Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 Josianne Cutajar Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari f'isem il-Partit Laburista opinjoni IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 • illum Is-sinifikat ta' Jum l-Omm B ħala Maltin u Għawdxin, it-tradizzjoni tal-festi hija għal qalbna mmens. Ħafna minna jkunu ħerqana jistennew iż-żmien fejn il-kalendarju tal-festi iżewwaq il- ġranet tagħna, speċjalment matul l-istaġun tas-Sajf, fejn ġimgħa wara oħra, l-irħula jkunu miżgħu- da bin-nies jiċċelebraw flimkien il-jum tal-patrun tal-istess raħal jew anke' xi festa b'sinifikat ieħor. Min-naħa l-oħra, issib ukoll min jgħid li ċ-ċelebrazzjonijiet m'għadx għandhom sinifikat fil-ħajja tagħna ta' kuljum. Hawn min jisħaq li m'hemm l-ebda għan li niċċelebraw jiem dded- ikati jew ta' tiira partikolari lejn xi mottiv jew suġġett bħal per eżempju l-Jum iddedikat lill-om- mijiet għaliex dawn il-jiem saru biss ikkumerċjalizzati u m'għadx għandhom sinifikat veritier. Dan hu argument li pero ma naqbilx miegħu. Irridu ngħidu, li lura fiż-żmien, ilkoll niakru li l-ommijiet kien ikollhom jibqgħu d-dar jieħdu ħsieb il-familja u jgħinu fl- għelieqi tal-familja, għaliex hekk kienet in-norma u allura l-omm rari kienet toħroġ taħdem bi qliegħ. Iż-żminijiet illum inbidlu drastikament. Kien Gvern Laburista li introduċa c-children's allowance. Gvern li baqa' jippremja u jissussidja lill-familji tagħna b'aktar żieda fic- children's allowance, sabiex ikompli jsostni u jkun ta' spalla għall-familji Maltin u Għawdxin. Għandna Gvern Laburista li qed jassigura childcare b'xejn lill-familji tagħna u dan sabiex iħeġġeġ aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jiffukaw ukoll fuq il-karrieri tagħhom. Huwa dan il-Gvern li qed ikompli jwettaq u jimplimenta miżuri favur aktar ugwaljanza fuq kull spettru filwaqt li jħeġġeġ prattika aktar b'saħħitha ta' inklussività fuq kull front. U dawn fost diversi miżuri oħra li twettqu li indirettament jgħinu finanzjarjament lill-familji. Insemmi wkoll l-IVF u l-avvanzi kbar li għamel pajjiżna biex jassigura li kull mara jkollha kull mezz u għażla sabiex hi ukoll tkun tista' ssir omm, u kull raġel ikun jista' jsir missier: ħidma li rridu nkomplu nsaħħu fiz-zmien li ġej. Kien żvilupp importanti li l-mediċini tal-IVF issa jingħataw b'xejn. Fejn qatt konna noħolmu dawn l-affarijiet fi żminijiet passati? Forsi llum il-ġurnata, dawn il-miżuri sirna noħduhom bħala xi ħaġa ovvja pero' fil-verità m'huma ovvji xejn. Għaliex kellu jkun iż-żmien li għallimna sabiex nibqgħu nirriformaw u noħolqu soċjetà aktar ugwali u progressiva. Missirijietna u ommijiet damu jaħdmu s-snin biex naslu fejn wasalna llum, u din hija xi ħaġa li tajjeb niakruha – mhux biss f 'Jum l-Omm, imma kuljum. F'dan il-kuntest, it tal-jiem ilu, jiena wkoll komplejt bil-ħidma biex nassigura aktar ugwaljanza fejn jidħol il-ġeneru. Onorata li għal darb' oħra erġajt ġejt appuntata fil-Gender Mainstreaming Network, permezz tal-irwol tiegħi bħala Rapporteur Permanenti għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u Enerġija (ITRE) f 'isem is- Soċjalisti Ewropej. Hawnhekk ukoll forsi ssib min jgħidlek imma mhux diġa' teżisti l-ugwaljanza? Ċertament fadal aktar xi jsir! Il-mara għadha żvantaġġjata fejn jidħlu kundizzjonijiet tax-xogħol u opportunitajiet oħrajn imma anke fejn jidħlu responsabbilitajiet ta' trobbija, xi ħaġa li żdiedet waqt il-pandemija. Dan huwa evidenti ħafna fost oħrajn f 'karrieri fix- xjenza, it-tekonoloġija, l-inġinerija u l-matematika, magħrufa aħjar bħala karrieri STEM – oqsma li fihom għadna lura meta nikkumparaw in-numru ta' nisa li jaħdmu f 'dan is-settur ma' numri oħra. Fiż-żmien li ġej, irridu naraw li nkomplu naħdmu qatiegħ biex l-ugwaljanza tibda tirrenja wkoll f 'dan il-qasam. Għalkemm illum għamilna progress b'mod konsiderevoli, il- verita' hi li l-pandemija tal-Covid19 ġabitilna sfidi ġodda f 'dan ir- rigward ukoll. Fejn tidħol is-saħħa mentali, irridu nirrikonoxxu li kienu n-nisa u l-ommijiet fost l-aktar li batew meta d-dinja qalbet għall-kunċett tat-telework u t-tfal kellhom saħansitra jkollhom lezzjonijiet online. Wara kollox, hija diffiċli ferm li waqt li tkun qed taħdem u tlaħħaq mal-faċendi tad- dar, tieħu ħsieb lit-tfal tiegħek u tara li qegħdin ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom b'mod virtwali. Dawn huma kollha punti li se nkun qed nara li jiġu diskussi fil-kumitat post-Covid-19 tal- Parlament Ewropew, li ġejt appuntata fih mis-Soċjalisti it ilu. Wara kollox bħalma huwa tajjeb li nippreparaw ruħna ekonomikament għal diversi sfidi u sitwazzjonijiet iebsa li kapaċi naffaċjaw matul iż-żmien, hekk ukoll huwa tajjeb li nassiguraw li jkollna miżuri apposta f 'posthom biex nassiguraw livell ta' saħħa mentali aħjar fejn jidħlu esiġenzi bħal dawn. F'dan il-kuntest, nixtieq nagħlaq billi ngħid li huwa importanti li niċċelebraw u nfakkru l-ommijiet kollha tagħna – dawk li jaħdmu bi ħlas imma wkoll dawk li huma ffukati fuq it-trobbija ta' uliedhom jew jieħdu ħsieb il-ġenituri jew qraba tagħhom. Għaliex li kieku mhux għall-omm, ħadd minna mhu qiegħed hawn. Għaldaqstant, nieħu l-okkażżjoni biex minn qalbi nawgura lill-ommijiet kollha f 'dan il-jum, speċjalment lil ommi Marija!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022