Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 • illum aħbarijiet 'Il-qasam tas-saħħa mentali f'Malta għandu defiċit kbir ... hemm ħtiġijiet immedjati li mhux nindirizzaw' Minn strateġija għall-prevenzjoni tas-suwiċidju, għall-bżonn ta' aktar ħin ta' kwalità u spazji miftuħa ... l-ILLUM titkellem mal-Professur Andrew Azzopardi YENDRICK CIOFFI "Il-qasam tas-saħħa mentali għandu defiċit kbir. Hemm ħtiġijiet immedjati li mhux qed ikunu indirizzati. Is-sistema ekonomika tagħna u anke l-Covid-19 żiedu l-urġenza li nitkellmu fuq il-qasam tas-saħħa." Hekk saħaq mal- gazzetta ILLUM id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas- Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi li ppubblika dawk li qed isejħilhom bħala 100 ħtieġa fil-qasam tas-saħħa mentali. Azzopardi saħaq li aktar minn qabel, id-diskussjoni dwar is- saħħa mentali hija importanti. Fakkar li l-pandemija ħarġet aktar fil-beraħ il-problema tas-saħħa mentali u l-ekonomija, li saret tmexxi dak kollu li nagħmlu, ħolqot problemi kbar ta' stress. "Stress fil-ħinijiet tax-xogħol, pressjoni fejn jidħol ix-xiri tad- dar, traffiku, tfal li qed jibqgħu jgħixu mal-ġenituri. Hemm ħafna fatturi li żiedu l-problemi ta' saħħa mentali. Għalhekk hemm urġenza. Hemm ukoll servizzi diretti, uħud minnhom neqsin ħafna, marbuta ma' nies li diġà għandhom problemi ta' saħħa mentali," kompla jisħaq Azzopardi. 'Meta nitilfu persuna bis- suwiċidju nkunu fallejna...' Fost il-ħtiġijiet ewlenin, li Azzopardi fassal ma' psikjatri, psikoloġiċi, NGOs u anke persuni li għaddew minn problemi ta' saħħa mentali, hemm dik li l-pajjiż ikollu stateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju, suġġett li kważi kważi nibżgħu nitkellmu fuqu. Il-Professur spjega li kien hemm psikjatri li pproponew strateġiji dwar dan is-suġġett u dwarhom ma sar xejn. "L-ammont ta' nies li għandhom problemi u li jwassluhom biex jikkontemplaw suwiċidju jidher li qed jiżdied," saħaq Azzopardi. "Meta nitilfu nies hekk, ikun l-akbar falliment għalina." Azzopardi insista li anke jekk persuna tipprova tagħmel suwiċidju u ma jirnexxilhiex, il- proċess li jwassalha għalih, il-fatt li persuna tħossha waħedha u mhux maħbuba, fih innifsu diġà huwa traġedja. Mediċini mhux adwegwati u bżonn ta' sptar ġdid... Azzopardi tkellem ukoll dwar problemi li jinħolqu meta fis- suq ma jkunx hawn mediċina ta' kwalità. Qal li psikjatri tkellmu miegħu dwar mediċini li mhux qed jaslu u minflok jingħataw dawk li jissejħu 'generic medicine' li ma tkunx daqshekk effettiva kontra kundizzjonijiet partikolari. "Hemm ħafna sfidi oħra. Insemmu l-istruttura tal-isptar. Ilna snin ngħidu li hemm bżonn sptar għal każijiet akuti. Ma hemmx bżonn sptar kbir. Idealment kellu jkun parti minn Mater Dei," insista. It-tfal u l-aċċess għas-servizzi... Id-Dekan qed jisħaq ukoll dwar il-ħtieġa għal servizzi għat-tfal bi problemi ta' saħħa mentali, anke għax, fi kliemu, hemm min idum żmien twil biex jinqeda mis-servizz tal-Gvern. Azzopardi saħaq li hemm familji li ma jaffordjawx ifittxu l-għajnuna ta' professjonisti privati u għalhekk huwa importanti li jkun hemm servizzi ta' Gvern u li dawn jaqdu lin-nies fil-ħin. "Għandek professjonisti li minħabba li l-pagi huma baxxi qed jitilqu minn mal-Gvern biex jaħdmu privat. Din problema. L-istat iħallaslet il-korsijiet, tibda taħdem ġo aġenzija imma l-paga ma tkunx tajba u tispiċċa titlaq mal-privat. Hemm bżonn nindirizzaw il-problema. Jekk hemm bżonn noħolqu żewġ tipi ta' kuntratti kif għamilna għat- tobba u l-konsulenti. Ikollok kuntratt fejn persuna tista' taħdem mal-Gvern u żżomm il- privat u titħallas inqas, jew inkella jekk inti taħdem mal-Gvern biss u ma tistax taħdem għall-privat, tingħata paga aħjar," kompla jisħaq. 'Bżonn ta' ekonomija li ma żżarmax l-aspett uman' Il-Professur tkellem ukoll fuq ħtieġa li l-pajjiż ikollu ekonomija li ma żżidx il-pressjoni fuq il- ħaddiema. Ħtieġa li jkun hemm bilanċ veru bejn il-ħajja u x-xogħol. Mal-ILLUM Azzopardi insista li l-ekonomija Maltija hija kapitalista ħafna. "Il-mentalità tagħna tgħidlek aħdem u taqla' l-flus. Vera! Nista' naqla' d-doppju jekk naħdem is- Sibt u l-Ħadd jew nagħmel ħafna overtime," insista Azzopardi, iżda saħaq li mill-banda l-oħra mhux jingħata biżżejjed valur lill-ħin liberu, l-importanza tal- passatempi u tal-volontarjat. Lanqas mhu qed jiġu indirizzati pressjonijiet, bħalma huma pereżempju l-prezzijiet tal- proprjetà li jsallbu ż-żgħażagħ bil-loans. Id-Dekan insista li mhuwiex biżżejjed li nitkellmu fuq ħin ta' kwalità pereżempju bejn il- ġenituri u l-ulied. Fi kliemu għandna nitkellmu aktar fuq ħin ta' kwalità bi kwantità. "Jekk nagħmel nofsiegħa biss mat-tfal mhux ovvja li qatt mhu se niġġieldu? Dan bħal meta għandek tfal b'ġenituri separati u darba f 'ġimgħa jmorru mal- missier. Mhux ovvja jkunu jridu jmorru mal-missier jekk dejjem jeħodhom jieklu u jilgħabu filwaqt li l-omm imsallba d-dar bil-homework," kompla jisħaq. Appella biex is-soċjetà tieqaf u tirrifletti x'qed tagħmel. Insista li għandu jkun hemm impenn minn kulħadd. Qed jappella li jkun hemm dak li hu qed isejjaħlu bħala Gwardjan għall- Protezzjoni tas-Saħħa Mentali u t-Tisħiħ Soċjali. Spjega li xogħol din il-persuna tkun li tistudja u tipprevedi problemi li jistgħu jinqalgħu fil-futur. In-nuqqas ta' spazju u t-traffiku l-impatt fuq is-saħħa mentali.... Fil-proposti tiegħu, Azzopardi jagħmel ħafna enfasi fuq il-bżonn ta' spazji miuħa. L-ILLUM tistaqsih għaliex dan l-aċċenn partikolari. Insista li s-sanità tal- bniedem u l-ispazju huma relatati. Semma pereżempju t-traffiku u saħaq li hemm soċjoloġija tat- traffiku li turi li dan joħloq ansjetà kbira. "Is-sanità tagħna ma jkollha xejn imma meta jibda jkollok pressjoni minħabba l-frustrazzjoni għax tibża' li mhux se tasal fil-ħin għax-xogħol, għax imbagħad trid iddum l-uffiċċju, għax il-mara jew ir-raġel qed igergirlek għax se ddum u għad tmur id-dar u ssib il- kontijiet xi tħallas u ma għandekx biżżejjed flus, mingħajr ma trid se tkun affettwata," kompla. Insista li l-ispazju miuħ huwa importanti biex persuna sserraħ il-menti u tirriġenera lilha nnifisha. Saħaq li ma tridx tkun għaref biex tinduna li dan qed jispiċċa. "Poġġi kelb fi ġnien u poġġi kelb dejjem magħluq ġo flat. Anke dan se jurik differenza fl-imġieba," kompla saħaq Azzopardi. "Meta qed ngħid spazju mhux qed ngħid li jkollok ġnien u daqshekk. Irid ikollok spazju fejn tista' timraħ u timxi. Dawn qed jispiċċaw u nafu li s-saħħa mentali tagħna għandna bżonn." 'Qed ngħidu l-ovvju...' Temm jisħaq li ħafna drabi nkunu qed ngħidu l-ovvju imma fl-istess ħin nibqgħu ma nindirizzawx dawn il-ħtiġijiet importanti. "Aħna naħsbu li tkun tajjeb biss jekk ikollok xogħol tajjeb u flus. In-narrattiva tagħna hija marbuta biss ma' dan il-fatt. Il- problema tagħna hija li nagħtu interpretazzjoni ekonomika lil kollox. Imma mhux hekk! Li jkollok spazju miuħ aħjar minn blokka flats," temm jinsisti. Il-100 ħtieġa li fassal il- Professur Azzopardi tistgħu taqrawhom din il-ġimgħa fuq is- sit illum.com.mt Andrew Azzopardi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022