Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437
barmaids u qħab ... il-mużika live 13 intervista illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 inkwiet." Fil-fatt, ħafna minn dawn is-sidien kienu midħla sew tal-Knisja u kienu jieħdu ħsieb anke knejjes tal-Belt u jiġbru d-deheb għal xi statwa partikolari. Saħansitra l-Kappillan ta' San Duminku, darba fis-sena kien imur iqaddes f 'xi ħwienet. Beltin jirrakkontaw kif fil-festa tal- Madonna tal-Karmnu, il-barmaids kienu joħorġu fi Triq l-Arċisqof, kantuniera ma' Strada Stretta biex jaraw l-vara tal-Madonna tiela', anke jekk ir-reffiegħa kienu jibqgħu għaddejin u ma kinux jieqfu forċina f 'din il-kantuniera, kif jagħmlu f 'kull kantuniera oħra. 'Prostituzzjoni f'żewġ toroq biss...' Imma anke fejn jidħlu l-qħab, mhux kollox kien kif ġib u laħaq. L-Ingliżi kienu daħlu restrizzjonijiet biex jevitaw xi sitwazzjoni fejn baħri jlaqqat xi marda, jitla' abbord u jxerridha ma' sħabu. "L-Ingliżi riedu jieħdu deċiżjoni. Kienu jafu x'hemm u kienu jafu li ma jistax ikun tiġi gwerra u jkollhom baħrin morda. Allura għaddew liġi, jew ordinanza kif kienu jsejħulha, biex il-prostituzzjoni ssir biss fi Strada Fontana u Strada Sant'Anna." Għamlu dan, biex f 'każ li baħri jlaqqat xi marda, malajr ikunu jistgħu jsibu minn fejn u ma' min kien mar. L-istess liġi kienet tgħid li żewġt iqħab ma jistgħux joqogħdu flimkien biex ma jkunx hemm briedel. "Kien hemm saħansitra nisa barranin jaħdmu bħala qħab. Kienu nisa sbieħ, qishom artisti. Waħda minnhom, Ungeriża, jgħidu kien ikollha l-kju wara l-bieb. Dawn kienu fqar ħafna. Kien hemm, minn dawn, li żżewġu Maltin u oħrajn li żżewġu anke rġiel omosesswali." Il-qħab u ċ-ċomba... X'kien jiġri wara li xi baħri jinduna li kellu xi marda? L-awtur spjega kif meta t-tabib tal-Ingliżi kien jinduna b'marda li xi baħri jkun laqqat, kien jinforma lill-Uffiċjal Mediku Malti u dan kien jinżel ikellem lill-persuna partikolari. "Kien ikollhom jobdu u jmorru għall-kura s-Sanità fi Strada Merkanti. Min ma jobdix, kienu jinżlu għalih bil-Pulizija. Sakemm tkun għadek bil-marda, ma kinux iħalluk taħdem. Imbagħad kienu jagħtuhom ċomba, li jilbsuha biex persuna turi li ma jkollix mard." Il-mużika kienet il-ħajja ta' Strada Stretta Il-mużika ma tistax tifridha minn Strada Stretta. Minn din it-triq ħarġu mużiċisti kbar u popolari. Cini semma mill-ġdid lil Bobby tal-pjanu u anke lil Vinny Vella, Ġużi Curmi l-Puse, Pawlu Curmi l-Pampalun, Wiġi tal- Pjanu, Joe u Twanny Fiteni, Oscar Lukas u Paul Arnaud "L-irġiel li kienu jinżlu fi Strada Stretta mhux kollha kienu jinżlu għall-qħab. Ħafna kienu jinżlu biex jisimgħu l-mużika, jiżfnu, jixorbu u jiddevertu." L-Ingliżi li tkellem magħhom Cini għadhom sal-lum, meta ssemmilhom Malta isemmulek lil Strada Stretta u d-divertiment kbir u sabiħ li kien ikun hemm. Irrakkonta dak li qallu Ġużi Curmi l-Puse, li kien idoqq is-saxophone. Kważi kważi kien waħdu jdoqq dan l-istrument għax il- mużiċisti jkunu l-aktar fuq pjanu, drums u forsi vjolin. Uħud minn dawn tkissru fil- mużika ġo Strada Stretta. "Ġorġ il-Pusè niakru jispjegali li kienu jiġu tfal bil-lieva Amerikani li kienu mużiċisti jdoqqu ma' bands kbar. Il-Maltin ma kinux ikunu jafu min kienu. Kienu jisimgħuhom u wara jmorru jkellmuhom biex ifaħħruhom u a n k e jagħtuhom idea u juruhom teknika kif setgħu jdoqqu aħjar." Il-mużiċisti, li bdew minn Strada Stetta, kienu importanti meta fl-1964 nfetħet l-industrija tat-turiżmu. Minn Strada Stretta, dawn sabu ruħhom idoqqu fil-lukandi u night clubs. Oscar Lucas kellu band magħmulha minn Frank Camilleri l-Bibi, Lee Spiteri l-Budella u Pawlu l-Pampalun. Lucas kien għamel kuntratti mal-Amerikani u kienu jitilgħu jdoqqu f 'Wheelus base, fil-Libja u fil-bażi Amerikana f 'Sigonella, Sqallija. Bil-Maltin biss ma setgħetx timxi L-ILLUM tistaqsi lil Cini x'ġara biex Strada Stretta spiċċat fix-xejn jekk kienet daqshekk famuża. Għaliex il-Maltin ma baqgħux jinżlu? Kienet iżżomm bl-Ingliżi biss? Il-Maltin li kienu jaffordjaw jinżlu Strada Stretta kienu ftit u dawk li jinżlu ma kinux jonfqu daqs l-Ingliżi. Għalhekk, meta bdew jonqsu l-Ingliżi, bdiet tonqos il-popolarità ta' Strada Stretta. "Kellek Malta qed titlob għall-Indipendenza u anke Mintoff li mill-Oppożizzjoni beda jitlob biex Malta ma tibqax aktar bażi militari Ingliżi. Ta' Strada Stretta ma tantx ħadu gost b'd a n . Ap p a r t i minn hekk beda jiżdied ix-xogħol fil-lukandi u fil- fabbriki u t-tfajliet bdew imorru jaħdmu hemm." Jekk Strada Stretta għamlet żmien baħħ, il-memorji tagħha baqgħu sħaħ u qawwija f 'moħħ dawk li għexuha. "Lil kull min staqsejt, inkluż Tony Psaila, iz-Zalzettu (li kien ipenġi t-tattoos), kollha kelma waħda, jiġifieri illi li kieku kellhom jerġgħu jitwieldu, jerġgħu jmorru Strada Stretta," kompla Cini. Anke jekk illum Strada Stretta reġgħet ħadet il-ħajja Strada Stretta kif kienet, qatt ma tista' terġa' tkun. Madanakollu l-appell ta' Cini huwa wieħed, jiġifieri li l-ħwienet jerġgħu jiskopru l-mużika live, li kienet il-ħajja ta' din it-triq. Ċirku 1: Rita McBee. Meta baħri kien joffri li jixtrilha libsa kienet tmur għand il-ħajjata u bl-istess flus li jkun se jonfoq il-baħri tagħmel erba' ilbiesi Ċirku 2: Pawlu Curmi, il-Pampalun beda bħala drummer Strada Stretta Joey Attard bil-ġlekk abjad fil-ħanut Dirty Dick's fi Strada Stretta, l-uniku ħanut li ma kellux barmaids