Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 • illum It-tranżizzjoni għal inqas emissjonijiet se tfisser żieda ta' kważi 1% fil-kontijiet... il-Parlament Ewropew bi proposta ta' Fond Soċjali għall-Klima Li ssir tranżizzjoni għal inqas tniġġis u dikarbonizzazzjoni hija xi ħaġa tajba imma fil-ħajja kollox għandu prezz u l-Kummissjoni Ewropea tistma' li l-prezz għall-Fit for 55 ifisser kważi 1% żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Għalhekk qed ikun propost fond ta' għajnuna għall-vulnerabbli... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'dawn l-aħħar xhur smajna ħafna dwar Patt Aħdar Ewropew biex jonqsu l-emissjonijiet sabiex ikollna arja aħjar u fl-aħħar mill- aħħar pjaneta iktar sana. Imma bħal kollox fil-ħajja xejn ma jiġi mingħajr prezz. Il-prezz ta' sett u elenku estensiv ta' miżuri relatati mal-ambjent bl-isem Fit for 55 huma stmati li jfissru li int tħallas kważi 1% aktar f 'kontijiet tad-dawl u gass, biex issajjar u tgħix, skont assessjar tal-impatt magħmul mill-Kummissjoni Ewropea stess. L-istess studju ta' impatt jindika li jekk taqla' inqas u tħallas aktar f 'enerġija l-probabbilità hija illi b'dawn il- miżuri se tħallas aktar minn 1%. Huwa proprju fid-dawl ta' dan li inħoloq il-Fond Soċjali għall- Klima b'leġiżlazzjoni mbuttata fil-Parlament Ewropew mill-MEP David Casa, flimkien mal-MEP Esther de Lange, sabiex ikunu indirizzati dawn l-isfidi negattivi li bidliet pożittivi se jkunu qed jġibu magħhom. Imma ejja naraw pass, pass mhux biss x'tinvolvi din il- leġiżlazzjoni imma għaliex ser isir vot dwarha fil-Plenarja ta' Ġunju li ġej. X'inhu l-faqar tal-enerġija? Il-faqar tal-enerġija (energy poverty) hija kundizzjoni soċjali li tinhiem bħala n-nuqqas tal- abilità ta' familja jew persuna li jkollha l-livelli meħtieġa ta' enerġija fid-dar. Fl-1991 ir- Riċerkatura Brenda Boardman, li mexxiet kampanji kontra l-faqar tal-enerġija, kienet iddeskriviet dan it-tip ta' faqar hekk: L-inabilità li dar tkun tiflaħ tħallas għad- dawl u biex issaħħan id-dar, f 'każi fejn kellha tonfoq aktar minn 10% mid-dħul tagħha propju għal dan il-għan. L-aktar nies li jkollhom dawn it-tip ta' problemi u aktar suxxettibbli għal dan it-tip ta' faqar huma pensjonanti, anzjani, persuni b'diżabilità u tfal. Studji diversi urew illi f 'pajjiżi bħall- Ungerija hemm preżenza aktar kbira ta' proprjetajiet "vulnerabbli" u li huwa diffiċli ħafna li jbiddlu l-modi ta' enerġija aktar rinovabbli. Il-fatturi prinċipali li jwasslu għal dan it-tip ta' faqar, skont studju ta' Bouzarovski&Petrova tal-2015 huma, in-nuqqas ta' aċċess f 'każi fejn ma jkunx hemm biżżejjed fornitura ta' enerġija, it-tieni raġuni hija l-affordabilità kemm biex tħallas għall-użu jew inkella wkoll biex tinvesti f 'enerġija alternattiva. Hemm ukoll, fost raġunijiet oħrajn, in-nuqqas ta' għarfien ta' kif persuna tuża l-enerġija b'mod aktar effiċjenti d-dar. Għaliex qed ikun propost dan il-fond? L-għan ewlieni tal-Fond Soċjali tal-Klima huwa li jkunu kumpensati djar, negozji żgħar u dawk li jużaw it-trasport għal żieda fl-ispejjeż minħabba din it-tranżizzjoni ħadra fis- settur tat-trasport u l-bini illi se jintlaqtu l-aktar mill-proposti tal- Kummissjoni Ewropea fuq din il- kwistjoni. Il-Kummissjoni Ewropea kienet ipproponiet reviżjoni ta' direttiva li tkun tfisser illi skema li tħajjar aktar dikarbonizzazzjoni tkun estiża għal dawn is-setturi wkoll. Naturalment dan jolqot lill- prezzijiet tal-enerġija, li bħalissa diġà qed jisplodu 'l fuq madwar l-Ewropa minħabba l-gwerra fl- Ukrajna. Prezzijiet li qed iwasslu wkoll, biex jogħla sew il-prezz tal- ikel, Il-Pakkett Fit for 55, li diġà semmejna, joħloq sett estensiv ta' regolamenti bit-tir li l-Unjoni Ewropea tnaqqas l-emmissjonijiet mill-gassijiet serra għal minimu ta' 55% sal-2030 - tmien snin oħra! Kemm se jintefqu flus fuq dan il-fond? Il-Fond mistenni jipprovdi 'il fuq minn €72 biljun minn fondi ewropej bejn l-2025 sal-2032. Proporzjon mid-dħul minn dawn is-setturi milqutin, se jmur propju fuq dawn l-iskemi għat- titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u dikarbonizzazzjoni ta' binjiet jew trasport. Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li mit-€72.2 biljun, €23.7 biljun se jintefqu mill-2025 sal-2027, filwaqt li €48.5 biljun se jintefqu mill-2028 sal-2032, bl- akbar allokazzjoni għal sena waħda tkun fl-2026 meta mill-fond se joħorġu €10.7 biljun. Kif se jkun ikkalkulat kemm se jieħu Stat Membru minn dan il- fond? Il-kunsiderazzjonijiet ta' kemm pajjiż se jieħu fondi ivarjaw, imma l-prinċipali huma: Il-popolazzjoni tal-pajjiż, in-numru ta' nies f 'riskju ta' faqar li jgħixu f 'żoni rurali, il- persentaġġ ta' djar li waqgħu lura fil- ħlas tal-kontijiet, id-dħul nazzjonali gross u t-total f 'emissjonijiet ta' karbonju ta' gassijiet serra. F'termini assoluti l-aktar pajjiżi li huma mistennijin igawdu minn flus huma l-Polonja li se tkun qed tirċievi mas-17% tal-fondi totali, Franza (11.2%), l-Italja (10.8%), Spanja (10.5%) u r-Rumanija (9.3%). X'iridu jagħmlu l-Istati Membri biex igawdu minn dawn il-fondi? Kull Stat Membru jeħtieġ jissottometti Pjan Soċjali għall- Klima li jkun jinkludi miżuri konkreti, tragwardi, spejjeż totali, miżuri ta' kif se jkunu miġġildin il- korruzzjoni u l-frodi, informazzjoni dwar faqar tal-enerġija fil-pajjiż u l-proċess ta' konsultazzjoni. It-tragwardi jeġħtieġ jinkludu s-setturi tar-rinovar tal-bini, tnaqqis fin-numru ta' familji vulnerabbli u negozji żgħar u vulnerabbli. Huwa ċċarat ukoll li pajjiż ma jistax juża dawn il-flus biex jinċentiva jew jimmaniġġja prezzijiet ta' uwils li jħammġu. X'qalu dwar dan kollu l-għaqiet non governattivi? Ir-reazzjonijiet għal din il- proposta jvarjaw. Friends of the Earth Europe sostniet illi dan il-fond huwa fil-fatt "rikonoxximent tal-bżonn li jiġu mgħejjuna dawk li huma foqra mil-lat ta' enerġija." Minkejja dan qalu wkoll li jqisu illi l-ammont ta' flus mogħtija f 'fondi ma jħossux li huma biżżejjed. Għaqda oħra ambjentali E3G, wkoll kellha kliem ta' tifħir għalkemm mill-ġdid saħqet li għandu jsir ħafna aktar sabiex il- Fond ikollu kundizzjonijiet aktar iebsin, aktar fondi għall-vulnerabbli u aktar sehem ta' gvernijiet u ċittadini. Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. David Casa "Fil-każ ta' Malta, filwaqt li l-emissjonijiet tat-trasport bit- triq huma l-inqas fl-Ewropa, qed jiżdiedu b'rata li tlaħħaq mal- ogħla rati li jeżistu. L-investiment fi trasport aktar ekoloġiku huwa prijorità ewlenija jekk Malta trid tnaqqas l-emissjonijiet tagħha fit- tul." Hekk sostna l-MEP Malti David Casa li mexxa 'l quddiem rapport dwar il-Fond Soċjali dwar il-Klima, liema Leġislazzjoni ewlenija, rċeviet appoġġ b'saħħtu f 'vot kruċjali li ttieħed din il- ġimgħa fil-Parlament Ewropew. Il-vot fil-Kumitat konġunt EMPL-ENVI wasal wara xhur ta' negozjati biex jinstabu kompromessi fuq partijiet ewlenin tal-abbozz ta' regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima li se jwassal biex ikun hemm miljuni investiti fid-djar Maltin matul l-għaxar snin li ġejjin. Casa saħaq li l-familji u ċ-ċittadini jistgħu jibbenefikaw mill-Fond kif propost. Huwa semma l-pannelli solari, il-mobilità aktar ekoloġika, u l-insulazzjoni bħala it mill-eżempji tal-appoġġ previst mill-Fond. 'L-emissjonijiet mit-trasport f'Malta fost l-aktar li qed jiżdiedu' - Casa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022