Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Libra ser ikun il- waqt li minn dak li kont qiegħed tħossok inċert issa tgħaraf li int qiegħed f 'pożizzjoni aħjar kif għandek tiddeċidi. Għalhekk issa li int qiegħed tħossok ferm aħjar wettaq dak li huwa meħtieġ u b'hekk int tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Il-kristalla idejali għalik għal din il- ġimgħa hi l-Jade. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Scorpio ser ikun il-forza tiegħek sabiex tegħleb dak il- mewġ li qiegħed iħabbat lejk. Mewġ li sa issa żammek milli tkattar dak li tixtieq iżda int dan issa ser tkun kapaċi twettqu. Għalhekk għaraf emmen iżjed fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Sagittarius huwa dak il-mument li tagħraf aħjar il- ħajja li int għażilt. Int ssa ma tistax tibqa marbut mal-passat u issa għażilt il-pass il-quddiem. Għalhekk ħalli warajk il-passat u ffokka biss lejn il-preżent. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Capricorn huwa l-waqt li jekk int taħseb li dak li int qiegħed tesperjenza huwa affidabli għalik allura kkonċentra fuq dak biss u tħares lejn xejn aktar. Tipprovax tmur għal xi ħaġa oħra u kkonċentra biss fuq dak li għandek. Analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Aquarius huwa l-mument għal gwida minn xi ħadd li int verament tafda. Taf li wasalt li għandek bżonn forma ta' gwida f 'dak li int tixtieq tkompli twettaq. Għalhekk din il-gwida għaraf ħuda minn għand dik il- persuna li verament tafda. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Il-kristalla idejali għalik għal din il- ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Pisces ser ikun il- waqt għaqli għalik sabiex tkompli bid-tibdil li int bdejt twettaq. Tibdil li qiegħed jibdel il-ħajja tiegħek lejn aktar stabbilta'. Għalhekk kompli miexi u taqtax qalbek. Għalkemm kull tibdil iġib miegħu ċertu sagrifiċiji xorta ibqa miexi. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste IL BIDU TAT-TIELET ŻODJAKU TA' GEMINI Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Aries ser ikun mument ta' aktar determinazzjoni sabiex turi l-vera kapaċitajiet tiegħek u kemm int vera kapaċi fit-twettieq tiegħek u dan żgur ser ikun qiegħed jogħlilek il-moral għal aktar stabbilta' f 'dak li hemm riesaq lejk. Irriffletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Taurus huwa l-waqt għal aktar pjanar dwar il- futur tiegħek u kif ser tkun qiegħed tqassam bejn dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent għal dak li għandek ġej fix-xhur li ġejjin. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex ikollok pjan ta' bilanċ. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Erbgħa. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik l-istess Gemini ser ikun il-mument li tgħaraf aħjar lilek innifsek u dan ser jagħmlek aktar kunfidenti fit-twettieq li għandek ippjanat. Ovvjament apparti l-proġetti preżenti hemm oħrajn ġejjin iżda issa ser tħoss dik id-differenza fik innfisek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Il-kristalla idejali għalik għal din il- ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Cancer ser ikun il-waqt ta' għarfien aħjar dwar kif int tista' tqassam dak li int għandek bħalissa. Xi kultant qiegħed tħoss toqol u tħossok mitluf iżda dan ser jinbidel u ser tibda tgħaraf aħjar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Leo ser ikompli jikkonferma kemm int persuna li akkost ta' kollox trid tasal u twettaq dak kollu li hemm ġewwa fik. Ovvjament int kapaċi tgħaraf ukoll li kollox ikun imwettaq b'aktar għaqal u dan sabiex kollox ikun imwassal kif għandu jkun. Analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Virgo ser jagħmlek tifli b'aktar reqqa dak it-twettieq li tixtieq twettaq fix-xhur li ġejjin. L-esperjenza għalmietek ma taġġilx iżda li tanalizza b'reqqa kull deċiżjoni rigward il-futur tal-karriera tiegħek. Għalhekk għaraf idħol fil-profond tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Namaste GEMININI: T-TIELET ŻODJAKU It-tielet żodjaku għal dan il-kalendarju żodjaku 2021-2022 huwa dak ta' GEMINI. Dan iż-żodjaku huwa meqjus fil-kalendarju żodjaku bħala l-ikbar żodjaku fl-orskopju. Kif wieħed jagħraf il-kalendarju żodjaku huwa maqsum bejn sitt żodjaki kbar u sitt żodjaki żgħar fejn imbgħad dawn jerġaw jinqasmu f 'erba' elementi u hawn ukoll iż-żodjaku ta' Gemini huwa mpoġġi fl-akbar element dak ta' l-arja. Iż-żodjaku ta' Gemini jibda' mis Sibt 21ta' Mejju u jintemm it- Tnejn 20 ta' Ġunju. L-element taż- żodjaku ta' Gemini huwa dak ta' l-Arja li fih jgħaqqad lill Gemini, Aquarius u Libra. Ovvjament wieħed jista' jara kemm dan it-trio ta' żodjaki huwa wieħed li joffri diversita'. Fl-astroloġija Gemini huma meqjusa bħala s-Suprem għall- intelliġenza, l- għerf, il-komunikazzjoni, perfetti fil-gwidi li joffru, mentalment dejjem iffokati fuq proġetti jew idejat ġodda u huma motivati ħafna. Issib ukoll li dan iż-żodjaku ta' Gemini għandu bħal bidla ta' rutina kull ħames snin fil-ħajja tiegħu ,din hija kurjuża ħafna dwar dan iż-żodjaku, infatti hemm qawl ingliż '' Gemini are the zodiac travellers ''. Is-simboli ta' Gemini jippreżenta t-tewmin li fil-mitoloġija griega magħrufin bħala Castor u Pollux. Ommhom kienet l-Alla Athena li kellha l-qawwa tal- għerf, determinazzjoni u tmexxija. Ovvjament bil- motto li qatt ma' toħroġ telliefa, iżda li tkun rebbieħa. Iż-żodjaku ta' Gemini huwa pruvat minn diversi xjenzati, li is-sitt sens tagħhom huwa partikolari, miuħ u żvilupat ferm aktar minn ta' żodjaki oħra. IKOMPLI ….. L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022