Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 intervista illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 Strada Stretta: It-triq li darba xegħlet il-Belt u li għadha sal-lum issaħħar lil dawk li jżuruha YENDRICK CIOFFI Jekk hawn triq f 'Malta li kulħadd jaf biha u għadha popolari sal-lum il-ġurnata, bla dubju li hija Strada Stretta, it-triq li fi kliem George Cini, "darba kienet xegħlet il-Belt." Wara żmien mitluqa, l-interess f 'din it-triq reġa' beda jiżdied u llum, ħafna huma dawk li qed ifittxu d-divertiment li reġgħet qed toffri, b'mod partikolari issa li dieħel is-sajf. Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Cini li huwa l-awtur ta' tliet kotba dwar l-istorja ta' din it-triq ikonika fil-qalba tal-Kapitali. Cini kiteb dawn il-kotba minn dak li rrakkontawlu dawk stess li għexu u ħadmu f 'din it-triq jew inkella missew magħha fi żmien meta kienet fl-aqwa tagħha. Tkellimna miegħu dwar l-esperjenzi ta' dawn in-nies, il-ħajja, id-divertiment li kienet toffri u anke perċezzjonijiet żbaljati li taw isem ħażin lil din it- triq u nessew dak li kienet verament Strada Stretta. Strada Stretta ma kinitx biss xorb, sokor, ġlied, prostituzzjoni u qħab. Strada Stretta kienet ċentru ta' divertiment tant li minnha ħarġu mużiċisti li għadhom famużi sal-lum il-ġurnata. Il-mużika live kienet il-ħajja ta' din it-triq u Cini jittama li llum, meta Strada Stretta reġgħet ħadet il-ħajja, dan l-aspett jingħata importanza. Iżda l-ILLUM bdiet titkellem ma' Cini dwar kif nibet fih l-interess dwar din it-triq u kif wasal biex kiteb xejn inqas minn tliet kotba dwarha. Fil-fatt kollox beda fl-2004, meta Cini kien ma' e Times of Malta u l-editur tiegħu f 'sajf xott mill-istejjer, riedu jġib storja tajba u talbu jikteb fuq Strada Stretta. "Niakar inżilt Strada Stretta u ma sibt xejn ħlief ħwienet magħluqa u mbarrati." Kien kważi se jaqta' qalbu sakemm darba niżel il-Belt u ltaqa' ma' Jimmy l-Irish li dak iż-żmien kellu 96 sena u kien għadu jsuq. Jimmy l-Irish ... ta' 17-il sena kien diġà fi Strada Stretta Cini beda jiltaqa', f 'dar tal- anzjani, ma' Jimmy l-Irish u jħallih jirrakkontalu, kif għamel mal- għexieren ta' persuni li ġew warajh. Cini żamm l-awtentiċità ta' dawn il-persuni anke fil-kitbiet. Jimmy l-Irish seta' jagħtih bażi soda għall-informazzjoni għax ta' 17-il sena kien diġà midħla ta' Strada Stretta u fetaħ diversi ħwienet. Il-laqam oriġinarjament kien ta' missieru li kien is-sid tal- Cambridge Dancing Hall u maż- żmien tgħallem jitkellem ma' kulħadd anke ma' dawk il-baħrin Ingliżi b'xi aċċent partikolari bħalma kienu l-Irlandiżi. Jimmy kien irrakkonta ma' Cini li Strada Stretta baqgħet attiva anke matul it-Tieni Gwerra. "Kien qalli li kienu jmorru jħabbtu u jkollu jiaħ u saħansitra kien hemm darba fejn wieħed għamillu r-revolver ma' rasu biex jiaħ. Irrakkontali kif ma kien hawn xejn u kien jidħol biss xi whisky u brandy mill-Greċja. Kien jgħidli li kienu jbiegħu kuljum mat- tmenin lira 'valenu,' għax ma kontx tkun taf x'qed tixrob." Ġużi tal-Cairo u l-irġiel lebsin ta' nisa... Bdew ġejjin persuni oħra, fosthom Ġużi magħruf bħala tal- Cairo, wara isem il-bar li kellha ommu Rita magħrufa bħala il- Ġinġrija. Ġużi kien jilbes ta' mara minn meta kellu 14-il sena. L-ILLUM t w a q q a f lil Cini u t i s t a q s i h dwar ir- reazzjoni ta' dak iż-żmien, anke għax il- mentalità ma' kinitx dik tal-lum. Cini qal li Ġużi ma kienx waħdu u kien hemm diversi rġiel oħra fi Strada Stretta u bnadi oħra li filgħaxija kienu jilbsu ta' nisa u jaħdmu f 'bars u music halls. Biss biss fakkar fil-grupp Klondyke Tabarin f 'Balzunetta fil- Furjana. Dan kien grupp magħmul minn irġiel liebsa ta' nisa u li kien popolari mmens mal-baħrin u s-suldati. Bobbie stess kien jimita lill-kantanta, żeffiena u artista tal- films, Carmen Miranda. Strada Stretta kien hemm minn kollox ... imma ma stajtx tagħmel li trid Anke Ġużi tal-Cairo kien imur B a l z u n e t t a għax kull fejn kien hemm il-baħrin stazzjonati, kien ikun hemm dan it- tip ta' divertiment. "Ma naħsibx li kienet daqshekk taboo. Dawk li studjaw Shakespeare jafu li dak iż-żmien in-nisa ma kinux jitilgħu fuq il-palk u kienu l-irġiel li jilbsu ta' nisa u l-użanza nżammet. Imbagħad kien hemm id-domanda. Strada Stretta kienu jinżlu rġiel għall-mużika, oħrajn għan-nisa u kien hemm oħrajn li jinżlu għall-irġiel. Id-domanda tmexxi s-suq. Strada Stretta kien hemm minn kollox. Kien hemm ristoranti, kien hemm D'Amato jbigħ id-diski u anke fotografi u tat- tpinġija." Imma Strada Stretta lanqas ma kienet xi triq li fiha tagħmel li trid. Cini jirrakkonta dak li kien spjegalu Jimmy l-Irish, jiġifieri li fiż-żmien ta' qabel il-Gwerra kien hemm dixxiplina kbira. Fil-fatt, il- Kap Kmandat tal-Armata u l-Kap Kmandant tan-Navy f 'Malta kienu responsabbli mid-dixxiplina anke f 'din it-triq. Dan ma jfissirx li ma kienx hemm ġlied jew nisa taħt l-età fi Strada Stretta." tkompli f 'paġna 12-13... F'intervista speċjali mqassma fuq tliet paġni, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' George Cini l-awtur ta' tliet kotba dwar l-aktar triq popolari f'Malta, Strada Stretta. Kif kienu jitħallsu l-bar maids? Imma Strada Stretta kienet qħab biss? X'restrizzjonijet kien hemm? Kemm kienu importanti l-mużiċisti għal din it-triq? Waħda mill-barmaids li kienet taħdem Strada Stretta. Ċirku 1: Jimmy l-Irish li kellu diversi ħwienet Strada Stretta. George Cini intervista lil Jimmy Grech magħruf bħala Jimmy l-Irish meta Jimmy kellu 96 sena Ċirku 2: Ġużi tal-Cairo li beda jilbes ta' mara meta kellu erbatax-il sena. Kien jagħmel il-landi kemm Strada Stretta kif ukoll Balzunetta, il-Furjana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022