Illum previous editions

ILLUM 29 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 • illum aħbarijiet 'Fl-ebda belt fid-dinja ma jiġu jwaqqfulek il-mużika fil- ħdax' – Sidien ta' ristoranti u bars fil-Belt jilmentaw Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' sidien ta' ristoranti u bars fil-Belt Valletta li qed jitolbu biex jitħallew bil-mużika live anke wara l-ħdax ta' filgħaxija biex ma jnaffrux lit-turisti YENDRICK CIOFFI "Fl-ebda Belt Kapitali fl-Ewropa ma jkollok twaqqaf il-mużika live fil-ħdax." Hekk saħqu mal- gazzetta ILLUM diversi sidien ta' ristoranti u bars fil-Belt Valletta. L-ILLUM tkellmet mas-sidien dwar l-andament tax-xogħol hekk kif tneħħew ir-restrizzjonijiet tal- Covid-19 u l-Belt Valletta reġgħet bdiet timtela' bit-turisti, inkluż dawk li jiġu bil-cruise liners. Forsi aktar minn lokalitajiet oħra, it- turisti huma importanti mmens għan-negozji fil-Belt Valletta. Anke jekk in-negozju jidher li qabad ritmu tajjeb, is-sidien li tkellmu mal-ILLUM ilmentaw dwar il-fatt li fil-ħdax ta' filgħaxija jkollhom iwaqqfu kompletament il-mużika live fuq barra u dan fil- ħin li jkollhom l-aktar nies. Fost is-sidien, l-ILLUM tkellmet ma' Keith Zammit, is- sid ta' Salena's, ristorant u bar fi Strada Stretta. Zammit saħaq li diversi sidien qed jitolbu biex il- mużika live, almenu l-Ġimgħa u s-Sibt filgħaxija titħalla mqar sas- siegħa ta' filgħodu. "Imkien fid-dinja ma tmur u tara uffiċjali ġejjin iwaqqfu l-mużika live fil-ħdax ta' filgħaxija," insista Zammit. Qal li malli tintefa l-mużika live, ikun hemm ħafna klijenti, b'mod partikolari t-turisti, li jaqbdu, iqumu u jitilqu u dan meta sa dak il-ħin ikunu qed jieħdu pjaċir u jkunu qed jordnaw l-ikel u x-xorb. Zammit fakkar li huma s-sidien tal-bars u r-ristoranti li jinvestu fil-mużika live u dan jagħmel lill- Belt Valletta isbaħ, vivaċi u aktar attreanti għat-turisti wkoll. "Minflok insibu l-għajnuna, qed insibu l-bsaten fir-roti," kompla jinsisti. Fost persuni oħra, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Godwin Micallef, Manager ta' Kantina Cafè – Wine li jinsab biswit il- Kon Katidral ta' San Ġwann. Micallef ukoll ilmenta dwar il-fatt li mal-ħdax ta' filgħaxija, uffiċjali u anke l-Pulizija jiġu biex iwaqqfu l-mużika live. "Ikollok mejda turisti qed jieħdu gost u qed jordnaw. Malli tieqaf il-mużika jitgerrxu u jitilqu 'l hemm," insista Micallef. Fil-fatt, l-appell tiegħu wkoll huwa biex il-mużika live fuq barra tibda titħalla mqar it ħin ieħor, anke għax kif spjegaw mal-ILLUM sidien oħra, dak il-ħin ikun l-aqwa ħin għalihom, b'mod partikolari l-Ġimgħa u anke s-Sibt. 'Mal-ħażin qed jeħel it-tajjeb ... residenti u lukandi qed jilmentaw' Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs, Abigail Mamo li qalet li hija konxja ta' din il- problema iżda insistiet ukoll li s-sidien j e ħ t i e ġ jimu li fil- Belt Valletta jgħixu n-nies. Fi kliemha, i s - s i t w a z z j o n i hija waħda fejn "mal-ħażin qed jeħel it-tajjeb." Qalet li huwa minnu li hemm min qed jesaġera u r-residenti qed jilmentaw dwar dan. Fakkret li l-liġi tistabbilixxi kemm trid tkun għolja l-mużika fuq barra u li din għandha tieqaf wara l-ħdax. Saħqet li dawn ma għandhom l-ebda tagħmir biex ikejlu l-livell tal-istorbju. "Kieku ma hemmx min qed iqażżiżha, ċerta li anke l-awtoritajiet jagħlqu it għajnejhom. Mal-ħażin qed jispiċċa jeħel it-tajjeb," insistiet Mamo waqt li saħqet li hemm ħafna li qed jikkoperaw. Kompliet tgħid li tiem li fil- ħdax x'aktarx li jkun l-aqwa ħin għax-xogħol, speċjalment għal dawk il-bars li wara ċertu ħin jaqilbu qishom clubs. Fi kliemha, għal dawn, backround music mhux se jkun biżżejjed. Madanakollu tenniet li fil-Belt Valletta jgħixu n-nies u qalet li qed ikun hemm anke sidien ta' appartamenti u ta' Boutique Hotels li jilmentaw dwar l-istorbju żejjed tard bil-lejl. Ix-xogħol fil-Belt reġa' qabad ritmu tajjeb Intant, kif kienet qed titkellem mas-sidien, l-ILLUM staqsiet dwar l-andament tax-xogħol issa li tneħħew ir- re s t r i z z j on ij i e t u anke bdew ġejjin it-turisti. Kien hemm sidien li qalu li x-xogħol huwa l-istess bħaż-żmien ta' qabel il-Covid-19, filwaqt li oħrajn qalu li x-xogħol għadu it batut "għax ma hawnx saħħa ta' turisti." Anke Mamo saħqet li r-reazzjonijiet tas-sidien qed ikunu mħallta iżda insistiet li huma ottimisti ħafna. Insistiet li l-attivitajiet li qed isiru fil-Belt Valletta, bħalma kien il-uħ tal-Ispecial Olympics u anke attivitajiet organizzati mill- Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, qed jgħinu mmens lin- negozji għax jidħlu aktar nies il- belt. Madanakollu saħqet ukoll li bosta negozji fil-Belt għadhom ma addattawx għal mudell ġdid wara l-Covid-19 u filwaqt li fakkret fl-isfida ta' nuqqas ta' ħaddiema, insistiet li huwa ħasra li s-Sibt waranofsinhar u anke l-Ħadd ħafna mill-ħwienet ikunu magħluqa. 'Għaddejin diskussjonijiet mal-Gvern ... irridu ngħinu lin-negozji imma rridu niftakru wkoll fir-residenti' Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit li qal huwa konxju mill-ilmenti li qed jagħmlu s-sidien tar-ristoranti u l-bars. Insista li anke jekk il-Kunsill Lokali qed jaħdem biex jindirizza dawn l-ilmenti, fl-istess ħin se jkun qed jassigura li jibqgħu jiġu mħarsa r-residenti li jgħixu fil- qalba tal-Belt Valletta, viċin dawn l-istess ristoranti u bars. "Nimu dak li qed jgħidu s-sidien għax malli titfi l-mużika, in-nies qed iqumu u jitilqu. Imma rridu niakru wkoll li fil- viċin jgħixu r-residenti li jridu jistrieħu," kompla s-Sindku. Fil-fatt żvela li dwar din il- kwistjoni, il-Gvern għaddej b'diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali. Saħaq li l-Kunsill qed jinsisti biex jinħoloq u jinżamm dan il-bilanċ. Il-proposta hi li l-mużika live fuq barra titħalla sal-ħdax iżda wara, minflok jitfu għal kollox il-mużika, ir-ristoranti u l-bars jitħallew sas-siegħa ta' filgħodu jdoqqu backround music li ma ddejjaqx lir-residenti, filwaqt li żżomm atmosfera sabiħa għall- klijenti. Zammit saħaq li jekk ir- regolamenti jinbiddlu u dan jidħol fis-seħħ, mhux se jkun hemm kompromessi u jekk ikun hemm min jikser il-liġi u jibqa' bil-mużika għolja wara l-ħin stabbilit, se jkun qed jirriskja li jitlef il-liċenzja. Alfred Zammit Abigail Mamo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2022