Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437
16 kultura IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 • illum San Filippu Neri u l-Oratorjani FABIAN MANGION Il-qaddisin huma persuni umani li għexu ħajja straordinarja. Ilkoll wieġbu għall-istedina ta' Alla biex iħaddmu t-talenti uniċi tagħhom. Jekk xi ħadd kellu jindika qaddis wieħed li wera l-lat umoristiku tal-qdusija, dan għandu jkun Filippu Neri. Min- naħa l-oħra, Filippu kien kapaċi jgħaqqad il-popolarità mal-qima fl-isfond ta' Ruma korrotta u kleru diżinteressat, konsegwenza tat-telqa ta' wara r-Rinaxximent. B'hekk huwa kien ukoll sinjal ta' kontradizzjoni. It-tfulija Iben Francesco u Lucrezia da Mosciano, Filippu twieled f 'Firenze, l-Italja, fit-22 ta' Lulju 1515. Għadu tfajjel wera l-impulsività u l-ispontanjetà tal-karattru tiegħu. Darba, kien hemm fis-suq, ħmar mgħobbi bil-frott. Bla ħsieb ta' xejn, qabeż għal fuq dahar il-ħmar li, maħsud, sfratta u t-tfajjel spiċċa f 'kantina fil-qrib. B'miraklu ma ġralu xejn. Ta' tmintax ġie mibgħut f 'San Germano, taħt Monte Cassino, biex jgħin liz-ziju ta' missieru, Bartolomeo Romolo, li kien negozjant. Ta' Sikwit kien jinġabar fit-talb f 'kappella ċkejkna tal-Benedittini ħdejn Gaeta. Hawn beda jħoss l-ewwel sinjali ta' vokazzjoni. It-triq lejn is-saċerdozju Fl-1534 telaq għal Ruma u stabbilixxa ħbiberija ma' Galeotto Caccia, Fjorentin bħalu u kap tad-Dwana, li tah kamra fqajra u x'jiekol kuljum bil-patt li jieħu ħsieb l-edukazzjoni taż-żewġ uliedu. Bejn l-1535 u l-1538, studja l-filosofija mad-Dumnikani u t-teoloġija mal-Agostinjani. Beda wkoll jiġbor xi żgħażagħ miegħu biex flimkien jitolbu, jistudjaw ir-reliġjon u jagħmlu atti oħra ta' karità, l-iktar fl-isptar San Giacomo degli Incurabili. Hawn huwa sar ħabib kbir ta' San Kamillu de Lellis. Fit-talb tiegħu beda jkun mistiku u kontemplattiv. Il-lejl kien għalih il-ħin speċjali għat-talb. Wara li jaqa' d-dlam, huwa kien idur barra fit-toroq, xi kultant fi knejjes, iżda ħafna drabi fil-katakombi ta' San Sebastiano biex jitlob. F'dan il-katakombi, f 'Għid il- Ħamsin tal-1544, seħħ il-miraklu magħruf tal-qalb tiegħu li, bl- imħabba ta' Alla, ntefħet u kissritlu żewġ kustilji, bla ma qatt tagħtu weġgħa. Wara din l-esperjenza, mar jgħix ta' eremita fit-toroq ta' Ruma. Huwa u jimxi f 'Campo dei Fiori u fl-inħawi ta' Trastevere kien jiltaqa' ma' żgħażagħ li jiżżuettaw bih. Hu kien ikompli jiżżuetta magħhom u jirbaħhom bis-simpatija tiegħu. Wara li jiċċajta, kien jinbidel fi predikatur u jgħidilhom: "Fratelli, state allegri, ridete pure, ti scherzate finché volete, ma non fate peccato!" (L-aħwa, kunu ferħana, idħku, iċċajtaw kemm tridu, imma tagħmlux dnub!) Fil-1548 waqqaf il-Konfraternità tat-Trinità għall-Pellegrini u l-Konvalexxenti fil-knisja ta' San Salvatore in Campo. Isir qassis Fit-23 ta' Mejju 1551 ġie ordnat saċerdot fil-knisja ta' San Tommaso in Parione f 'Ruma. Wara l-ordinazzjoni, mar joqgħod f 'San Girolamo della Carità flimkien ma' Dun Persiano Rosa u xi qassisin oħra li kienu jgħixu bil-karità. Għalih il-qrar kien sors ta' djalogu mal-penitenti, u dan kien jagħmlu kuljum sa nofsinhar. Filgħaxija kien ilaqqa' n-nies biex jitolbu, ikantaw u jitkellmu fuq il- ħwejjeġ tar-ruħ. Minħabba l-ħbiberija tiegħu ma' Sant'Injazju minn Loyola u minħabba l-vjaġġ ta' San Franġisk Saverju fil-Lvant Imbiegħed, ħassu mħeġġeġ li jmur missjunarju f 'dawk l-artijiet. Iżda l-konfessur urieh biċ-ċar li l-missjoni tiegħu kienet tinsab f 'Ruma u mhux fl- Indja. Hawn li l-vokazzjoni tiegħu saret definittiva: hu kien imsejjaħ biex ikun l-'Appostlu ta' Ruma'. Hu li ntebaħ li ż-żgħażagħ kellhom bżonn ta' gwida fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, stedinhom biex jiltaqgħu u jiddiskutu flimkien qari spiritwali u wara jibqgħu flimkien għat-talb ta' filgħaxija. In-numru ta' dawk li attendew tant kiber li kellha tinħoloq struttura aktar formali. B'hekk tnissel l-ewwel nukleu tal- Oratorio. Titwaqqaf Kongregazzjoni ġdida Fl-1558 beda l-ewwel Oratorju fil-knisja ta' San Girolamo della Carità. Xi ekkleżjastiċi għolja bdew jgħiru għalih. Iżda jekk ħabbat wiċċu ma' għedewwa, daqstant ieħor sab min jgħinu, fosthom il- Kardinal Arċisqof ta' Milan San Karlu Borromeo. Fl-1575 irnexxielu jdaħħal it- talb u l-qari tal-Bibbja fost in-nies komuni u beda skola għat-tfal. Fi żmien meta l-pedagoġija kienet awtoritarja, kien jitratta mat-tfal tat-triq b'paċenzja u ħlewwa: tibqa' magħrufa l-eżortazzjoni tiegħu bid- djalett Romanesk: "State buoni ...se potete!" (Oqogħdu bilgħaqal... jekk tistgħu). Fil-15 ta' Lulju 1575, il- Papa Girgor XIII approva l-Kongregazzjoni tal-Oratorju, magħmula minn saċerdoti sekulari u kjeriċi, u tahom il-knisja ta' Santa Maria in Vallicella, li saret is-sede tagħhom. Lejn tmiem ħajtu Il-Papa Klement VIII ried jagħmlu kardinal imma m'aċċettax u, filwaqt li qabad u għolla l-kappell kardinalizju li kien bagħatlu l-Papa, għajjat: "Preferisco, Paradiso", jiġifieri li kien jippreferi wisq iktar il-Ġenna minflok. Lejn l-aħħar snin ta' ħajtu, kien milqut sew mill-mard u sikwit ibati minn deni. Fit-23 ta' Mejju, festa ta' Corpus Domini, qam f 'tiegħu u ċċelebra l-quddiesa ta' dik is- solennità. Tlett ijiem wara, 26 ta' Mejju 1595, miet b'emoreġija gravi fl-età ta' 80 sena. Il-fama ta' qdusija li kien igawdi f 'ħajtu, fis inbidlet f 'kult. Il-proċess kanoniku għall-kanonizazzjoni tiegħu ġie mniedi xahrejn wara mewtu. Filippu Neri ġie beatifikat mill-Papa Pawlu V fil-25 ta' Mejju 1615, u kanonizzat mill-Papa Gregorju XV fit-12 ta' Marzu 1622. Il-Kongregazzjoni tal-Oratorju ta' San Filippu Neri, b'regola approvata mill-Papa Pawlu V fl- 1612, illum hija soċjetà Pontifiċja ta' ħajja appostolika magħmula minn saċerdoti Kattoliċi u aħwa lajċi li jgħixu flimkien f 'komunità. Il-ħidmiet tagħhom huma ffukati fuq it-talb, il-predikazzjoni u s-sagramenti. L-ewwel Oratorjan Malti L-ewwel Malti li ngħaqad mal- Fil-Festa ta' San Filippu Neri u fir-Raba' Ċentinarju mill-Kanonizazzjoni tiegħu Ritratt ta' qabel il-gwerra li juri l-knisja ddedikata lil San Filippu Neri fil-Birgu. (Ħajr lis-Sur Lorenzo Zahra)