Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437
'Strada Stretta ma kinitx biss xorb, kienet il-ħajja tagħha' 12 intervista IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 • illum ... tkompli minn paġna 11 Imxejna pass pass u staqsejna lil Cini kif kienu jitħallsu l-barmaids. Anke hawn, Cini jisħaq li kien hemm ir-regolamenti. Il- barmaids kienu jitħallsu bil-landi, qishom muniti tal-landa jew ramm. Il-barmaids kienu jżommu kumpanija lill-klijenti, l-aktar lill-baħrin u s-suldati u kienu jġennuhom biex jixtrulhom drink wara l-ieħor. Tal-bar, lill-barmaids kien jagħmlilhom it ilma bil-koka, anke jekk il-baħri kien mingħalih li xtara l-alkoħol u jħallas għalih. Għal kull drink, il-barmaid, kienet tingħata l-landi u skont kemm ikollha landi, titħallas. "Kien hemm barmaids bil-paga li kienet mal-għaxar liri fix-xahar u li ma kinitx ħażina. Oħrajn, li kienu aktar fuq tagħhom, kien jaqblilhom jitħallsu skont kemm jagħmlu landi." Kien hemm barmaids bħal Tessie Shead u Rita McBee li spjegawlu kif f 'ġurnata ġieli qalgħu mal-40 lira. Ħafna minn dawn il-baħrin kienu jkunu kważi għadhom tfal. Peress li l-Ingliżi kienu jdaħħlu fin-Navy anke tfal ta' 14-il sena, x'aktarx li dawn kienu jkunu ġejjin minn xi raħal żgħir u qatt qabel ma jkunu raw mara tagħtihom l-attenzjoni u tpoġġi ħdejhom u allura faċli jaqgħu għan-nassa u jibdew jixtru d-drinks bl-addoċċ. "Dawn kienu jitbellħu. Poġġiet mara ħdejhom u tgħidilhom: 'I give you good time.' Imbagħad tgħidlu li se tieħdu d-dar. Minjaf kemm-il darba tawhom iċ-ċwievet u jtuhom xi numru ta' xi bieb f 'xi triq fil-belt. Dan, ta' beċċun li jkun, imur u ċ-ċavetta ma tkunx taqbel." La kienu fqar kif kienu jilbsu daqshekk sabiħ? Hawn Cini waqaf it biex jurina ritratti ta' wħud mill-barmaids. Jolqtok kemm dawn kienu jkunu liebsa sabiħ u pulit u dan fi żmien meta l-faqar kien kbir u ħafna minnhom kienu jgħixu f 'xi kerrejja. Fil-fatt, ħafna minn dawn il-barmaids kienu nisa miżżewġa u bit-tfal u kienu jaħdmu hemm biex imantnu l-familja. Ġieli dawn l-ilbiesi kienu jħallsu għalihom il-baħrin stess. Rita McBee rrakkontat ma' Cini kif meta baħri kien joffri li jixtrilha libsa, flok tixtri libsa lesta, kienet tmur għand il- ħajjata Biċe Abela u bl-istess flus li jkun se jonfoq il-baħri, tagħmel erba' ilbiesi. "Kienu jkunu ndaf u liebsa sabiħ. Mhux se tmur fil-ħanut, tikkonvinċi lill-irġiel joqogħdu ħdejk u jħallsulek u tkun liebsa xi libsa maħmuġa. Dawn kważi kienu jilbsu libsa ġdida kuljum." Il-qħab, il-flus u l-kerrejja... Hawn tkellimna fuq il-prostituzzjoni u l-preżenza tal-qħab fi Strada Stretta. Forsi din hija l-aktar ħaġa li llum hija mfakkra għaliha din it-triq, anke jekk skont Cini, hija ħasra għax Strada Stretta kienet ħafna aktar minn hekk. Il-prostituzzjoni ilha teżisti minn żmien żemżem u ma kienx xi fenomenu ta' Strada Stretta. Kull fejn kien hemm il-faqar u anke d-domanda, kien hemm il-prostituzzjoni. L-idea hi li l-barmaids kienu l-prostituti iżda dan mhuwiex minnu, anke jekk il-qħab xorta waħda kienu jkunu preżenti fil-ħwienet u s-sidien ma kinux jiddejqu lanqas bihom għax kienu jġibu l-klijenti. "Il-barmaids kienu barmaids. Kien hemm nisa bit-tfal li kienu jitilgħu mal-familja Strada Stretta, jagħmlu l-landi u jinżlu d-dar. Imbagħad kien hemm il-qħab li xorta waħda kienu jpoġġu fil-ħanut u jagħmlu l-landi. Tal- ħanut kien jaqbillu li jkollu l-qħab. F'ġurnata kien ikun hemm min jaqla' mas-70 lira." Il-bars ta' Strada Stretta ma kienx ikollhom kamra fuq wara jew inkella xi kamra fil-ħanut fejn il-qħab kienu jieħdu l-baħrin. "Kien hemm qħab jirranġaw ma' bniedem u jmorru f 'kamra f 'kerrejja viċin." Il-kamra fuq wara jew inkella saħansitra taħt il-bank kienet teżisti, imma kienet tintuża biex fiha jinħbew it-tfajliet ta' taħt l-età u l-barmaids bla midalja. "Ħafna bars kien ikollhom il-mirja fuq wara u allura kienu jagħmlulhom il-windolene. Dan kien ikun qisu ġibs verġni, imħallat mal- ilma li jtappan il-mirja. Hekk, jekk jittawwal xi Pulizija minn wara l-bieb ma jindunax min ikun hemm. Ovvjament kien ikun hemm pulizija li tal-ħwienet kienu jieħdu ħsiebhom biex ma jaraw xejn." Il-bar maid riedet permess u tingħata midalja... Ta' kull tfajla taħt l-età li kienet tinstab f 'xi ħanut, is-sid u anke t-tfajla, kienu jeħlu multa ta' ħames liri u s-sid saħansitra seta' jkun ordnat jagħlaq il-ħanut għal xi jiem. Iżda kif kienu jkunu jafu li taħt l-età? Ir-risposta hija sempliċi għax biex taħdem bħala barmaid kien ikun irid ikollok il-midalja. "Ma jfissirx li tfajliet taħt l-età ma kienx ikun hemm. Ir-Roy Bar kien ikollu xeba tfajliet taħt l-età," insista Cini. Mara riedet tmur il-Palazz tal-Gvernatur, f 'Misraħ San Ġorġ biex titlob il-permess biex taħdem bħala barmaid. Kienet tħallas ħames liri u kienet tingħata midalja li żżomm fuqha. Il-midalja kien ikollha l-inizjali MP (Malta Police) u numru. Fost ir-rekwiżiti, biex taħdem bħala barmaid, ridt ikollok il- kondotta nadifa u aktar minn 21 sena (maż- żmien l-età niżluha għal 18). L-awtur irrakkonta kif Ugo Mifsud Bonnici u anke Guido de Marco, żewġ Presidenti Emeriti, meta kienu għadhom jilħqu avukati, kienu jibagħtuhom il-Palazz biex jivverifikaw l-informazzjoni u anke l-kondotti qabel ma jinħarġu dawn il-midalji. Hawn Cini semma dak li rrakkonta miegħu Joe Azzopardi l-Kapsula li l-familja tiegħu kellhom il-Loop Bar. Kien hemm wieħed jgħidulu l-Lubjana li kien jaqla' lira billi jitla' jirrappreżenta fil-Qorti lil dawk is-sidien tal- ħwienet li jkunu qalgħu xi multa u anke jkunu kostretti jagħlqu l-ħanut. Il-Lubjana kien jikkonvinċi lill-Maġistrat biex il-ħanut jagħlaq fi ġranet partikolari, jiġifieri f 'dawk il-ġranet meta jkun jaf li mhux se jkun hemm baħrin. Imma l-bars kollha kien ikollhom il- barmaids? Cini qal li fost il-ħwienet kollha fi Strada Stretta, wieħed biss ma kienx ikollu nisa, jiġifieri d-Dirty Dick's u saħaq li mhuwiex minnu li dan għax kien ikollu ħafna omosesswali. "Joe Attard spjegali kif missieru, Gużeppi tad-Dirty Dicks, kien jgħid li n-nisa inkwiet biss. Minkejja dan, id-Dirty Dick's kien famuż għall-cocktails u hemm kienu jmorru ħafna familji tas-suldati u l-baħrin Ingliżi." 'Mhux kulħadd kien jinżel għall-qħab' Iżda l-ILLUM tistaqsi lil Cini għaliex Strada Stretta baqgħet dejjem assoċjata mal- prostituzzjoni u l-qħab? "Jekk immorru lura fi żmien il-Kavallieri, il-Belt kienet invażata bil-qħab," spjega Cini. "Fi Strada Stretta 'l isfel u fi Strada San Giuseppe kien hemm ħafna kerrejja b'kirja baxxa bħalma kien hemm il-Mandraġġ. Allura ħafna nisa krew hemm biex jaħdmu l-Belt. Apparti Maltin kien hemm oħrajn Taljani, Spanjoli u Griegi. Fil-fatt, fi kliem Cini, "ħadd ma għandu biex jitkaża," għax il-qħab u l-barmaids li kienu jaħdmu l-Belt, ma kinux kollha Beltin jew mill-Kottonera imma kienu ġejjin minn Malta kollha, inkuż Għawdex. L-awtur, bħala eżempju, semma lil ċertu żeffiena magħrufa bħala Topsy, li kienet tkun fil-Victoria Variety u li kienet Għawdxija. "Mhux f 'kull ħanut kien ikun hemm il- qħab. Is-Silver Horse u l-Morning Star ma kinux ikunu jridu l-qħab. Ħafna mis-sidien kienu nies tal-affari tagħhom u ma ridux Ritratt: James Bianchi George Cini Il-midalja li kull barmaid ġo Strada Stretta kellha tilbes bħala brooch meta tkun fil-ħwienet