Illum previous editions

ILLUM 29 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

'F'Malta hawn għaqdiet iffinanzjati mill-Polonja l-Ungerija biex ixerrdu l-propoganda 12 intervista IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Membru Parlamentari Ewropew Malti Cyrus Engerer bħalissa - fost id-diversi rwoli li għandu huwa responsabbli għal rapport dwar id-drittijiet fundamentali u bażiċi tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea, rapport annwali li jagħti ħarsa lejn kif qed jitħarsu (jew jinkisru) dawn id-drittijiet hekk importanti madwar l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Il-gazzetta ILLUM tpoġġi mal-MEP Engerer u tistaqsi propju dwar id-drittijiet bażiċi ewropej u nibdew b'mistoqsija bażika: Dawn id-drittijiet liema huma? Liema huma dawk id-drittijiet li ma jistgħux jkunu mittiefsa jew huma nnegozjabbli għall-UE? Engerer jisħaq illi ebda dritt ma hu negozjabbli, għaliex id-drittijiet tal- bniedem huma universali - jiġifieri jgħoddu għal kulħadd madwar id-dinja u huma indiviżibbli, jiġifieri jgħoddu għal kulħadd. Huwa qal illi drittijet hemm diversi fosthom, id-dritt tal-ħajja, id-dritt li jkollok familja, id-dritt ta' opinjoni, ta' assoċjazzjoni, ta' twemmin u oħrajn. Engerer sostna illi l-UE mxiet ħafna 'l quddiem fir-rigward ta' drittijiet, anke jekk saħaq illi mas-snin - inkluż bħalissa - Gvernijiet konservattivi qed ireġġgħu lura ċerta drittijiet. Huwa jsemmi l-Polonja u l-Ungerija fir-rigward ta' drittijiet ta' persuni LGBTIQ u jgħid illi f 'ċerti istanzi ċerti nies ma jkunux jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom jekk dik l-opinjoni tmur kontra dak li jemmen l-istat. Huwa fakkar illi d-dritt tal-espressjoni huwa sagrosant, anke jekk fakkar li dan irid isir dejjem skont il-parametri tal-liġi u rispett. Differenza bejn opinjoni u reat! U hawnhekk il-gazzetta twaqqfu u tfakkru illi d-diskussjoni dwar id-dritt tal-espressjoni hija xi ħaġa dejjiema u kontinwa: Fejn tibda u fejn tieqaf ? F'Malta stess kellna din id-diskussjoni it ilu biss, dwar play fit-Teatru Manoel. L-MEP Malti jiċċara li l-ewwel irridu nibdew billi nagħmlu differenza ċara bejn dritt tal-opinjoni u dritt tal-espressjoni artistika. Huwa qal illi d-dritt tal-espressjoni tal-bniedem tfisser li kulħadd għandu dritt jesprimi l-opinjoni, basta mhux mibgħeda. Pero' l-ILLUM terġa' twaqqfu u tfakkru li fuq il-karta dawn kollha kunċetti sbieħ, imma fir-realtà din hija xi it ta' battalja mitlufa għax inti dejjem tista' tgħid xi ħaġa li għalik u fil-kultura tiegħek hija aċċettabbli u normali, imma li se tweġġa' lil ta' warajk jew lil ta' maġenbek, li forsi jkollu sett ta' valuri differenti minn tiegħek... Engerer jisħaq u jfakkar iżda li hemm distinzjoni u jġib l-immigrazzjoni bħala eżempju. "Persuna jista' jgħid li Malta għandha wisq immigranti u ma tiflaħx għal aktar jew li l-Ewropa ma tiflaħx għal aktar. Taqbel jew le, dik opinjoni u persuna għandu dritt jesprimiha. Imma li xi ħadd jgħid li għandna nħalluhom jgħerqu jew saħansitra noqtluhom mhix opinjoni imma reat," sostna l-MEP Malti. Engerer jerġa' jdur fuq ir-rapport tal- Parlament Ewropew li qed jaħdem fuqu u jfakkar li dan se jkun qed jevalwa is- sena l-2021, meta jfakkar li kienet fl-aqwa tagħha l-Covid-19 u kien hawn numru ta' restrizzjonijiet li wasslu biex diversi persuni ħassew li d-drittijiet tagħhom kienu ġew mittiefsa. Huwa fakkar li grazzi għar- restrizzjonijiet nies ma setgħux liberament imorru pajjiż ieħor minħabba l-għeluq tal- fruntieri, apparti li persuna kellha tilbes il- maskri. Huwa jgħid li r-rapport mhux qed jidħol fuq x'inhu sew jew mhuwiex imma se josserva x'ġara. Huwa qal li l-Kumitat LIBE li qiegħed fih u li qed ifassal dan ir-rapport, kellu diskussjoni fil-fatt dwar diversi temi, fosthom dwar jekk ir-restrizzjonijiet marbutin mal-Covid-19 fil-fatt kinux qed jiksru d-drittijiet fundamentali tal- bniedem. "Rajna eżempji fejn ċerti affarijiet marru lura, bħad-drittijiet ċivili fil-Polonja u l-Ungerija, kwistjonijiet ta' saltna tad- dritt - u interessanti hawn nagħmel l-osservazzjoni tal-korrelazzjoni bejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saltna ta' dritt u nuqqas ta' drittijiet tan-nisa u anke persuni LGBTIQ, per eżempju," jgħid il- Membru Parlamentari Malti. 'Il-lemin estrem huwa perikoluż' Il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni ċara, darba, darbtejn, 20 darba fuq l-immigrazzjoni. Minkejja dan fuq livelli nazzjonali nibqgħu naraw partiti li huma Liema huma d-drittijiet fundamentali tal-popli ewropej? Ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 kisru d-drittijiet fundamentali ewropej? Għaliex ċerti pajjiżi ma jirrispettawx l-ugwaljanza? Id-drittijiet riproduttivi għandhom jibqgħu kompetenza nazzjonali?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2022