostnu l-minoranzi fil-pajjiż. Il-partiti politiċi li jirrappreżentaw lill-establishment, il-PLPN, kontinwament ibbenefikaw minn aġġustamenti li saru għas-sistema elettorali u minnha ħadu riżultat proporzjonali wieħed wara l-ieħor. Imma din il-proporzjonalità li huma ibbenefikaw minnha, simultanjament, kontinwament u b'mod konsistenti iċaħħduha lil ħaddieħor. Li kieku konna ttrattati b'mod ġust, probabbilment konna niksbu riżultati ferm aħjar minn dawk li ksibna sa issa. Sfortunatament, is-sistema elettorali hi ddiżinjata biex tkun diskriminatorja. Dan jinkludi l-mod kif inhi mfassla l-Kummissjoni Elettorali kif ukoll kif din topera soġġetta għal kontroll remot mill-PLPN. Anke għal aċċess sempliċi għar-riżultati proviżorji tad- distretti elettorali individwali li jiena stess tlabt għalihom lill- Kummissjoni Elettorali iffaċċjajt oġġezzjoni u ostruzzjoni tard il-Ħadd 27 ta' Marzu filgħaxija meta l-proċess tal-għadd tal-voti kien għadu għaddej. Apparti dan, il-PLPN għandhom aċċess normali għad-data elettronika tal-voti magħduda, liema informazzjoni tgħaddiha l-Kummissjoni biex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki neċessarji dwar il-korrettezza tar-riżultati finali. Talbiet repetuti da parti tiegħi għal aċċess għal din l-informazzjoni biex it-tim tal-partit li kien qed isegwi l-proċess tal-għadd ikun jista' jagħmel il-verifiki meħtieġa, kienu injorati. Anke it-tim tal-OSCE (Organizzazzjoni dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa) li kien preżenti fis-sala tal- għadd tal-voti osservaw din l-istramberija fl-atteġġjament tal-Kummissjoni Elettorali lejna u baqgħu josservaw dak li kien għaddej u jistaqsu bosta mistoqsijiet lit-tim tal-partit. Għada nibdew il-proċess twil fil-Qrati, liema proċess jista' jwassalna qrib ta' xi forma ta' ġustizzja: ċioe li s-sistema trodd lura lill-partit tagħna s-siġġijiet li l-establishment tal-PLPN ilu jisirqilna tul is-snin. Normalment, wara kull elezzjoni, naħlu ħafna ħin niddiskutu bejnietna dwar jekk jagħmilx sens li nibdew din il- battalja kontra l-establishment politiku tal-PLPN. Din id-darba iddeċidejna li nidħlu għaliha mill-ewwel biex nassiguraw li kull vot li jinxteħet fl-elezzjonijiet ġenerali Maltin ikollu l-istess valur. Hi battalja twila li tista' twassalna sal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu u dan biex nassiguraw darba għal dejjem li f 'dawn il-gżejjer ikollna ġustizzja elettorali. Kien essenzjali li nieħdu dawn il-passi minħabba li l-Parlament f 'Malta ma kienx kapaċi jaġixxi b'sens ta' ġustizzja. Sa mill-1966 il-Parlament hu taħt il-kontroll sħiħ tal- establishment politiku: il-PLPN. Sa nhar it-Tlieta jkollna ir- riżultati tal-elezzjonijiet każwali kollha. Wara jitħaddem il- mekkaniżmu kostituzzjonali dwar il-bilanċ tal-ġeneru u dan ukoll jitħaddem favur l-establishment tal-PLPN. Id-duopoli tal-PLPN ikkapparra l-istituzzjonijiet biex jassigura li l-kontroll tiegħu jibqa' ankrat sew u b'hekk ikun jista' jilqa' għax-xokkijiet tal- futur. Mhux aċċettabbli li l-liġijiet elettorali jittrattawna b'dan il- mod: kompletament differenti milli jittrattaw lill-partiti politiċi ġejjin mill-establishment, mill- PLPN. Sfortunatament, tal-PLPN ma kinux kapaċi jnibbtu xi forma ta' ġustizzja fis-sistema elettorali tagħna. Il-Qrati, għaldaqstant, huma l-unika tama li fadlilna biex tkun indirizzata d-diskriminazzjoni fil-leġislazzjoni elettorali: hu għalhekk li għada deħlin il- Qorti! It-tim li f 'dawn l-aħħar xhur bnejna f 'ADPD ħadem sewwa biex kiseb dan ir-riżultat elettorali li hu wieħed mill- aħjar li qatt ksibna. It-tim issa beda it-tħejjijiet biex jassigura presenza ħadra aħjar fl-ibliet u l-irħula tagħna tul ix-xhur li ġejjin. Riżultat ta' din il-ħidma tajba li żviluppat qed jitħejjew pjanijiet għall-futur li għandhom iwasslu għall-iżvilupp organiku tal-partit. B'hekk ikun possibli li jkollna anke riżultati aħjar fiċ- ċiklu politiku li jmiss. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo opinjoni IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 • illum