Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437
17 kultura illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 l-Oratorjani f'Malta Oratorjani kien Dun Ġwanni Dumink Magri, mill-Belt Valletta, li ssieħeb fil-komunità tal-Oratorjani f 'Messina. Fl-5 ta' Ġunju 1648, ġie lura Malta, u l-Isqof Miguel Balaguer Camarasa ħatru kappillan tal-Birgu u fl-1649 assenjah għall- parroċċa ta' San Pawl Nawfragu, il- Belt Valletta. Malta kienet ixxurtjata li fl-1652 esperjenzat, fil-Birgu, il-preżenza tal-ewwel komunità ta' saċerdoti li segwew il-metodu u l-ispirtu ta' San Filippu Neri. Aktar tard, fl- 1662, twaqqfet komunità oħra tal- Oratorjani fl-Isla. L-Oratorjani fil-Birgu L-Oratorju ta' San Filippu fil-Birgu kien jikkonsisti minn komunità żgħira. Mir-relazzjonijiet tad-diversi Viżti Pastorali, insiru nafu dwar il-knisja, l-Oratorju u l-kunvent, iżda ma jingħad xejn dwar l-attivitajiet tagħhom. Minkejja dan, il-Filippini kienu mfittxija għall-qrar u għall- appostolat fil-Birgu u fil-madwar. Fl-1652, l-Isqof Balaguer ħalla l-kura tal-knisja ddedikata lil Santa Marija tal-Anġli (mibnija fl-1624) f 'idejn din il-komunità ġdida. L-ewwel Prepostu kien Dun Ġwann Vella u inħatar fl-1653 mill- Isqof Balaguer innifsu. Fis-17 ta' Ġunju 1653, l-istess komunità ġiet fdata bil-kura tal- knisja tal-Madonna tal-Karmnu (mibnija fl-1611) fix-xatt tal-Birgu. L-isem tal-knisja ta' Santa Marija tal-Anġli fil-pront ġie mibdul għal dak ta' San Filippu. Fl-1654 il- qassisin Oratorjani saru proprjetarji ta' ġnien li kien hemm ħdejn il- knisja. Hemm huma stabbilixxew l-Oratorju u telqu mir-residenza żgħira u skomda li kellhom qabel. Din il-knisja, għad li ma kinitx żgħira, ma kelhiex ħlief artal wieħed. Għalhekk, ġiet mogħtija struttura ġdida biex tilħaq il- ħtiġijiet tal-Oratorjani. Huma żiedu żewġ artali, wieħed fuq kull ġenb. Mill-Viżta Pastorali tal-Isqof Balaguer imwettqa fl-1656, insiru nafu li fuq l-artal maġġur, li kien tal- ġebel, kien għadu kif sar tabernaklu ġdid tal-injam. Statwa tal-injam ta' San Filipu, b'relikwija tal-qaddis ingastata fiha, tqiegħdet fuq it- tabernaklu. Fl-1714, l-kwadru titulari, ġie mibdul ma' ieħor impitter mill-artist Ruman Andrea Sacchi. Kien jirrappreżenta lil San Filippu Neri flimkien ma' San Ġwann Battista. Bejn l-1737 u l-1739, żewġ kappelluni – wieħed iddedikat lit-Twelid ta' Ġesù u l-ieħor lil San Filippu Neri - kor u koppla ġew miżjuda mal-knisja, filwaqt li ħallew il-knisja oriġinali bħala l-korsija. Fl-20 ta' Settembru 1771, il- Prepostu Dun Lazzru Camilleri ġie mogħti l-permess mill-Isqof Giovanni Pellerano biex in-nava prinċipali tinbena mill-ġdid. Dan il-bini iżda ma bediex qabel 1779. Fil-korsija mibnija mill- ġdid saru żewġ artali fuq kull naħa. Din il-knisja, waħda mill- isbaħ li hawn f 'Malta għal dik li hija arkitettura, ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Vinċenz Labini fit-28 ta' Settembru 1788. L-aħħar Prepostu kien il- Kanonku Dun Anton Pace li fl-1 ta' Frar 1926 offra r-riżenja tiegħu għall-raġunijiet ta' saħħa. Din il-knisja intlaqtet matul it-Tieni Gwerra Dinjija iżda, fortunatament, ġiet restawrata. Ma jistax jingħad l-istess għall-kunvent li ġġarraf kompletament. L-Oratorjani fl-Isla Komunità oħra tal-Oratorjani, simili għal dik fil-Birgu, kienet fl- Isla. Din wkoll segwiet ir-regola ta' San Filippu Neri mingħajr ma kienet parti integrali mill- Kongregazzjoni tal-Filippini. Fil-15 ta' Lulju, 1661, sitt qassisin Sengleani, talbu lill-Isqof Balaguer li jistabbilixxu, f 'belt twelidhom, Oratorju taħt ir-regoli stabbiliti minn San Filippu Neri. Talbu lill-Isqof iħallihom jieħdu ħsieb il-knisja tal-Madonna ta' Portu Salvu, flimkien mad-dar ċkejkna maġenbha. Wara li kkonsulta ma' Dun Franġisk Azzopardi, kappillan tal-Isla, l-isqof approva t-talba tagħhom. It-28 ta' Marzu 1662 jimmarka l-bidu tal-Oratorju fl- Isla. L-ewwel Prepostu kien Dun Xmun Schembri. Huma wiegħdu li jespandu l-knisja u li jagħtu lid-dar karattru ta' kunvent. Fl-1669 inbena kunvent taħt id-direzzjoni tal-perit Petruzzo Debono. Dan huwa l-istess kunvent li nistgħu naraw illum. L-Oratorjani ddeċidew li jinkludu statwa sabiħa tal-patrun tagħhom fil-faċċata. Fl-1670, twaqqgħet il-knisja l-qadima (mibnija fl-1596), u nbniet mill-ġdid taħt is-superviżjoni tal- perit Carlo Vella. Il-bini ta' din il-knisja, dam għaddej sal-1690 kawża tal-pesta tal-1675-76. Tul din l-imxija, l-Oratorjani, b'ħeġġa u karità, ħadu ħsieb tal-vittmi fl- Isla. Il-kunvent tagħhom kien ukoll maħsub biex kif jinżammu dawk milquta. Bejn l-1795 u l-1798, il-kunvent ta' San Filep serva bħala post ta' detenzjoni għal għaxar qassisin jew kjeriċi li ġew arrestati minn Mons. Giulio Carpegna (1793-1798), l-aħħar Inkwiżitur ta' Malta. Barra minn hekk, waqt l-epidemija tal- kolera, f 'Ġunju 1837, il-kunvent u l-knisja servew bħala sptar. Minħabba din is-sitwazzjoni, Sir Henry Frederick Bouverie, Gvernatur ta' Malta, ordna lill- Oratorjani biex iħallu l-kunvent għal żmien qasir. Totalment għad-dispożizzjoni tal-Isqof djoċesan, ħafna mill- Oratorjani tal-Isla servew lid- djoċesi bħala arċiprieti u kappillani. Magħrufa għall-irtiri u d-direzzjoni spiritwali, il-qrar u l-predikazzjoni, l-Oratorjani mietu mewta naturali minħabba nuqqas ta' vokazzjonijiet. L-aħħar Prepostu, Mons. Angelo Raggio, qatta' l-biċċa l-kbira ta' ħajtu waħdu fl-Oratorju sakemm miet b'fama ta' qdusija fl-1928. Bejn l-1943 u l-1957, waqt li l-knisja parrokkjali tal-Isla kienet qed tinbena mill-ġdid wara it- tiġrif tat-Tieni Gwerra Dinjija, il- knisja tal-Madonna ta' Portu Salvu temporanjament aġixxiet bħala knisja parrokkjali. Fl-1958, il-knisja u l-kunvent ta' San Filippu ġew fdati f 'idejn komunità tal-Ġiżwiti u fl-2008, ġew imħollija f 'idejn is-Salesjani. Illum, filwaqt li nfakkru l-festa ta' dan il-'Qaddis tal-ferħ' u fl-400 sena mill-kanonizazzjoni tiegħu, tajjeb ninnutaw li għalkemm għaddew kważi mitt sena mit-tmiem tal- preżenza tal-Oratorjani fil-Birgu u fl-Isla, ir-rabta tal-abitanti ta' dawn l-ibliet mal-Oratorjani għadha ħajja. Il-knejjes li huma amministraw, għadhom jissejħu 'ta' San Filippu' u anke l-inħawi tagħhom huma magħrufa bħala 'fuq San Filippu'. Maskra tax-xemgħa meħuda minn fuq il-wiċċ ta' San Filippu Neri, appena miet, u li tinsab meqjuma fil- knisja tal-Portu Salvu tal-Isla Il-pittura ta' San Filippu Neri, fil-knisja tal-Portu Salvu tal- Isla, ispirata minn dik bl-istess suġġett, ta' Guido Reni, fis- Santwarju ta' Vallicella f 'Ruma. L-awtur ta' din il-kwadru kien Don Pedro Nunez de Villavicencio, pittur-kavallier minn Sevilja, u deskritta fl-atti taż-Żjara Pastorali tal-Isqof Michael Molina tal-1680