Illum previous editions

ILLUM 29 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 • illum Wara li spiċċat il-fiera dwar il-biedja I t-taqtiegħa għall-art agrikola hi waħda kon- tinwa. Sfortunatament hi kontinwament mgħejjuna minn dawk li jaħdmu fil-qasam tal-ippjanar għall-użu tal-art. Li ngħid li messhom jafu aħjar mhux biżżejjed. Fost l-eżempji ta' dak li niffaċċjaw il-ħin kollu nsemmi: l-iżvilupp esaġerat tal- infrastruttura tat-toroq, barrieri, spazji miftuħa fejn jerfgħu d-dgħajjes (boatyards), solar farms u fabbriki fejn jinħadem il-logħob tan-nar: dawn kollha f 'żoni rurali u fuq art agrikola. Ma' dawn wieħed jista' jżid il- ferneżija li hawn biex għelieqi li jinħadmu jinbidlu f 'post għal rikreazzjoni, għal picnic jew BBQ. Il-ħolqien ta' dawn iż-żoni rikreattivi qed ikomplu jkissru lill-agrikultura! Dan ma kienx ikun jista' jseħħ mingħajr il- kompliċità tal-Awtorità tal- Ippjanar u ta' dawk li jmexxuha. Il-fiera dwar il-biedja, li kienet organizzata l-ġimgħa l-oħra, turi aspett ieħor tal-problema: id- dieqa u s-sens ta' qtiegħ il-qalb li qed jikber fil-komunità agrikola. Id-diskussjoni organizzata fil- post fejn saret il-fiera iffukata fuq is-sigurtà fil-produzzjoni tal-ikel. L-ispiża tal-għalf tal-bhejjem impurtat ħtija tal-invażjoni Russa tal-Ukrajina flimkien ma' pressjonijiet min-negozju internazzjonali qed ikomplu jżidu mal-għawġ li qed jiffaċċjaw dawk li jrabbu l-bhejjem. Il-bdiewa qed jitkeċċew mill- art li ilhom jaħdmu u dan qed isir b'mod iktar spiss. L-ebda persuna f 'sensiha mhi se tissogra tinvesti fil- modernizzazzjoni tal-ħidma agrikola, f 'dawn iċ-ċirkustanzi. Il-banek, kif stqarru l-bdiewa li ħadu sehem fid-diskussjoni, qed iżommu jdejhom u mhux jagħtu self biex jiffaċilitaw l-affarijiet. Probabbilment anke huma jħossu li r-riskji huma kbar wisq. Sadanittant it-tkeċċija tal- bdiewa mill-art li ilhom jaħdmu għal diversi ġenerazzjonijiet tibqa' għaddejja bla waqfien. U l-Gvern jibqa' jkaxkar saqajh biex joħroġ b'dokument b'riformi proposti dwar il-liġijiet li jirregolaw il-qbiela. Fi ftit kliem il-Gvern abbanduna lill-komunità agrikola. Fl-istess ħin qed jiekol raba' li qed tinħadem biex biha joħloq toroq ġodda inkella biex iwessa' dawk eżistenti. Raba' saqwi f 'Ħ'Attard ġiet issagrifikata għall-proġett imsejjaħ is-Central Link. Fil-viċin iktar raba' li tinħadem, din id-darba madwar Ħal Qormi se tittiekel mill- proġett konness mal-bypass tal-Mrieħel. Ma' dan kollu żid it-taħwid ħiereġ kontinwament mill-Awtorità tal-Ippjanar u tkun tista' tifhem aħjar dak li għaddejja minnu l-komunità agrikola. Hu tabilħaqq ironiku li Gvern bi programm li għandu biex joħloq l-ispazji miftuħa, fl-istess ħin hu determinat li jeqred l-ispazji miftuħa li diġà pprovditilna n-natura u li għad għandna madwar l-ibliet u l-irħula tagħna. Hu ċar li l-Gvern ħa deċiżjoni politika bażika: li l-karozzi għandu jkollhom prijorità fuq l-agrikultura. Din hi deċiżjoni li tidher b'mod ċar fil-mod kif topera Infrastruttura Malta li qed teqred meded estensivi ta' raba' li tinħadem u li qiegħda fin-nofs "tostakola" l-proġetti tagħha. Hi attitudni li tidher ċara wkoll meta wieħed josserva s-skiet li jtarrax tal-Ministeru tal- Agrikultura meta jkun iffaċċat b'din l-imġieba. Il-Ministru tal-Agrikultura hu mid-dehra iktar interessat fil-wirt storiku, interess li ftit li xejn iħallilu ħin biex jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal- biedja u tal-bdiewa li jiddependu fuqha għall-għixien tagħhom. Bil-popolazzjoni li qed tgħix f 'dawn il-gżejjer dejjem tiżdied, hu ċar li waħedha, l-agrikultura lokali ma tistax tlaħħaq mal-ħtiġijiet tagħna. L-importazzjoni ta' prodotti agrikoli minn barra biex jagħmlu tajjeb għad-differenza teħtieġ attenzjoni għax hemm dejjem il-periklu li s-suq jinfaqa' bi prodotti ta' prezz baxx li jispiċċaw jagħmlu l-ħajja tal- bidwi Malti iktar miżerabbli milli diġà hi! L-idea għall-fiera dwar il- biedja kienet flokha. Waħedha, iżda mhijiex biżżejjed. Teħtieġa doża qawwija ta' rieda tajba li hi nieqsa fil-politiċi li qed imexxu l-Ministeru tal-Agrikultura tul il-bqija tas-sena, minn xħin spiċċat il-fiera, sa meta possibilment issir ta' warajha! Carmel Cacopardi huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo Il-Ministru tal-Agrikultura hu mid-dehra iktar interessat fil-wirt storiku, interess li ftit li xejn iħallilu ħin biex jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-biedja u tal- bdiewa li jiddependu fuqha għall-għixien tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2022