Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 jkopru l-ispejjeż kollha tal-pub- blikazzjoni, sa massmimu ta€ '5,000 kull waħda. Il-fergħa tat-Traduzzjoni ta' Silta minn Ktieb bħala Pitch qed tilqa' fiha applikazzjonijiet li fil-forma tagħhom ikunu dik li ngħidulha pitch. Il-pitch hija meta traduttur ikun irid jiġbed l-attenzjoni ta' pubblikatur sabiex dan jippubblikalu t-traduzzjoni tiegħu. Hija differenti minn meta għandek traduzzjoni lesta u pubblikatur interessat li jippubblikaha, għax waqt il-fażi tal-pitch għadek qed tipprova tikseb l-interess tal-pubblikatur. Għalhekk pitch għandha forma li tiddistingwiha, b'dokumenti li jirfduha u, finalment, b'silta tradotta mill- ktieb li t-traduttur jixtieq jara ppubblikat bħala traduzzjoni sħiħa. Huma dawn li l-applikant irid jippreżenta. Mela dil-fergħa timmira li twieżen lil tradutturi letterarji fl-iżvilupp tagħhom bħala promoturi tal-letteratura internazzjonali billi tgħinhom jużaw siltiet tradotti sabiex jattiraw lill-pubblikaturi. L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ħamis 30 ta' Ġunju f 'nofsinhar, u l-KNK jissuġġerixxi lil kull min hu interessat sabiex ma jħallix għall-aħħar ġimgħa jew tnejn - l-applikazzjoni għall-Fond tirrikjedi diversi dokumenti oħra, materjal, rendikonti finanzjarji, kuntatti, u aktar. Żuru l-bibbja tal-Fond Malti tal-Ktieb għall-informazzjoni li teħtieġu: https://ktieb.org. mt/mt/il-fond-malti-tal-ktieb/ inkella ċemplu l-uffiċċju tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq 27131574, jew ibagħtu email bil-mistoqsijiet tagħkom fuq matthew.borg@ktieb.org.mt . Dan l-artiklu nkiteb minn Matthew Borg - Maniġer Anzjan mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022