Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437
20 opinjoni IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 • illum Irkupru b'saħħtu biex insarrfuh f'ġid F i it jiem oħra se nidħlu fit-tielet xahar tal-ħidma ta' dan il-Gvern ġdid minn meta l-poplu Malti reġa' ta lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Partit Laburista mandat qawwi biex ikompli jmexxi l-pajjiż għall-ħames snin li ġejjin. Inħoss li x-xahrejn li għaddew kienu jiem u ġimgħat ta' ħidma qawwija biex mhux biss il-membri kollha tal-Gvern isibu saqajhom fli rwoli ġodda tagħhom imma wkoll biex mill-ewwel nagħtu r-rankatura meħtieġa biex l-ekonomija ta' pajjiżna tirkupra b'saħħa mill- ħsara li kkawżat il-pandemija imma wkoll nilqgħu għall-għawġ li qegħda ġġib fuq id-dinja kollha il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja. Mad-dħul tal-amministrazzjoni l-ġdida wara l-elezzjoni tas-26 ta' Marzu komplew jiġu rilaxxata bosta miżura restrittivi marbuta mal-pandemija u dan stajna nagħmluh ghax bħala pajjiż konna bil-għaqal fil-mod kif ilqajna għal din l-imxija u ħadna ħsieb is-saħħa tal-poplu tagħna bl- aqwa mod. Il-mod kif ittrattajna l-pandemija mingħajr ma' għalaqna għal kollox l-ekonomija tal-pajjiż u fl-istess ħin tajna s-sostenn kollu meħtieġ lin- negozji u lill-ħaddiema l-aktar milquta wassal biex issa qed ikollna irkupru ekonomiku mill- aktar b'saħħtu. Fl-aħħar jiem stess kellna statistika uffiċjali mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li wriet kif fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet, l-ekonomija Maltija kellha tkabbir reali fil-Prodott Gross Nazzjonali ta' 10%, tkabbir li kien jiżboq bil-bosta dak li seħħ fl-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Dan wera li sa minn qabel ma tneħħew ir-restrizzjonijiet il-kbar tal- pandemija, pajjiżna kien diġa qed jirkupra ekonomikament. Tbassir li jimlina b'kuraġġ Kellna wkoll fl-aħħar jiem it-tbassir tar-Rebbiegħa tal- Kummissjoni Ewropea li qed issostni li Malta, matul din is-sena se jkollha tkabbir ekonomiku ta' aktar minn 4%. Dan ġie kkonfermat ukoll minn aġenziji ta' kreditu ewlenin bħal Fitch u Moody's li mhux talli kkonfermaw lill-ekonomija Maltija f 'ratings għoljin ħafna imma wkoll taw previżjonijiet qawwija għall-mod kif se tikber l-ekonomija Maltija Dan kollu jimlina bil-kuraġġ għaliex b'ekonomija b'saħħitha magħġuna mal-bżulija u r-reżiljenza tal-ħaddiem Malti u ta' dawk kollha li jmexxu n-negozji nkunu nistgħu nilqgħu għall-mewġ qawwi ta' madwarna u nkomplu mexjin il-quddiem. Bħalma fis-sentejn li għaddew rnexxielna nkunu ta' sostenn għal kulħadd għax konna bil-għaqal u faddalna fis-snin ta' qabel, hekk ukoll issa qed inkunu ta' sostenn billi fost affarijiet oħra qegħdin nilqgħu kemm nifilħu għall-għoli fil-prezzijiet tal-enerġija u anke għall-għoli tal-prodotti importati li qed jikkaġuna inflazzjoni qawwija madwar id-dinja kollha. Kuntrarju għal dak li qed jiġri fil-kumplament tal-Ewropa u anke lil hinn minnha, il-Gvern Laburista rnexxielu jżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli filwaqt li anke issussidja bis- saħħa il-prezzijiet tal-qmugħ li għolew b'mod esaġerat minn barra. Dan wassal biex pajjiżna rreġistra l-inqas rata ta' inflazzjoni fiż-Żona Ewropa. Xorta waħda l-għoli fil-prezzijiet joħloq tbatija partikolarment lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta tagħna u għaldaqstant għandna nkomplu naraw kif se nkunu ta' aktar sostenn għal dawk li l-aktar qed ibatu minn din il-mewġa qalila ta' inflazzjoni li qed tolqotna. Lura għall-ħajja "normali" L-attivita ekonomika, soċjali u kulturali tal-pajjiż issa nistgħu ngħidu li ġiet lura għan-normal u qed naraw lil pajjiżna mimli ħajja f 'dak li huwa negozju kif ukoll f 'dik li hija l-ħajja soċjali u kulturali ta' pajjiżna. It-turiżmu qiegħed jirkupra bis-saħħa u qed naraw eluf ta' turisti jerġgħu iżuru pajjiżna kemm bl-ajru, kif ukoll bil-baħar permezz tal-cruise liners u l-preżenza tat-turisti f 'Malta u Għawdex qed tinħass kullimkien. Naturalment dan iġib miegħu qliegħ għal kull settur tal- ekonomija tagħna u jkompli jagħti spinta lill-irkupru ekonomiku. Reġgħu bdew ukoll attivitajiet kulturali u soċjali mingħajr restrizzjonijiet u l-poplu tagħna reġa' beda jgawdi l-festi tradizzjonali tagħna flimkien ma' attivitajiet sportivi u kulturali ta' kull tip. F'dan tmiem il-ġimgħa għandna l-Karnival li kien ġie pospost minn Frar u fl-aħħar jiem iċċelebrajna wkoll il-festa sabiħa tal-inklussivita bl-avveniment sportiv ta' li Special Olympics. Dan kollu wkoll jikkontribwixxi lejn ekonomija aktar b'saħħitha għaliex il-kummerċ li jinħoloq permezz ta' dawn l-attivitajiet huwa wieħed sostanzjali. Imma ma' dan kollu, għajnejna huma wkoll mitfugħa fuq kif se nattiraw aktar investiment li jrendi għal pajjiżna. Irridu nipparteċipaw bis-sħiħ fl- investiment li jrid isir fil-qalba lejn l-ekonomija l-ħadra u diġitali u dan anke permezz tal-Fondi li ksibna mill-Unjoni Ewropea. Huwa fatt magħruf li aktar ma jirnexxielna ninvestu f 'dawn l-oqsma akbar hija l-possibilita li jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol li jrendi tajjeb ħafna għal min jirnexxielu jidħol f 'dawn l-oqsma. Huwa għalhekk important ħafna li jkollna biżżejjed riżorsi ħalli nibqgħu ninvestu fis-sistema edukattiva tagħna ħalli tagħti liż-żgħażagħ tagħna l-ħiliet kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet li se jinfetħu quddiemhom. Irridu fix-xhur u s-snin li ġejjin nattiraw lejn pajjiżna industriji ġodda li jħallu inqas impatt fuq l-ambjent ta' pajjiżna filwaqt li ngħollu li standards fil-mod kif isir l-iżvilupp ħalli l-impatt fuq l-ambjent ikun dejjem anqas. Lill- poplu tagħna irridu nipprovdulu spazji miuħa fejn fihom ikun jista' jirrekrea ruħu u jkompli jtejjeb il-kwalita tal-ħajja tiegħu. Dan kollu jirnexxielna nagħmluh jekk bħala poplu nkunu magħqudin u naħdmu flimkien. Għandna l-fortuna li l-poplu tagħna huwa magħruf għall- bżulija tiegħu u kemm kapaċi jaħdem quddiem kull sfida li jsib ma' wiċċu. Jien konvint li anke issa li qed naraw dan l-irkupru b'saħħtu jseħħ madwarna, il- Maltin u l-Għawdxin se jqumu għall-okkażjoni u jkomplu jagħtu sehemhom biex l-affarijiet ikomplu jmorru għall-aħjar. Hija r-responsabbilta tagħna wkoll li ngħatajna l-mandat biex immexxu, li nkomplu nidderieġu lil pajjiżna fl-aħjar triq li tkompli ttejjeb il-kwalita tal-ħajja tal- poplu tagħna. Stefan Zrinzo Azzopardi huwa l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi