Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
20 opinjoni IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Spazji urbani miftuħa u l-bidla fil-klima Carmel Cacopardo W ara snin ta' bini bl-addoċċ li fihom kien hemm fil-mira tal-iżvilupp numru mhux żgħir ta' djar b'ġonna privati estensivi, issa l-ibliet u l-irħula tagħna għandhom wegħda li ser jipprovdulhom spazji miuħa biex jagħtuhom lura l-pulmun li nsterqilhom tul is-snin. Dan, qed jgħidu, għandu jwassal lin-natura iktar qrib tan-nies! L-implimentazzjoni ta' waħda minn dawn il-proposti qed toqrob lejn it-tmiem. Spazju miuħ fiz-zona residenzjali tar-Rabbat il-Ħamrun spiċċa mibni biex inħoloq ġnien artifiċjali fuq il- kolonni tal-konkos. L-ispazju taħt din l-imbrella tal-konkos li nbniet ser jiġi riżervat għall-karozzi! Dan mhux spazju miuħ! L-ispazji miuħa m'għandhomx jintużaw biex tiżdied il-ġungla tal-konkos li tħalliet tiżviluppa madwarna tul is-snin. Għandhom ikunu ħielsa minn kull xorta ta' kostruzzjoni. Huma opportunità unika biex inwarrbu l-karozzi mill-ambjent urban u nitfgħuhom fil-periferija tal-ibliet u l-irħula tagħna. Hu l-iskop tal-ispazji pubbliċi li jerġgħu jintroduċu n-natura f 'ħajjitna, anke jekk b'mod limitat. Iz-zoni urbani tagħna tħallew jiżviluppaw għal riħhom għal ħafna żmien. Bħala riżultat ta' hekk spiċċaw iggwidati minn awtoritajiet li żviluppaw simpatija mad-dinja tal-flus (business- friendly jew market-friendly, kif trid!), bil-konsegwenza li pproduċew il-ġungla tal-konkos li rridu niffaċċjaw kuljum. Din hi l-froġa riżultat tad-deċiżjonijiet politiċi li poġġew il-profitti dejjem qabel il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Is-€700 miljun li l-Gvern ser jalloka għall-ispazji miuħa fiz- zona urbana jekk użati sewwa joffru opportunità unika biex l-ambjent urban ikun imfassal mill-ġdid b'mod li jagħti prijorità lin-nies. Hi opportunità biex l-urbanistika f 'Malta tkun tirrifletti ukoll dak meħtieġ biex ikunu mitigati t-tibdiliet fil-klima. Iktar kmieni dan ix-xahar il-Ġnus Magħquda permezz tal- Intergovernmental Panel for Climate Change (IPCC) ippubblikat l-aħħar rapport dwar il-klima. Hu rapport twil madwar 3,000 paġna: jemfasizza li mingħajr tibdil sostanzjali fl-istil tal-ħajja tagħna, l-konklużjonijiet u l-oġġettivi tas-summit ta' Pariġi tal-2015 mhux ser jintlaħqu. Bħala gżejjer, Malta u Għawdex għandhom ikunu fuq quddiem nett fid-dibattitu internazzjonali dwar il-bidla fil-klima. Il-bidla fil-klima diġa qegħda magħna. Temperaturi għoljin, perjodi ta' nixfa u xita qliel bl-għargħar li jirriżultaw m'għadhomx xi ħaġa rari fil-gżejjer Maltin. Ilna niffaċċjawhom għal diversi snin. L-għoli previst fil-livell tal-baħar bla dubju jkollu impatt fuq iz-zoni kostali tagħna. Partijiet kbar mill-kosta huma żviluppati għal skop residenzjali inkella huma użati mis-settur marittimu jew dak turistiku. Żieda fil-livell tal-baħar, skont kemm din tkun kbira, ikollha impatt sostanzjali fuq dan kollu. Hu fl-interess tagħna li kwalunkwe żieda li jkun hemm fil-livell tal- baħar tkun mill-inqas possibli. Dan jista' jseħħ biss jekk dak miiehem fis-Summit ta' Pariġi dwar il-miri biex tkun indirizzata l-bidla fil-klima jkun implimentat l-iktar kmieni possibli. Waħda mill-ideat li qed tissemma fid-dibattitu dwar it-tibdil fil-klima hi li neħtieġu nqegħdu taħt il-lenti l-istrateġija urbanistika li tista' tkun għodda importanti biex nissieltu l-bidla fil-klima. L-idea deskritta bħala "l-belt fi 15-il minuta" ("the 15-minute city") minn Carlos Moreno, arkitett konsulent tas-sindku ta' Pariġi tfisser li għandna nibdew inħarsu b'mod differenti lejn l-urbanistika. Dan biex nippruvaw naqdu l-ħtiġijiet tagħna f 'distanza bil-mixi jew bir-rota ta' mhux iktar minn 15-il minuta l-bogħod! Dan ikun ifisser li nkunu nistgħu nwarbu darba għal dejjem id- dipendenza tagħna fuq il-karozza, u t-toroq neħduhom lura. L-inizjattiva dwar l-ispazji miuħa taqbel perfettament ma' din l-idea li f 'distanza ta' ħmistax-il minuta 'l bogħod tkun tista' taqdi l-ħtiġijiet tiegħek kollha. Nistgħu neżaminaw it l-istil ta' ħajja li ngħixu, fid-dawl ta' dan kollu? Bħala riżultat tal-pandemija tal-Covid-19 bosta minna kellhom l-opportunità li f 'xi ħin jew ieħor jaħdmu mid-dar. Jekk dan jista' jkun element permanenti tul il-ħajja tax-xogħol tagħna, ikun ifisser li uħud minna ma jkollhom ħtieġa li joħorġu għax-xogħol kuljum. Dan minnu innifsu jindirizza d-dipendenza tagħna fuq il-karozza u allura ukoll biz-żmien ikunu ndirizzati ukoll l-emmissjonijiet. B'dan il-mod nistgħu nagħtu kontribut siewi biex fiċ-ċokon tagħna nindirizzaw il-bidla fil-klima u b'hekk naċċelleraw il-mixja tagħna lejn il-karbonju zero (carbon neutrality) mingħajr ma jkollna impatt negattiv fuq il-mobilità tagħna. Billi nagħmlu użu tajjeb mit-trasport pubbliku u mezzi oħra ta' mobilità sostenibbli nistgħu anke fil-fatt intejbu l-mobilità tagħna! F'Otubru li ġej it-trasport pubbliku jkun bla ħlas. Nittamaw li jkun ukoll puntwali u effiċjenti. Jekk dan ikun ippjanat tajjeb jista' jwassal għal riżultati tajbin għax riżultat ta' hekk jistgħu jonqsu l-karozzi mit-toroq. Għall-bidu t-tnaqqis ikun temporanju, imma dan wara xi żmien ikun permanenti! F'dan il-kuntest l-ispazji urbani miuħa għandhom potenzjal kbir. Itejbu l-kwalità tal-ħajja fl-ibliet li jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet tagħna kollha.