Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132
06 analiżi IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 • illum GRECH IKKONFERMAT L-EWWEL PRIJORITAJIET BIEX IL-PN JIBDA JAGĦLAQ IL-KAPITLU TAD-DISFATTI! Issa Bernard Grech kien ikkonfermat Kap tal-Partit Nazzjonalista. Issa jibda x-xogħol vera u din id-darba Grech ma għandux skużi, għandu mandat! L-ILLUM titkellem dwar dawk li tara illi huma l-prijoritajiet ewlenin tiegħu biex jibda joħroġ lill-PN mis-snin tad-disfatti... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Issa Bernard Grech huwa kkonfermat bħala Kap tal- Partit Nazzjonalista. Taqbel jew le, tajjeb jew ħażin, l-ogħla organu tal-PN tkellem u vvota sabiex il-partit ikollu l-istess Kap għall-ħames snin li ġejjin. Minn hawn allura tibda l-isfida ta' Grech. Mhux sfida faċli, pero' waħda li se jkollu jara kif se jkun qed jegħleb sabiex il-PN jieħu r-ruħ elettoralment u jibda verament inaqqas mis- saħħa tal-Partit Laburista, li ngħata mandat qawwi ħafna nhar is-26 ta' Marzu. Dawn huma, skont il-gazzetta ILLUM, l-erba' prijoritajiet li Grech jeħtieġ jaħdem fuqhom għaż-żmien li ġej. Oppożizzjoni li twassal il- kwistjonijiet tan-nies fil- Parlament Wieħed ma jistax jgħid illi fl- aħħar snin kellna Oppożizzjoni rieqda jew li ma kinitx voċifera, iżda forsi kienet wisq voċifera - jew aħjar kważi esklussivament voċifera - fuq il-kwistjoni tas- saltna tad-dritt. Filwaqt li din u l-korruzzjoni u l-governanza, kif ukoll l-imġieba ta' ċerti Ministri, huma tassew materji importanti jibqa' fatt li mhumiex il-materji li dwarhom il-poplu l-aktar li jinkwieta u li eventwalment fuqhom jivvota. Għalhekk l-Oppożizzjoni trid tkun tassew vuċi tal-uġigħ tan- nies, iktar milli qatt kienet. Fuqhiex qed jinkwetaw in- nies bħalissa? Żgur li qed jinkwetaw fuq l-għoli tal- ħajja, l-għoli fil-prezzijiet tal-ikel u anke tal-mediċini, fost oħrajn. Lilhinn mit-tort, l-Oppożizzjoni għandha taħtaf din l-oppportunità biex kemm jista' jkun tressaq fuq l-aġenda Parlamentari din il-kwistjoni b'kull mezz possibbli, kif rajna lill-istess Oppożizzjoni tagħmel fuq materji ta' governanza. Forsi kemm għola l-ħobż, il- butir, iż-żejt, il-laħam u l-perżut ma titqiesx politika elevata, pero' żgur illi hija dik il-politika li dwarha n-nies iridu jisimgħu lill-politiċi jitkellmu. Pero' mhux biss. L-Oppożizzjoni għandha tuża l-ħin tagħha sabiex kemm jista' jkun tressaq abbozzi, liġijiet, proposti u diskussjoni dwar materji oħrajn li huma ta' interess, pero' li ftit nisimgħu diskussjoni dwarhom fil-Parlament: Drittijiet ta' missirijiet f 'kawżi ta' separazzjoni, drittijiet tan-nanniet, drittijiet tal- konsumatur, is-servizzi mogħtija mill-banek lokali u l-ilmenti kontinwi dwar dan, il-burokrazija ta' ċerti dipartimenti, il-ħmieġ u tant aktar. Fuq l-ambjent l-Oppożizzjoni jeħtieġ tkun mhux biss voċifera, imma lesta tieħu riskji politiċi billi tipproponi miżuri iebsa u kuraġġużi, li jindirizzaw il- qalba tal-problema - jiġifieri l-kostruzzjoni u l-effetti kollha li ġġib magħha, is-salvazzjoni tal-qalba tal-irħula tagħna u politika ċara f 'dak li jirrigwarda l-estetika. Naturalment l-Oppożizzjoni għandha tibqa' żżomm b'saħħa l-irwol ta' (kważi) argużin fuq kwistjonijiet ta' governanza u fuq ċerti kuntratti li saru u li dwarhom il-ġudizzju għad irid jinqata': Primarjament il-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare, flus li għaddew f '17 Black mill-proġett tal- Power Station u l-proġett tal- Windfarms f 'Montenegro. Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista għandhom opportunità tad-deheb - fil- fatt aktar mill-Partit Laburista - sabiex id-Deputati l-ġodda jkollhom fil-Parlament, l-aqwa vetrina possibbli biex jesprimu l-ħsibijiet tagħhom, iwasslu l-inkwiet tal-poplu u jipproponu. Huwa importanti li dawn ikunu mħarrġin fil-prassi Parlamentari, fl-oratrija tad- diskorsi u fil-preparazzjoni. Il-prestazzjoni Parlamentari tad-deputati l-ġodda tal-PN, speċjalment dawk li huma Shadow Ministers ta' portafolli importanti se tkun kruċjali, mhux biss għall-ħidma tal- Oppożizzjoni imma għall-mod kif il-PN se jipproġetta lilu nnifsu. Fuq quddiem hemm Jerome Caruana Cilia (Finanzi), Justin Schembri (Edukazzjoni), Ivan Castillo (Xogħol), Janice Chetcuti (Ambjent), Charles Azzopardi (Għoli tal-ħajja), Joe Giglio (Intern) u Mark Anthony Sammut (Enerġija). X'se jagħmel dwar id-dejn Mill-elezzjoni lil hawn Grech għamel aċċenn partikolari ħafna fuq id-dejn tal-partit, madwar €32 miljun bil-midja tal-partit ikollha dejn li jrid jitħallas ta' €7 miljuni u €21 miljun oħrajn f 'dejn li mhux se jitħallas (bad debt) fi flus li sellifha l-partit stess. F'intervista mal-gazzetta The Sunday Times Grech saħansitra qal li l-partit lanqas biss għandu biżżejjed flus biex iħallas għal persuna li taħdem mal-Elcom. Din ta' Grech kienet l-ewwel darba li kap ta' partit tkellem daqstant fl-apert dwar is- sitwazzjoni tal-partit li jmexxi, li minnha nnifisha hija xi ħaġa pożittiva. Iżda naturalment ifisser ukoll li l-fatt li din il- problema serja issa tpoġġiet daqstant taħt il-lenti, ifisser li hemm stennija ħafna akbar dwar x'azzjoni u riformi issa Grech se jkun qed jagħmel biex jindirizza din il-problema. Naturalment hemm ħafna modi kif din tista' ssir, iżda kif qal uffiċjal tal-PN mal-ILLUM nhar il-Ħadd li għadda, kieku mhux għall-midja l-PN ma jagħmilx telf jew saħansitra jagħmel il-flus. Mela allura l-għerq tal-problema hija ċara: Il-midja. X'se jagħmel Grech? L-għeluq tal-midja kollha tal-PN titfa' lil dan il-partit fi żvantaġġ enormi, żvantaġġ li se jiggrava l-pożizzjoni diġà żvantaġġjata tal-PN meta jiġi biex jgħaddi l-messaġġ tiegħu. Dan ikun ifisser li stazzjonijiet Maltin ikun għad fadal il-ONE, l-istazzjon tal-Partit Laburista flimkien mal-istazzjon nazzjonali. Il-PN minflok għandu jftittex għażliet oħrajn, fosthom il- kummerċjalizzazzjoni tal- istazzjon tiegħu, li jkun ifisser li dan jitmexxa fuq bażi u bil- għan aħħari li jagħmel profitt u li jkun vijabbli. Dan filwaqt li l-PN jibqa' jfittex sehem f 'dan l-istazzjon sabiex ikun xorta jista' jibqa' jwassal il-messaġġ tiegħu fuqu, jew permezz ta' xiri ta' airtime jew inkella billi jidħol fi sħab ma' intraprenditur b'saħħtu għat-tmexxija ta' dan l-istazzjon. Hemm ukoll ir-realtà tal- gazzetta u r-radju. Grech se jkollu jara dawn, speċjalment il-gazzetta, kemm qed jiswew lill-partit u jekk id-dħul hux biżżejjed biex għallinqas ikopri parti sew mill-ispiża. Vijabbli jew le? Bis-sitwazzjoni kif inhi d-deċiżjonijiet ta' Grech se jkollhom ikunu bbażati fuq esiġenzi monetarji u l-bżonn li dan l-istazzjon isalva, sabiex il-partit jibqa' jkollu ħin li fih ixandar il-messaġġ tiegħu. Hemm ukoll il-każini u l-proposta biex dawn ikomplu