Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 • illum aħbarijiet 'Il-Ministri m'għandu jkollhom l-ebda rwol fil-proċess tal-ippjanar' - Residenti Imġarrin dwar appell għal- solar farm daqs sitt grounds tal-futbol Joseph Schembri mill-kumpanija Electrofix appella d-deċiżjoni tal-PA kontra s-solar farm fuq art ODZ u kien irrapportat jgħid li jixtieq jiltaqa' ma Ministri dwar dan il-proġett Diversi bdiewa u residenti mill-Imġarr ilbieraħ filgħodu indirizzaw konferenza stampa biex jesprimu r-rabja tagħhom dwar l-appell imressaq mill- kumpanija Electrofix, ta' Joseph Schembri, kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li tirriuta l-applikazzjoni għal solar farm fuq ir-raba' fl-Imġarr. Magħhom ingħaqdu wkoll l-Għaqda mhux Governattiva (NGO) Moviment Graffitti. Il-parteċipanti qajjmu żewġ punti ta' tħassib marbuta ma' dan l-appell. L-ewwel kienet dik tal-preżetazzjoni ta' pjanijiet ġodda fi stadju ta' appell li "hija inaċċettabbli għaliex l-appell suppost isir fuq il-pjanti eżatt kif ġew preżentati lill-Bord tal- Ippjanar." L-appell huwa proċess legali fejn persuna jew kumpanija tappella quddiem it-Tribunal kontra deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, li f 'dan il-każ kienet irriutat l-applikazzjoni. Waqt appell ma jistgħux jiġu preżentati pjanijiet ġodda. Il-parteċipanti saħqu wkoll li l-istqarrija tal-applikant li ltaqa' jew li kellu ħsieb jiltaqa' ma' Ministri sabiex jiddiskuti u jbiddel dawn il-pjanijiet "hija waħda allarmanti. Il-Ministri m'għandu jkollhom l-ebda rwol fil-proċess tal-ippjanar. L-awtoritajiet u l-bordijiet tal-ippjanar suppost jaħdmu mingħajr ebda forma ta' indħil politiku." Tqajjem ukoll tħassib serju dwar il-preżenza "massiċċa" tal-Electrofix fil-fiera tal-biedja Agrifair, li qed tittella' bħalissa f 'Ta' Qali, minkejja li l-prodotti tagħhom m'humiex relatati mal- biedja. "Il-fatt li l-Electrofix tipprova tpenġi l-attività tagħha bħala waħda marbuta mal-biedja mentri din ċarament mhijiex, hija mossa tinten u qiegħda tħasseb lil bosta bdiewa." X'inhu l-iżvilupp propost fl- Imġarr? Dan l-iżvilupp propost jinvolvi l-bini ta' serer u panelli solari u huwa proġett massiv li se jokkupa madwar 38 tomna ta' raba' li jinħadem - id-daqs ta' sitt grounds tal-futbol fuq art ODZ u f 'żona b'karatteristiċi rurali uniċi bħal ħitan tas-sejjieħ, siġar tal-ħarrub, xagħri, fawna u flora protetta, kolonji tan-naħal u fdalijiet arkeoloġiċi ta' żmien ir-Rumani. Graffitti tisħaq li dan il-proġett imur kompletament kontra d-dispożizzjonijiet tad-dokument li jirregola s-solar farms f 'Malta li jgħid b'mod ċar li dawn ma jistgħux isiru fuq art agrikola u naturali. Il-bdiewa preżenti spjegaw kif il-pannelli solari, f 'dan il-każ, m'għandhom l-ebda vantaġġ għaliex l-uċuh tar-raba' li beħsiebhom ikabbru fihom se jaqgħu fid-dell, jiġiferi l-ħxejjex mhux se jkollhom xemx diretta fuqhom. L-arkeologu preżenti spjega li dan il-proġett jinsab f 'Żona ta' Importanza Arkeoloġika fl-Imġarr bi fdalijiet li jmissu man-naħat ta' barra tal-iżvilupp propost. L-ilma żejjed li jnixxi fiż-żona minħabba l-panelli jista' wkoll jikkawża ħsara fuq it- Tempji ta' Ħaġrat. Intant għal dan il-proġett, kienu ġew sottomessi 'l fuq minn 1,200 oġġezzjoni lill-Awtorità tal- Ippjanar. 'Hemm ċans kbir li din hija biss skuża għal żvilupp fuq art verġni' "Żvilupp fuq ODŻ imur kontra kwalunkwe idea li proġett bħal dan huwa maħsub biex Malta tkun tista' tilħaq il-miri li għandha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal- karbonju. Hemm ċans kbir li din l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' solar farm hija biss skuża għal żvilupp fuq art verġni f 'żona fejn diffiċli jinħareġ permess ta' żvilupp," kompliet tgħid l-għaqda. Fl-aħħar Graffitti tgħid li panelli solari għandhom jitpoġġew f 'postijiet oħra bħal pereżempju binjiet industrijali u tal-Gvern u bjut, mhux fuq art agrikola. "38 tomna ta' art agrikola fil- kampanja Maltija ma jistgħu qatt jitqiesu bħala moħlija u ma jagħmel l-ebda sens li jittieħdu għal panelli meta hemm bosta spazji oħra li huma ferm iktar adatti," temmet tgħid Graffitti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022