Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464182

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 tgħolli rasha f'nofs il-gwerra ta' Putin, l-unika sors għal verità oħra' aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 'Iġġilidna fuq li ġġilidna biex inkunu demokratiċi. F'pajjiż demokratiku kriminal jieħu dak li ħaqqu' Għal darba oħra għolla jdejh u minna ħareġ biljett tal-Pulziija Ukrena bin-numru tar-rapport. Mal-ILLUM huwa qal li jistenna xi tip ta' ġustizzja "għax f 'pajjiż demokratiku l-kriminal jieħu dak li ħaqqu." Fil-fatt irraportahom filwaqt li provdilhom żewġ għażliet: "Imorru għand il-pulizija u jammettu dak li għamlu jew jarahom il-Qorti." Insista li dan l-attakk flimkien mal-ħasil tal-flus li qed iseħħ hu att kriminali. Il-gazzetta ma setgħetx ma tfakkarx lil Osker li l-korruzzjoni ġewwa l-Ukrajna ma bdietx issa. Anzi tant kemm hemm korruzzjoni fl-Ukrajna li fl-2021 Transparancy International poġġiet lill-Ukrajna fil-122 post minn 180 pajjiż. It- tieni l-aktar pajjiż korrot fl-Ewropa u post wara r-Russja. Allura il- President Ukren Volodymyr Zelenskyy jekk għamel, x'għamel biex din il-korruzzjoni tieqaf? Fuq kollox, mhux dik kienet l-għajta li biha Zelenskyy tela'? Il-ġurnalist Alexey Osker ammetta li qabel il-gwerra kien kritiku ta' Zelenskyy u fil-pubbliku kien maqdru. "Issa kburi li huwa l-President tiegħi. Kburi li qed jipprova jagħmel dak kollu li jista' imma ħażin qed jagħmel ukoll." Huwa spjega kif f 'nofs gwerra ovvjament il-korruzzjoni ma setgħetx tibqa' prijorità assoluta imma l-iktar ħaġa li ma qabilx magħha, b'mod speċjali bħala ġurnalist, hija li l-President bħal donnu ddomina l-midja Ukrena. Osker spjega kif ċittadini bħalissa qed jistaqsu għal iktar airtime li jintuża biex ġurnalisti jesploraw "verità oħra." "Bħalissa l-midja qed ixxandar ħaġa waħda biss. L-istazzjonijiet qed ixandru l-istess ħaġa f 'kull mument. Filmati tal-gwerra u filmati ta' uffiċjali u l-President jaħdmu għall- aħjar tal-pajjiż. M'hemmx post fejn tiddiskuti l-liġijiet jew fejn tiġġieled għall-verità." Hawn Osker qed jirreferi għal liġi ġdida li daħlet fis-seħħ riċentament. Il-President kien iffirma digriet li għaqqad l-istazzjonijiet tat- televiżjoni tan-nazzjon fi pjattaforma waħda bl-għan li l-istat jiġġieled id-diżinformazzjoni. Apparti minn hekk bosta kkritikaw kif l-Att jagħti lir-regolatur tax-xandir tal-istat is-setgħa li jirrevoka l-liċenzji tal-midja skond dak li r-regolatur iqis bħala propaganda. Madankollu, dak li għandu jikkostitwixxi propaganda mhuwiex spjegat b'mod ċar fl-Att. Fl-aħħar Osker qal li l-midja Ukrena mhux turi kif 90% tal-port ta' Mariupol huwa kompletament meqrud. Il-midja Ukrena skont Osker lanqas mhi tirraporta li l-Belt hija mitlufa taħt it-tifrik, il-qerda u l-ħsara. 'Hemm nies li hemm bżonn jiġu mkeċċija' Filwaqt li miż-żewġ kċejjen tagħhom huma se jkomplu jsajru u jmantnu lis-suldati, Alexey Osker qed jitlob biss għal ħaġa waħda, ġustizzja. Din tista' tibda ssir billi numru ta' nies jiġu mkeċċija sostna Alexey Osker. Il-gazzetta ILLUM staqsietu x'tama għandu f 'dan kollu u fuq kollox jekk għandux tama li l-Gvern ta' Zelenskyy jaħdimx għal dan. Iċċara li meta l-President ħa l-ħatra, miegħu ġab nies ġodda, nies tajbin ukoll imma xorta baqa' nies korrotti fil-Gvern. Hu għalhekk li jemmen fil-President u t-tim tiegħu. "It-tim vera ta' Zelenskyy qed jaħdem, qed jgħin, imma l-gwerra bdiet snin ilu mhux issa. Iġġilidna għad-demokrazija imma hemm ħafna affarijiet li bqajna mhux lesti biex niġġilduhom."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022